02017R0892 — MT — 01.01.2018 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/892 tat-13 ta' Marzu 2017 (ĠU L 138 25.5.2017, p. 57) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1146 tas-7 ta' Ġunju 2018 |
L 208 |
9 |
17.8.2018 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/892
tat-13 ta' Marzu 2017
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati
KAPITOLU I
ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI
TAQSIMA 1
Dispożizzjoni introduttorja
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, bl-eċċezzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.
2. Il-Kapitoli I sa V għandhom japplikaw biss għall-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għal tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar.
TAQSIMA 2
Programmi operattivi
Artikolu 2
Strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli
L-istruttura u l-kontenut tal-istrateġija nazzjonali msemmija fl-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Qafas nazzjonali għall-azzjonijiet ambjentali u l-investimenti eliġibbli
1. Taqsima separata tal-qafas nazzjonali msemmi fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tindika r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li jridu jiġu ssodisfati mill-azzjonijiet ambjentali magħżula fil-kuntest ta' programm operattiv.
Il-qafas nazzjonali għandu jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta' azzjonijiet ambjentali u l-kundizzjonijiet tagħhom li japplikaw fl-Istat Membru għall-finijiet tal-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu tista' tinkludi t-tipi ta' azzjonijiet ambjentali li ġejjin:
(a) azzjonijiet li huma identiċi għall-impenn agroambjentali klimatiku jew għall-impenn tal-biedja organika msemmija fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, rispettivament, u li huma previsti fil-kuntest tal-programm tal-iżvilupp rurali tal-Istat Membru kkonċernat;
(b) investimenti ta' benefiċċju għall-ambjent;
(c) azzjonijiet oħrajn ta' benefiċċju għall-ambjent, inklużi dawk li mhumiex relatati, direttament jew indirettament, ma' roqgħa art partikolari, iżda li huma marbuta mas-settur tal-frott u l-ħxejjex, sakemm dawn jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-iffrankar tal-ilma jew tal-enerġija, it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-ilma, tal-ħabitats jew tal-protezzjoni tal-bijodiversità, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni mtejba tal-iskart jew it-tnaqqis tiegħu.
Għal kull azzjoni ambjentali msemmija fil-punti (b) u (c) tat-tielet subparagrafu, il-qafas nazzjonali għandu jindika:
(a) il-ġustifikazzjoni tal-azzjoni, abbażi tal-impatt ambjentali tagħha; u
(b) l-impenn jew impenji speċifiku/speċifiċi involut(i).
Il-qafas nazzjonali għandu jinkludi mill-inqas azzjoni waħda fuq l-applikazzjoni ta' prattiki integrati għall-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara.
2. L-azzjonijiet ambjentali li huma identiċi għall-impenn agroambjentali klimatiku jew għall-impenn tal-biedja organika appoġġjati fil-kuntest ta' programm tal-iżvilupp rurali għandu jkollhom l-istess tul ta' żmien daqs dawk l-impenji. Meta t-tul ta' żmien tal-azzjoni jaqbeż it-tul ta' żmien tal-programm operattiv inizjali, l-azzjoni għandha titkompla fi programm operattiv sussegwenti.
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw perjodi ta' żmien iqsar għall-azzjonijiet ambjentali jew saħansitra d-diskontinwità tagħhom f'każijiet debitament ġustifikati u, b'mod partikolari, jieħdu f'kunsiderazzjoni r-riżultati tal-evalwazzjoni fis-sena ta' qabel tal-aħħar tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv imsemmi fl-Artikolu 57(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.
3. L-investimenti ta' benefiċċju għall-ambjent magħmula fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-kumpaniji sussidjarji, li jkunu konformi mar-rekwiżit ta' 90 % imsemmi fl-Artikolu 22(8) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, jew inkella fl-istabbilimenti tal-membri produtturi tagħhom, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ jekk ikunu:
(a) jistgħu jiksbu tnaqqis fl-użu attwali tal-inputs tal-produzzjoni, fl-emissjoni ta' inkwinanti jew fl-iskart mill-proċess tal-produzzjoni; jew
(b) jistgħu jissostitwixxu l-użu tas-sorsi ta' enerġija fossili b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli; jew
(c) jistgħu jiksbu tnaqqis fir-riskji ambjentali marbuta mal-użu ta' ċerti inputs tal-produzzjoni, inklużi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew fertilizzanti; jew
(d) iwasslu għal titjib tal-ambjent; jew inkella
(e) ikunu marbuta ma' investimenti mhux produttivi meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' impenn agroambjentali klimatiku jew ta' impenn tal-biedja organika, b'mod partikolari meta dawk l-objettivi jkunu jirrigwardjaw il-ħarsien tal-ħabitats u tal-bijodiversità.
4. L-investimenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ jekk huma jipprevedu tnaqqis ta' mill-inqas 15 %, ikkalkolat matul il-perjodu ta' deprezzament fiskali tal-investiment, imqabbel mas-sitwazzjoni pre-eżistenti, ta':
(a) l-użu tal-inputs tal-produzzjoni li huma riżorsi naturali mhux rinnovabbli, bħall-ilma jew il-fjuwil fossili, jew is-sors possibbli ta' tniġġis ambjentali, bħal fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew ċerti tipi ta' sorsi tal-enerġija;
(b) l-emissjoni ta' inkwinanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma mill-proċess tal-produzzjoni; jew inkella
(c) il-produzzjoni tal-iskart, inkluż l-ilma li jintrema, mill-proċess tal-produzzjoni.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw investimenti li jippermettu tnaqqis ta' mill-inqas 7 %, ikkalkolat matul il-perjodu ta' deprezzament fiskali tal-investiment, imqabbel mas-sitwazzjoni pre-eżistenti, diment li dawk l-investimenti jippermettu mill-inqas benefiċċju ambjentali wieħed addizzjonali.
It-tnaqqis mistenni u, fejn applikabbli, il-benefiċċju ambjentali addizzjonali mistenni, għandhom jintwerew ex-ante permezz tal-ispeċifikazzjonijiet tal-proġett jew dokumenti tekniċi oħrajn li għandhom jiġu ppreżentati mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-mument tas-sottomissjoni tal-programm operattiv propost jew tal-emendar ta' tali programm għall-approvazzjoni, fejn juru r-riżultati li jistgħu jinkisbu permezz tal-implimentazzjoni tal-investiment, kif attestat mid-dokumenti tekniċi jew minn korp ikkwalifikat indipendenti jew espert bi qbil mal-Istat Membru.
L-investimenti maħsuba biex jiksbu tnaqqis fl-użu tal-ilma għandhom:
(a) jipprevedu tnaqqis ta' mill-inqas 5 % fl-użu tal-ilma f'tisqija bil-qatra jew sistemi simili, imqabbel mal-konsum qabel l-investiment, u
(b) ma jirriżultawx f'żieda netta taż-żona msaqqija, sakemm il-konsum totali tal-ilma għat-tisqija tar-razzett kollu, inkluża ż-żona miżjuda, ma jaqbiżx il-medja tal-konsum tal-ilma tal-ħames snin ta' qabel l-investiment.
5. L-investimenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, li jikkonsistu f'sistemi li jiġġeneraw l-enerġija, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ jekk l-ammont ta' enerġija ġġenerata ma jaqbiżx l-ammont li jista' jintuża ex-ante fuq bażi annwali għall-azzjonijiet relatati mal-frott u l-ħxejjex mill-organizzazzjoni tal-produtturi, mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, minn kumpanija sussidjarja jew mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi li jibbenifikaw mill-investiment.
6. L-investimenti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-iffrankar tal-ilma jew tal-enerġija, it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-ilma, tal-ħabitats jew tal-protezzjoni tal-bijodiversità, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni mtejba tal-iskart jew it-tnaqqis tiegħu, għalkemm il-kontribut tagħhom ma jistax jiġi kkwantifikat.
L-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tipprovdi evidenza tal-kontribut pożittiv mistenni għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali fil-mument tas-sottomissjoni għall-approvazzjoni tal-programm operattiv propost jew għall-emendar ta' tali programm. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista' titlob li l-evidenza tiġi pprovduta fil-forma ta' speċifikazzjonijiet tal-proġett attestati minn korp ikkwalifikat indipendenti jew espert fl-oqsma ambjentali kkonċernati.
7. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-azzjonijiet ambjentali:
(a) jistgħu jiġu kkombinati diversi azzjonijiet ambjentali, sakemm ikunu kumplimentari u kompatibbli. Meta l-azzjonijiet ambjentali, għajr l-investimenti f'assi fiżiċi, jiġu kkombinati, il-livell ta' appoġġ għandu jqis id-dħul speċifiku mitluf u l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-kombinazzjoni;
(b) l-impenji maħsuba biex jillimitaw l-użu ta' fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew inputs oħrajn għandhom ikunu aċċettati biss jekk tali limitazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu vvalutati b'mod li jipprovdi assigurazzjoni dwar il-konformità ma' dawk l-impenji;
(c) l-investimenti ta' benefiċċju għall-ambjent imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli kompletament għall-appoġġ.
Artikolu 4
Kontenut tal-programmi operattivi
1. Il-programmi operattivi għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a) deskrizzjoni tas-sitwazzjoni inizjali, ibbażata, fejn ikun rilevanti, fuq l-indikaturi elenkati fit-Tabella 4.1 tal-Anness II;
(b) l-objettivi tal-programm, filwaqt li jitqiesu l-prospetti tal-produzzjoni u tal-postijiet tal-bejgħ, bi spjegazzjoni ta' kif il-programm għandu l-ħsieb li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija nazzjonali u jkun konsistenti magħhom, inkluż fil-bilanċ bejn l-attivitajiet. Id-deskrizzjoni tal-objettivi għandha tindika miri li jistgħu jitkejlu, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-progress magħmul gradwalment fl-implimentazzjoni tal-programm;
(c) il-miżuri proposti, inklużi l-azzjonijiet għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet;
(d) it-tul tal-programm; u
(e) l-aspetti finanzjarji, b'mod partikolari:
(i) il-metodu tal-kalkolu u l-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji;
(ii) il-proċedura għall-finanzjament tal-fond operattiv;
(iii) it-tagħrif meħtieġ sabiex ikunu ġustifikati l-livelli differenti ta' kontribuzzjoni; u
(iv) il-baġit u l-iskeda taż-żmien għall-operazzjonijiet għal kull sena ta' implimentazzjoni tal-programm.
2. Il-programmi operattivi għandhom jindikaw:
(a) kemm il-miżuri differenti jikkumplimentaw miżuri oħrajn u kemm huma konsistenti magħhom, inklużi miżuri ffinanzjati jew eliġibbli għall-appoġġ minn fondi oħrajn tal-Unjoni u, b'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-programmi ta' promozzjoni approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). Jekk ikun applikabbli, għandha ssir ukoll referenza speċifika għall-miżuri mwettqa fil-kuntest tal-programmi operattivi preċedenti; u
(b) li ma jinvolvu ebda riskju ta' finanzjament doppju mill-fondi tal-Unjoni.
Artikolu 5
Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati mal-programm operattiv
Il-programmi operazzjonali għandhom ikunu akkumpanjati minn:
(a) provi li jkun inħoloq fond operattiv;
(b) impenn bil-miktub mill-organizzazzjoni tal-produtturi li din ser taġixxi b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u ma' dan ir-Regolament; u
(c) impenn bil-miktub mill-organizzazzjoni tal-produtturi li hija la rċeviet u lanqas ma hija ser tirċievi, direttament jew indirettament, xi finanzjament ieħor tal-Unjoni jew nazzjonali għall-azzjonijiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.
Artikolu 6
Limitu ta' żmien għas-sottomissjoni
1. Programm operattiv għandu jiġi sottomess għall-approvazzjoni minn organizzazzjoni tal-produtturi lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha sal-15 ta' Settembru tas-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat il-programm. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data li tkun aktar tard mill-15 ta' Settembru.
2. Meta entità legali jew parti definita b'mod ċar minn entità legali, inkluż grupp tal-produtturi msawwar skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew grupp tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, tissottometti applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi, hija tista', fl-istess ħin, tissottometti l-programm operattiv imsemmi fil-paragrafu 1 għall-approvazzjoni. L-approvazzjoni tal-programm operattiv għandha tkun soġġetta għall-għoti tar-rikonoxximent sa mhux aktar tard mid-data finali stipulata fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.
Artikolu 7
Il-perjodi ta' implimentazzjoni tal-programmi operattivi
1. Il-programmi operattivi għandhom jiġu implimentati f'perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.
2. Il-programmi operattivi approvati sal-15 ta' Diċembru għandhom jiġu implimentati mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.
L-implimentazzjoni ta' programmi approvati wara l-15 ta' Diċembru għandha tkun posposta għal sena.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, meta japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi approvati skont dawk id-dispożizzjonijiet għandha tibda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar wara l-approvazzjoni tagħhom.
TAQSIMA 3
Għajnuna
Artikolu 8
Ammont tal-għajnuna approvat
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-ammont tal-għajnuna approvat sal-15 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.
B'deroga mill-ewwel paragrafu, meta japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil dawk l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet bl-ammont tal-għajnuna approvat sal-20 ta' Jannar tas-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.
Artikolu 8bis
Implimentazzjoni taż-żieda fil-limitu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni minn 50 % għal 60 %
1. Iż-żieda fil-limitu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni minn 50 % għal 60 % għal programm operattiv jew parti minn programm operattiv ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta kif imsemmi fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tingħata jekk:
(a) il-kundizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jiġu ssodisfati f'kull sena ta' implimentazzjoni tal-programm operattiv u huma soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2)(g) ta' dan ir-Regolament:
(b) organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta tressaq talba meta tissottometti l-programm operattiv tagħha.
2. Għall-finijiet taż-żieda fil-limitu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni minn 50 % għal 60 % għal programm operattiv jew parti minnu, ir-rata ta' kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix minn organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi kkalkulata kull sena kemm idum għaddej il-programm operattiv, bħala parti mill-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stat Membru partikolari, tal-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix ikkumerċjalizzata fl-Istat Membru partikolari għall-perjodu referenzjarju stabbilit fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.
Madanakollu, Stati Membri li japplikaw il-metodu alternattiv stabbilit fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għandhom jikkalkulaw ir-rata ta' kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kull sena kemm idum għaddej il-programm operattiv, bħala parti mill-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stat Membru partikolari, tal-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix ikkumerċjalizzata fl-Istat Membru partikolari għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena li fiha tiġi approvata l-għajnuna skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-organizzazzjoni tal-produtturi li tagħmel it-talba bl-ammont approvat tal-għajnuna, inkluż l-ammont taż-żieda mogħtija skont l-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel l-implimentazzjoni tal-programm operattiv, kif stabbilit fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.
4. Kull sena kemm idum għaddej il-programm operattiv, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet għaż-żieda fil-limitu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni minn 50 % għal 60 % kif imsemmija fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma ssodisfati.
Artikolu 9
Applikazzjonijiet għall-għajnuna
1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iressqu applikazzjoni għall-għajnuna, jew il-bilanċ tagħha, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għal kull programm operattiv li għalih tkun qed tintalab l-għajnuna sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.
2. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li juru:
(a) l-għajnuna mitluba;
(b) il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata;
(c) il-kontribuzzjonijiet finanzjarji imposti fuq il-membri tagħha u dawk tal-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha;
(d) l-infiq imġarrab fir-rigward tal-programm operattiv;
(e) l-infiq li jikkonċerna l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, maqsum skont l-azzjonijiet;
(f) il-proporzjon tal-fond operattiv li ntefaq fuq il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, maqsum skont l-azzjonijiet;
(g) il-konformità mal-Artikolu 33(3), mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(5) u mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
(h) impenn bil-miktub li hija ma rċeviet ebda finanzjament nazzjonali jew tal-Unjoni doppju għall-miżuri jew l-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;
(i) fil-każ ta' applikazzjoni għal pagament abbażi tar-rati fissi standard jew l-iskali ta' spejjeż għal kull unità msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, prova tal-implimentazzjoni tal-azzjoni kkonċernata; u
(j) ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 21.
3. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jkopru nfiq ipprogrammat iżda li ma jkunx sar jekk ikun hemm provi dwar l-elementi li ġejjin:
(a) l-operazzjonijiet ikkonċernati ma setgħux jitwettqu sal-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha kien implimentat il-programm operattiv, għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata;
(b) dawk l-operazzjonijiet jistgħu jitwettqu sat-30 ta' April tas-sena ta' wara dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna; u
(c) għad hemm kontribuzzjoni ekwivalenti mill-organizzazzjoni tal-produtturi fil-fond operattiv.
L-għajnuna għandha titħallas biss, u l-garanzija mressqa skont l-Artikolu 11(2) għandha tiġi rrilaxxata biss, bil-kundizzjoni li tingħata prova, sat-30 ta' April tas-sena ta' wara dik li fiha l-infiq ikkonċernat kien ipprogrammat, li l-infiq ipprogrammat imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ġie implimentat u abbażi tad-dritt għall-għajnuna stabbilit fil-verità.
4. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' taċċetta applikazzjonijiet wara d-data prevista fil-paragrafu 1, jekk ikunu twettqu l-kontrolli meħtieġa u jekk ikun ġie mħares il-limitu taż-żmien għall-ħlas imsemmi fl-Artikolu 10. F'każ li l-applikazzjonijiet jitressqu wara d-data prevista fil-paragrafu 1, l-għajnuna għandha titnaqqas b'1 % għal kull jum li l-applikazzjoni tkun tard.
5. L-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 1 f'isem u għan-nom biss ta' dawk il-membri li huma organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fl-istess Stat Membru li rrikonoxxa l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u diment li jiġu sottomessi d-dokumenti ta' sostenn imsemmija fil-paragrafu 2 għal kull membru. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu l-benefiċjarji finali tal-għajnuna.
6. Organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal għajnuna rigward azzjonijiet li huma implimentati fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-Istat Membru fejn huma rikonoxxuti. Jekk ikunu membri ta' assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu kopja tal-applikazzjoni lill-Istat Membru li fih għandha s-sede tagħha l-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.
7. Assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tippreżenta applikazzjoni għal għajnuna rigward azzjonijiet li huma implimentati fil-livell tal-assoċjazzjoni transnazzjonali fl-Istat Membru fejn dik l-assoċjazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li m'hemmx riskju ta' finanzjament doppju.
Artikolu 10
Ħlas tal-għajnuna
L-Istati Membri għandhom iħallsu l-għajnuna sal-15 ta' Ottubru tas-sena ta' wara dik li fiha jiġi implimentat il-programm.
Artikolu 11
Ħlasijiet bil-quddiem
1. L-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jiġu ppreżentati skont kif deċiż mill-Istat Membru, jew fuq il-bażi ta' kull tliet xhur, jiġifieri f'Jannar, April, Lulju u Ottubru, jew inkella fuq il-bażi ta' kull erba' xhur, jiġifieri f'Jannar, Mejju u Settembru.
It-total ta' ħlasijiet bil-quddiem magħmula għal sena partikolari ma jistax jaqbeż it-80 % tal-ammont ta' għajnuna approvat inizjalment għall-programm operattiv.
2. Il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jitħallsu jekk tingħata garanzija li tkun ekwivalenti għal 110 % tagħhom skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 ( 3 ).
3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu u d-dati ta' skadenza għall-ħlasijiet bil-quddiem.
Artikolu 12
Ħlasijiet parzjali
1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi japplikaw għall-ħlas tal-parti tal-għajnuna li tikkorrispondi mal-ammonti li jkunu diġà ntefqu fil-kuntest tal-programm operattiv.
2. L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu fi kwalunkwe ħin, iżda mhux aktar minn tliet darbiet fis-sena. Huma għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn, bħal fatturi u dokumenti li jagħtu prova li l-ħlas ikun sar.
3. Il-ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal partijiet mill-għajnuna ma jistgħux jaqbżu t-80 % tal-parti tal-għajnuna li tikkorrispondi għall-ammonti li jkunu diġà ntefqu fil-kuntest tal-programm operattiv għall-perjodu kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu għall-ħlasijiet parzjali u d-dati ta' skadenza għall-applikazzjonijiet.
KAPITOLU II
MIŻURI TA' PREVENZJONI U ĠESTJONI TAL-KRIŻIJIET
Artikolu 13
Miżuri ta' taħriġ u skambji ta' prattiki aħjar
L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati permezz tal-miżuri ta' taħriġ u l-iskambji ta' prattiki aħjar, li għandhom jitqiesu bħala miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet.
Artikolu 14
Miżuri ta' promozzjoni u komunikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati permezz tal-miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet u attivitajiet bl-għan tad-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq tal-frott u tal-ħaxix, kemm jekk dawk il-miżuri jkunu jirrigwardjaw il-prevenzjoni tal-kriżijiet kif ukoll jekk ikunu jirrigwardaw il-ġestjoni tal-kriżijiet. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu l-applikazzjoni ta' malajr tal-miżuri jekk dan ikun meħtieġ.
L-għan prinċipali ta' dawk il-miżuri għandu jkun it-titjib tal-kompetittività tal-prodotti kkummerċjalizzati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fil-każ ta' tfixkil serju fis-suq, telf ta' kunfidenza tal-konsumatur jew problemi oħra relatati.
L-objettivi speċifiċi tal-miżuri ta' promozzjoni u komunikazzjoni implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu:
(a) aktar sensibilizzazzjoni dwar il-kwalità ta' prodotti agrikoli li jipproduċu fl-Unjoni u dwar l-istandards ta' kwalità għoljin li huma applikabbli għall-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni;
(b) żieda fil-kompetittività u l-konsum ta' prodotti agrikoli u ta' ċerti prodotti pproċessati li jipproduċu fl-Unjoni u sensibilizzazzjoni dwar il-kwalità tagħhom kemm fl-Unjoni u kemm barra minnha;
(c) aktar sensibilizzazzjoni dwar skemi tal-kwalità tal-Unjoni kemm fl-Unjoni u kemm barra minnha;
(d) żieda fis-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli u ta' ċerti prodotti pproċessati li jipproduċu fl-Unjoni, b'fokus speċifiku fuq dawk is-swieq f'pajjiżi terzi li għandhom l-ogħla potenzjal ta' tkabbir; u
(e) kontribuzzjoni għall-irkupru ta' kundizzjonijiet normali tas-suq fis-suq tal-Unjoni f'każ ta' tfixkil serju tas-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumatur jew problemi relatati oħra.
2. L-azzjonijiet fil-kuntest tal-miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni għandhom jiżdiedu ma' kwalunkwe azzjoni ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni li tkun qed tiġi applikata mill-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata fil-programm operattiv tagħha u li ma tkunx marbuta mal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet.
Artikolu 15
Standards ta' kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti rtirati
1. Prodott irtirat mis-suq għandu jkun konformi mal-istandard ta' kummerċjalizzazzjoni għal dak il-prodott kif imsemmi fit-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief għad-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-immarkar tal-prodotti. Meta l-prodotti jiġu rtirati fi kwantitajiet kbar, għandhom jiġu rrispettati r-rekwiżiti minimi għall-klassi II.
Madankollu, il-prodotti żgħar kif definiti fl-istandard rilevanti għandhom ikunu konformi mal-istandard ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-immarkar tal-prodotti.
2. Jekk ma jkunx stipulat standard ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodott partikolari, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness III. L-Istati Membri jista' jistipulaw regoli addizzjonali li jissupplimentaw dawk ir-rekwiżiti minimi.
Artikolu 16
L-ispejjeż tat-trasport għal distribuzzjoni bla ħlas
1. L-ispejjeż tat-trasport bl-art għad-distribuzzjoni bla ħlas tal-prodotti kollha rtirati mis-suq għandhom ikunu eliġibbli fil-kuntest tal-programm operattiv fuq il-bażi tal-iskala tal-ispejjeż għal kull unità stabbiliti skont id-distanza bejn il-punt tal-irtirar u l-post tal-kunsinna kif stabbilita fl-Anness IV.
Fil-każ tat-trasport bil-baħar, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-distanza bejn il-punt tal-irtirar u l-post tal-kunsinna finali. Il-kumpens ma jistax jaqbeż l-ispiża tat-trasport bl-art fuq l-iqsar rotta bejn il-post tat-tagħbija u l-punt tal-kunsinna finali fejn ikun jista' jintuża t-trasport bl-art. Għandu jiġi applikat koeffiċjent korrettiv ta' 0,6 għall-ammonti stabbiliti fl-Anness IV.
Fil-każ tat-trasport ikkombinat, l-ispiża tat-trasport applikabbli għandha tkun it-total tal-ispiża korrispondenti għad-distanza tat-trasport bl-art flimkien ma' 60 % taż-żieda tal-ispiża jekk id-distanza totali tat-trasport tkun saret bl-art, kif stabbilit fl-Anness IV.
2. L-ispejjeż tat-trasport għandhom jitħallsu lill-parti li fil-fatt tħallas l-ispiża finanzjarja tal-operazzjoni tat-trasport ikkonċernata.
Il-ħlas għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn li jiċċertifikaw, b'mod partikolari:
(a) l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji;
(b) il-kwantità tal-prodotti kkonċernati;
(c) l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji u l-mezzi tat-trasport użati; u
(d) id-distanza bejn il-post tal-irtirar u l-post tal-kunsinna.
Artikolu 17
L-ispejjeż tal-issortjar u tal-ippakkjar għad-distribuzzjoni bla ħlas
1. L-ispejjeż tal-issortjar u tal-imballaġġ tal-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq għal distribuzzjoni bla ħlas għandhom ikunu eliġibbli fil-kuntest tal-programmi operattivi. Għal prodotti f'pakketti ta' inqas minn 25 kilogramma ta' piż nett, għandhom japplikaw l-ammonti b'rata fissa stabbiliti fl-Anness V.
2. Il-pakketti ta' prodotti għal distribuzzjoni bla ħlas għandhom juru l-emblema Ewropea, flimkien ma' waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI.
3. L-ispejjeż tal-issortjar u tal-imballaġġ għandhom jitħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni li jkunu wettqu dawk l-operazzjonijiet.
Il-ħlas għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn li jiċċertifikaw, b'mod partikolari:
(a) l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji;
(b) il-kwantità tal-prodotti kkonċernati; u
(c) l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji, li tispeċifika l-preżentazzjoni.
KAPITOLU III
ASSISTENZA FINANZJARJA NAZZJONALI
Artikolu 18
Awtorizzazzjoni sabiex titħallas l-għajnuna finanzjarja nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni sabiex jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-programmi operattivi li għandhom jiġu implimentati fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari sal-31 ta' Jannar ta' dik is-sena.
It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi:
(a) li l-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fir-reġjun ikkonċernat huwa partikolarment baxx, skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891;
(b) li huma biss il-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex li jiġu prodotti f'dak ir-reġjun li jibbenifikaw mill-assistenza; u
(c) id-dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont tal-assistenza kkonċernata u l-proporzjon tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
2. Il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad it-talba permezz ta' deċiżjoni fi żmien tliet xhur. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-jum li fih il-Kummissjoni tkun irċeviet talba kompluta mill-Istat Membru. Jekk il-Kummissjoni ma titlobx tagħrif addizzjonali matul il-perjodu ta' tliet xhur, it-talba għandha titqies bħala kompluta.
Artikolu 19
Applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja nazzjonali u l-ħlas tagħha
1. L-Artikoli 9 u 10 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għall-assistenza finanzjarja nazzjonali u l-ħlas tagħha.
2. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli addizzjonali dwar il-ħlas tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, inkluża l-possibbiltà ta' ħlasijiet bil-quddiem u ta' ħlasijiet parzjali.
Artikolu 20
Rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali
1. Qabel l-1 ta' Jannar tat-tieni sena wara s-sena li fiha jiġi implimentat il-programm, l-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali approvata effettivament imħallsa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kienu ssodisfati fi tlieta mill-erba' snin preċedenti.
Għall-fini tal-kalkolu tal-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni wkoll il-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex mill-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
It-talba għar-rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha tinkludi wkoll:
(a) id-dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati;
(b) l-ammont ta' assistenza mħallsa, limitata għal kull organizzazzjoni tal-produtturi għall-ammont inizjalment awtorizzat; u
(c) deskrizzjoni tal-fond operattiv li turi l-ammont totali, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja nazzjonali u l-kontribuzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-membri.
2. Il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad it-talba.
It-talba għandha tiġi miċħuda meta ma jkunux ġew irrispettati r-regoli dwar l-awtorizzazzjoni u r-rimborż tal-assistenza finanzjarja nazzjonali jew meta ma jkunux ġew irrispettati r-regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-fond operattiv u l-programmi operattivi stipulati fi jew skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
3. Meta r-rimborż tal-assistenza mill-Unjoni jkun ġie approvat, l-infiq eliġibbli għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 ( 4 ).
4. Il-proporzjon tar-rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali ma għandux jaqbeż is-60 % tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjoni tal-produtturi. L-ammont irrimborżat ma għandux jaqbeż it-48 % tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 32(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
KAPITOLU IV
TAGĦRIF, RAPPORTI U KONTROLLI
TAQSIMA 1
Tagħrif u rapporti
Artikolu 21
It-tagħrif u r-rapporti annwali minn gruppi ta' produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-rapporti annwali mill-Istati Membri
1. Fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, il-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu kwalunkwe tagħrif rilevanti meħtieġ sabiex jitfassal ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 54(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġbru tagħrif dwar l-għadd ta' membri, il-volum u l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunux issottomettew programmi operattivi. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi ta' produtturi msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jintalbu jipprovdu tagħrif dwar l-għadd ta' membri, il-volum u l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.
2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jippreżentaw rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tagħhom mal-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna.
Dawk ir-rapporti annwali għandhom jikkonċernaw dawn li ġejjin:
(a) il-programm operattiv implimentat matul is-sena ta' qabel;
(b) l-emendi ewlenin għall-programm operattiv; u
(c) id-differenzi bejn l-ammont stmat ta' għajnuna u l-għajnuna li tkun saret applikazzjoni għaliha.
3. Ir-rapport annwali mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jindikaw:
(a) il-kisbiet tal-programm operattiv, abbażi tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II u, fejn applikabbli, l-indikaturi addizzjonali stabbiliti fl-istrateġija nazzjonali kif ġej:
(i) l-indikaturi komuni ta' linja bażi u l-indikaturi (finanzjarji) tal-input għandhom jintużaw f'kull rapport annwali;
(ii) l-indikaturi tar-riżultati u tal-output għandhom jintużaw fl-aħħar sentejn tal-programm operattiv; u
(b) sommarju tal-problemi ewlenin li jkunu nstabu fil-ġestjoni tal-programm u l-miżuri meħuda sabiex jiżguraw il-kwalità u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-programm.
Fejn ikun applikabbli, ir-rapport annwali għandu jispeċifika x'salvagwardji ddaħħlu fis-seħħ, b'konformità mal-istrateġija nazzjonali u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sabiex l-ambjent jitħares minn pressjonijiet miżjuda li possibbilment jistgħu joriġinaw minn investimenti appoġġjati fil-kuntest tal-programm operattiv.
4. Ir-rapport annwali mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sena ta' qabel tal-aħħar ta' programm operattiv għandu juri kemm tabilħaqq intlaħqu l-objettivi segwiti mill-programmi. Dan ir-rapport għandu jsemmi wkoll fatturi li kkontribwew għas-suċċess jew għall-falliment tal-implimentazzjoni tal-programm u l-mod kif dawk il-fatturi ttieħdu f'kunsiderazzjoni fil-programm li għaddej bħalissa jew ser jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-programm operattiv ta' wara.
Fir-rapport annwali tiegħu msemmi fl-Artikolu 54(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-Istat Membru għandu jinkludi d-dettalji tal-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
TAQSIMA 2
Kontrolli
Artikolu 22
Sistema ta' identifikazzjoni unika
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata sistema ta' identifikazzjoni unika għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, għall-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u għall-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna. Din l-identifikazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 23
Proċeduri tas-sottomissjoni
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9, 24 u 25, l-Istati Membri għandhom jipprevedu proċeduri għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna, għat-talbiet għar-rikonoxximent jew għall-approvazzjoni ta' programmi operattivi, kif ukoll għat-talbiet għall-ħlas.
Artikolu 24
L-għoti ta' rikonoxximent
1. Qabel jagħtu rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikolu 154(4)(a) jew l-Artikolu 156(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi u fuq il-post fl-organizzazzjoni tal-produtturi jew fl-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji tar-rikonoxximent.
2. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi u fuq il-post fir-rigward tal-kriterji tar-rikonoxximent li japplikaw għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha mill-inqas darba kull ħames snin, anki jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jimplimentaw ebda programm operattiv.
Artikolu 25
Approvazzjoni tal-programmi operattivi u l-emendi tagħhom
1. Qabel ma programm operattiv jiġi approvat skont l-Artikolu 33 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, bil-mezzi kollha xierqa, inkluż permezz ta' kontrolli fuq il-post, il-programm operattiv sottomess għall-approvazzjoni u t-talba għall-emenda, fejn ikun applikabbli. B'mod partikolari, dawk il-kontrolli għandhom jikkonċernaw:
(a) l-akkuratezza tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a), (b) u (e), li għandu jiddaħħal fl-abbozz tal-programm operattiv;
(b) il-konformità tal-programm mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll mal-istrateġija nazzjonali u mal-qafas nazzjonali;
(c) l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet u l-eliġibbiltà tal-infiq propost; u
(d) il-konsistenza u l-kwalità teknika tal-programm, il-korrettezza tal-estimi u tal-pjan ta' għajnuna u l-ippjanar tal-implimentazzjoni tiegħu.
2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jivverifikaw jekk:
(a) il-miri jistgħux jitkejlu u jekk jistgħux jiġu mmonitorjati u milħuqa permezz tal-azzjonijiet proposti; u
(b) l-operazzjonijiet li għalihom tintalab l-għajnuna humiex konformi mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, b'mod partikolari dawk dwar l-għajnuna mill-Istat, l-iżvilupp rurali u l-programmi ta' promozzjoni, kif ukoll mal-istandards obbligatorji stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew l-istrateġija nazzjonali.
Artikolu 26
Kontrolli amministrattivi
1. Il-proċeduri li jirrigwardjaw il-kontrolli amministrattivi għandhom jirrikjedu r-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet imwettqa, ir-riżultati tal-verifika u l-miżuri meħuda fir-rigward tad-diskrepanzi.
2. Qabel jagħtu l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna.
3. Il-kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu, fejn ikun applikabbli, verifika:
(a) tar-rapport annwali dwar it-twettiq tal-programm operattiv trażmess flimkien mal-applikazzjoni għall-għajnuna;
(b) tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, tal-kontribuzzjonijiet għall-fond operattiv u tal-infiq imġarrab;
(c) tal-korrelazzjoni preċiża tal-infiq iddikjarat mal-prodotti u s-servizzi kkonsenjati;
(d) tal-konformità tal-azzjonijiet imwettqa ma' dawk inklużi fil-programm operattiv approvat; u
(e) tal-ħarsien tal-limiti u tal-limiti massimi imposti, kemm dawk finanzjarji kif ukoll oħrajn.
4. L-infiq imġarrab fil-kuntest tal-programm operattiv għandu jiġi appoġġjat minn prova tal-ħlas. Il-fatturi użati għandhom jinħarġu f'isem l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-kumpanija sussidjarja li jkunu konformi mar-rekwiżit ta' 90 % imsemmi fl-Artikolu 22(8) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jew, soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat Membru, f'isem wieħed jew aktar mill-membri produtturi. Madankollu, il-fatturi fir-rigward tal-ispejjeż tal-persunal imsemmija fil-punt 2 tal-Anness III għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għandhom jinħarġu f'isem l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew il-kumpanija sussidjarja li jkunu konformi mar-rekwiżit ta' 90 % imsemmi fl-Artikolu 22(8) ta' dak ir-Regolament jew, soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat Membru, f'isem il-kooperattivi li huma membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi.
Artikolu 27
Kontrolli fuq il-post fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna annwali
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq il-post fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-kumpaniji sussidjarji tagħhom, sabiex jiżguraw il-konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent, għall-għoti ta' għajnuna jew għall-bilanċ tagħha għas-sena kkonċernata msemmija fl-Artikolu 9(1), li għandhom jissupplimentaw il-kontrolli amministrattivi.
2. Il-kontrolli fuq il-post għandhom jirrigwardjaw kampjun li jirrappreżenta mill-inqas 30 % tal-għajnuna totali applikata għal kull sena. Kull organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li timplimenta programm operattiv għandha tiġi miżjura mill-inqas darba kull tliet snin.
3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jridu jiġu vverifikati fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskji li għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-kriterji li ġejjin:
(a) l-ammont tal-għajnuna;
(b) is-sejbiet tal-kontrolli fis-snin preċedenti;
(c) parametru każwali; u
(d) parametri oħrajn li jridu jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.
4. Jista' jingħata avviż minn qabel tal-kontrolli fuq il-post, sakemm l-iskop tal-kontroll ma jkunx ipperikolat.
5. Il-kontrolli fuq il-post għandhom ikopru l-impenji u l-obbligi kollha tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-membri jew tal-kumpaniji sussidjarji tagħha, fejn ikun applikabbli, li jistgħu jiġu vverifikati fil-ħin taż-żjara u li ma setgħux jiġu vverifikati matul il-kontrolli amministrattivi. B'mod partikolari, il-kontrolli fuq il-post għandhom jikkonċernaw:
(a) il-konformità mal-kriterji tar-rikonoxximent għas-sena kkonċernata;
(b) l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-konsistenza tagħhom mal-programm operattiv approvat;
(c) fir-rigward ta' għadd ta' azzjonijiet rilevanti: il-konformità tal-infiq mal-liġi tal-Unjoni u r-rispett tad-dati ta' skadenza stabbiliti fiha;
(d) l-użu tal-fond operattiv, inkluż l-infiq iddikjarat fit-talbiet għall-ħlasijiet bil-quddiem jew għall-ħlasijiet parzjali, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, il-kontribuzzjonijiet għall-fond operattiv u l-infiq iddikjarat kif appoġġjat mid-dokumenti tal-kontabbiltà jew minn dokumenti ekwivalenti;
(e) il-kunsinna sħiħa tal-prodotti mill-membri, il-kunsinna tas-servizzi u l-ġenwinità tal-infiq iddikjarat; u
(f) il-kontrolli tat-tieni livell imsemmija fl-Artikolu 30 għall-ispejjeż tal-irtirar mis-suq, tal-ħsad bikri u tan-nuqqas ta' ħsad.
6. Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi vverifikat fuq il-bażi tas-sistema tal-kontabbiltà finanzjarja kif ivverifikata u ċċertifikata skont il-liġi nazzjonali.
Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-dikjarazzjoni tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandha tiġi ċċertifikata bl-istess mod bħad-dejta tal-kontabbiltà finanzjarja.
Il-kontroll tad-dikjarazzjoni tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista' jitwettaq qabel ma tintbagħat l-applikazzjoni għall-għajnuna rilevanti, iżda għandu jitwettaq sa mhux aktar tard minn qabel isir il-ħlas tal-għajnuna.
7. Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-kontrolli fuq il-post għandhom jinkludu żjara fil-post fejn tiġi implimentata l-azzjoni jew, jekk l-azzjoni ma tkunx tanġibbli, lill-promotur tal-azzjoni. B'mod partikolari, l-azzjonijiet fuq azjendi individwali ta' membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi koperti mill-kampjun imsemmi fil-paragrafu 2 għandha ssirilhom mill-inqas żjara waħda sabiex jiġi vverifikat it-twettiq tagħhom.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux dawn iż-żjarat għal azzjonijiet żgħar, jew meta jqisu li hemm riskju baxx li l-kundizzjonijiet sabiex jirċievu l-għajnuna ma jiġux issodisfati, jew inkella li l-operazzjoni ma kinitx implimentata. Id-deċiżjoni rispettiva u l-ġustifikazzjoni tagħha għandhom ikunu rreġistrati. Il-kriterji tal-analiżi tar-riskji stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan il-paragrafu.
8. Huma biss il-kontrolli li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta' dan l-Artikolu li jistgħu jingħaddu lejn l-issodisfar tar-rata ta' kontroll stabbilita fil-paragrafu 2.
9. Ir-riżultati tal-kontrolli fuq il-post għandhom ikunu vvalutati sabiex jiġi stabbilit jekk kwalunkwe problemi li jkunu nstabu fihom humiex ta' natura sistemika u jekk jinvolvux riskju għal azzjonijiet, benefiċjarji jew korpi simili oħrajn. Din il-valutazzjoni għandha tidentifika wkoll il-kawżi ta' tali sitwazzjonijiet, kwalunkwe eżaminazzjoni ulterjuri li tista' tkun meħtieġa u l-azzjoni korrettiva u preventiva rrakkomandata.
Jekk il-kontrolli jiżvelaw irregolaritajiet sinifikanti f'reġjun jew parti minn reġjun jew għal organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi speċifika, l-Istat Membru għandu jwettaq kontrolli addizzjonali matul is-sena fir-reġjun jew fl-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni kkonċernata u għandu jżid il-perċentwal ta' applikazzjonijiet korrispondenti li jridu jiġu vverifikati fis-sena ta' wara.
Artikolu 28
Rapporti tal-kontrolli fuq il-post
1. Għandu jsir rapport dettaljat għal kull kontroll fuq il-post, li jindika mill-inqas it-tagħrif li ġej:
(a) l-iskema tal-għajnuna u l-applikazzjoni vverifikata;
(b) l-ismijiet u l-funzjonijiet tal-persuni preżenti;
(c) l-azzjonijiet, il-miżuri u d-dokumenti vverifikati, inklużi r-rekord tal-awditjar u l-evidenza ta' sostenn ivverifikati; u
(d) ir-riżultati tal-kontroll.
2. Rappreżentant tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport sabiex jiċċertifika l-preżenza tiegħu fil-kontroll u sabiex jirreġistra l-kummenti tiegħu. Meta jinstabu xi irregolaritajiet, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport.
Artikolu 29
Kontrolli tal-ewwel livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tal-ewwel livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar f'kull organizzazzjoni tal-produtturi, li jkunu jinkludu kontroll tad-dokumenti u tal-identità appoġġjat minn kontroll fiżiku tal-piż tal-prodotti rtirati mis-suq, kif ukoll kontroll fuq il-konformità mal-Artikolu 15, skont il-proċeduri stipulati fil-Kapitolu II tat-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kontroll għandu jsir wara li tasal in-notifika msemmija fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, fil-limiti ta' żmien stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu.
2. Il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati mis-suq. Fi tmiem dan il-kontroll, il-prodotti rtirati, minbarra dawk għad-distribuzzjoni bla ħlas, għandha tinbidlilhom in-natura tagħhom jew għandhom jitneħħew billi jingħataw lill-industrija tal-ipproċessar taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 46 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, meta l-prodotti jkunu għad-distribuzzjoni bla ħlas, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw perċentwal iżgħar minn dak stipulat f'dak il-paragrafu, sakemm dan ma jkunx inqas minn 10 % tal-kwantitajiet ikkonċernati matul is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni ta' kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi partikolari. Il-kontroll jista' jseħħ fil-bini tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew fis-siti tal-benefiċjarji tal-prodotti. F'każ li l-kontrolli jiżvelaw xi irregolaritajiet, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli addizzjonali.
Artikolu 30
Kontrolli tat-tieni livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tat-tieni livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar fil-bini tal-organizzazzjoni tal-produtturi u tal-benefiċjarji tal-prodotti rtirati abbażi ta' analiżi tar-riskji. L-analiżi tar-riskji għandha tinkludi s-sejbiet tal-kontrolli tal-ewwel u tat-tieni livell li jkunu saru qabel u jekk organizzazzjoni tal-produtturi għandhiex xi forma ta' proċedura ta' assigurazzjoni tal-kwalità jew le. Din l-analiżi tar-riskji għandha sservi bħala l-bażi sabiex tiġi stabbilita l-frekwenza minima tal-kontrolli tat-tieni livell għal kull organizzazzjonijiet tal-produtturi.
2. Il-kontrolli tat-tieni livell imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċernaw:
(a) ir-reġistri speċifiċi tal-ħażniet u tal-kontabbiltà li għandhom jinżammu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha li jwettqu operazzjonijiet ta' rtirar matul is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni kkonċernata;
(b) il-kwantitajiet ikkummerċjalizzati kif iddikjarati fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, li jivverifikaw, b'mod partikolari, ir-reġistri tal-ħażniet u tal-kontabbiltà, il-fatturi u l-iżgurar li d-dikjarazzjonijiet ikunu jaqblu mad-dejta tal-kontabbiltà u tat-taxxa tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati;
(c) il-kontijiet, b'mod partikolari l-veraċità tal-irċevuti netti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif iddikjarati fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-ħlas u l-proporzjonalità ta' kwalunkwe spiża tal-irtirar; u
(d) id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati kif iddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas u t-tibdil tan-natura tagħhom.
3. Kull kontroll għandu jinkludi kampjun li jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet irtirati mill-organizzazzjoni tal-produtturi matul is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni.
4. Ir-reġistri speċifiċi tal-ħażniet u tal-kontabbiltà msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandhom juru, għal kull prodott irtirat, il-kwantitajiet mibdula, espressi f'tunnellati, ta':
(a) il-produzzjoni kkonsenjata minn membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u minn membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi oħrajn skont l-Artikolu 12(1)(b) u (c) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891;
(b) il-bejgħ mill-organizzazzjoni tal-produtturi, li jidentifika l-prodotti maħsuba għas-suq tal-prodotti friski u l-prodotti għall-ipproċessar; u
(c) il-prodotti rtirati mis-suq.
5. Il-kontrolli fuq id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati mis-suq għandhom jinkludu:
(a) kontroll ta' kampjun fuq ir-rekords tal-ħażniet li għandhom jinżammu mill-benefiċjarji u fuq il-kontijiet finanzjarji tal-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli kkonċernati meta japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891; u
(b) kontrolli fuq il-konformità mar-rekwiżiti ambjentali rilevanti.
6. Jekk il-kontrolli tat-tieni livell jiżvelaw xi irregolaritajiet, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tat-tieni livell aktar dettaljati għas-sena kkonċernata u għandhom iżidu l-frekwenza tal-kontrolli tat-tieni livell fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi matul is-sena ta' wara.
Artikolu 31
Ħsad bikri u nuqqas ta' ħsad
1. Qabel ma sseħħ operazzjoni ta' ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz ta' kontroll fuq il-post, li l-prodotti kkonċernati ma jkunux bil-ħsara u li ż-żona kkonċernata kienet miżmuma sewwa. Wara l-ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li ż-żona kkonċernata nħasdet kompletament u li l-prodott maħsud inbidlitlu n-natura tiegħu.
2. Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li ma jsirx ħsad, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz ta' kontroll fuq il-post, li ż-żona partikolari kienet miżmuma sewwa, li ma seħħ diġà ebda ħsad parzjali, li l-prodott huwa żviluppat sewwa u li, b'mod ġenerali, tali prodott ser ikun tajjeb, ġust u ta' kwalità li tista' tiġi kkummerċjalizzata.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinbidel in-natura tal-produzzjoni. Jekk dan ma jkunx possibbli, huma għandhom jiżguraw, permezz ta' żjara jew żjarat fuq il-post matul l-istaġun tal-ħsad, li ma jseħħ l-ebda ħsad.
3. Meta japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891:
(a) ir-rekwiżit previst fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jiġifieri li ma jkun seħħ l-ebda ħsad parzjali, ma għandux japplika; u
(b) l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanti tal-frott u l-ħxejjex, li fir-rigward tagħhom ikunu ttieħdu miżuri ta' ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad, ma jintużawx għal skopijiet ta' produzzjoni ulterjuri fl-istess staġun tal-produzzjoni.
4. L-Artikolu 30(1), (2), (3) u (6) għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 32
Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi
1. L-Istat Membru li fih organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandu jkollu r-responsabbiltà totali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli fuq dik l-organizzazzjoni fir-rigward tal-programm operattiv u l-fond operattiv, kif ukoll għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi meta tali kontrolli juru li l-obbligi ma ġewx issodisfati.
2. L-Istati Membri l-oħrajn mitluba jipprovdu l-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 14(3)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għandhom iwettqu tali kontrolli amministrattivi u fuq il-post kif mitlub mill-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u għandhom jirrapportaw ir-riżultati lilu. Huma għandhom jirrispettaw id-dati ta' skadenza stabbiliti mill-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1.
3. Ir-regoli applikabbli fl-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-organizzazzjoni tal-produtturi u għall-programm operattiv u l-fond operattiv. Madankollu, fir-rigward tal-kwistjonijiet ambjentali u fitosanitarji u l-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet, għandhom japplikaw ir-regoli tal-Istat Membru fejn iseħħu l-azzjonijiet rispettivi.
Artikolu 33
Assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi
1. L-Istat Membru li fih organizzazzjoni tal-produtturi li hija membru ta' assoċjazzjoni transnazzjonali għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandu jkollu r-responsabbiltà totali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programm operattiv implimentat fit-territorju tiegħu u għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi meta tali kontrolli juru li l-obbligi ma ġewx issodisfati.
2. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkoopera mill-qrib mal-Istat Membru li fih l-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha u jinnotifika mingħajr dewmien ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa u l-penali amministrattivi possibbli applikati.
3. L-Istat Membru li fih għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha l-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu:
(a) jkollu r-responsabbiltà totali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programm operattiv implimentati fil-livell tal-assoċjazzjoni transnazzjonali u tal-fond operattiv tal-assoċjazzjoni transnazzjonali, kif ukoll għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi meta tali kontrolli juru li l-obbligi ma ġewx issodisfati, u
(b) jiżgura l-koordinazzjoni ta' kontrolli u pagamenti fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programm operattiv tal-assoċjazzjoni transnazzjonali li huma implimentati barra t-territorju tal-Istat Membru fejn hemm l-uffiċċju prinċipali.
4. L-azzjonijiet tal-programmi operattivi għandhom ikunu konformi mar-regoli nazzjonali u mal-istrateġija nazzjonali tal-Istat Membru fejn, f'konformità mal-Artikolu 9, paragrafi 6 u 7, l-applikazzjoni għall-għajnuna tiġi sottomessa.
Madanakollu, miżuri ambjentali u fitosanitarji u miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet se jkunu soġġetti għar-regoli tal-Istat Membru fejn dawn il-miżuri u l-azzjonijiet jitwettqu fil-verità.
Artikolu 34
Kontrolli
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament jew ta' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jintroduċu kontrolli u miżuri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u ta' dan ir-Regolament. Dawk il-kontrolli u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex b'hekk jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) il-kriterji tal-eliġibbiltà kollha stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni jew stabbiliti fl-istrateġija jew il-qafas nazzjonali jkunu jistgħu jiġu vverifikati;
(b) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mit-twettiq tal-kontrolli jkollhom biżżejjed persunal bi kwalifiki u esperjenza xierqa sabiex iwettqu l-kontrolli b'mod effettiv; u
(c) ikunu previsti kontrolli sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju irregolari tal-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fil-kuntest ta' skemi nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn.
Artikolu 35
Żbalji ovvji
F'każijiet ta' żbalji ovvji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kwalunkwe notifika, pretensjoni jew talba magħmula lil Stat Membru skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jew dan ir-Regolament u kwalunkwe applikazzjoni għall-għajnuna tista' tiġi kkoreġuta u aġġustata fi kwalunkwe ħin wara s-sottomissjoni tagħha.
KAPITOLU V
ESTENSJONI TAR-REGOLI
Artikolu 36
Kontribuzzjonijiet finanzjarji
Meta Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li l-operaturi li ma jappartjenux għal organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali, iżda li fir-rigward tagħhom ir-regoli jsiru vinkolanti, għandhom iħallsu kontribuzzjoni finanzjarja, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni t-tagħrif meħtieġ sabiex hija tkun tista' tivvaluta l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu. Dan it-tagħrif għandu jinkludi l-bażi li fuqha tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni, l-ammont unitarju tagħha, l-attivitajiet koperti u l-ispejjeż assoċjati magħhom.
Artikolu 37
Estensjonijiet li jdumu għal aktar minn sena waħda
1. Fejn huwa deċiż li għandha tiġi applikata estensjoni tar-regoli għal perjodu ta' aktar minn sena, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, fir-rigward ta' kull sena, jekk il-kundizzjonijiet dwar ir-rappreżentattività stipulati fl-Artikolu 164(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 komplewx jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta' applikazzjoni tal-estensjoni.
2. Jekk l-Istati Membri jsibu li l-kundizzjonijiet ma għadhomx qegħdin jiġu mħarsa, huma għandhom iħassru l-estensjoni b'effett mill-bidu tas-sena ta' wara.
3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe tħassir. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan it-tagħrif disponibbli għall-pubbliku bil-mezzi xierqa.
KAPITOLU VI
SISTEMA TAL-PREZZ TAD-DĦUL U D-DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI
Artikolu 38
Valuri standard tal-importazzjoni
1. Għal kull prodott u għall-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, għal kull jum tax-xogħol u għal kull oriġini, valur standard tal-importazzjoni daqs il-medja pponderata tal-prezzijiet rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 74 ta' dak ir-Regolament, nieqes ammont standard ta' EUR 5 għal kull 100 kg u d-dazji doganali ad valorem.
2. Meta jkun stabbilit valur standard tal-importazzjoni għall-prodotti u għall-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, skont l-Artikoli 74 u 75 ta' dak ir-Regolament u skont dan l-Artikolu, il-prezz għal kull unità msemmi fl-Artikolu 142 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 ( 5 ) ma għandux japplika. Dan għandu jiġi sostitwit mill-valur standard tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.
3. Meta ma jkun hemm ebda valur standard tal-importazzjoni fis-seħħ għal prodott ta' oriġini partikolari, għandha tapplika l-medja pponderata tal-valuri standard tal-importazzjoni li jkunu fis-seħħ għal dak il-prodott.
4. Matul il-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, il-valuri standard tal-importazzjoni għandhom jibqgħu applikabbli sakemm jinbidlu. Madankollu, huma ma għandhomx jibqgħu japplikaw meta ma jkun ġie nnotifikat ebda prezz rappreżentattiv medju lill-Kummissjoni għal ġimgħatejn konsekuttivi.
F'każijiet fejn, skont l-ewwel subparagrafu, ma japplika ebda valur standard tal-importazzjoni għal prodott partikolari, il-valur standard tal-importazzjoni applikabbli għal dak il-prodott għandu jkun daqs l-aħħar valur standard medju tal-importazzjoni.
5. B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet fejn ma kienx possibbli li jiġi kkalkolat valur standard tal-importazzjoni, ma għandu japplika ebda valur standard tal-importazzjoni mill-ewwel jum tal-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.
6. Ir-rata tal-kambju applikabbli għall-valur standard tal-importazzjoni għandha tkun l-aktar rata riċenti ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-aħħar jum tal-perjodu li għalih jiġu trażmessi l-prezzijiet.
7. Il-valuri standard tal-importazzjoni espressi f'euro għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni permezz ta' TARIC ( 6 ).
KAPITOLU VII
DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI
Artikolu 39
Il-ġbir ta' dazju tal-importazzjoni addizzjonali
1. Jista' jiġi applikat dazju tal-importazzjoni addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness VII għal dan ir-Regolament. Dak id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għandu japplika jekk il-kwantità ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera għal kwalunkwe wieħed mill-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti f'dak l-Anness taqbeż il-volum tal-iskattar għal dak il-prodott, sakemm mhuwiex improbabbli li l-importazzjonijiet ifixklu s-suq tal-Unjoni, jew l-effetti tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub.
2. Għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness VII u matul il-perjodi indikati f'dak l-Anness, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-volumi mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera billi jużaw il-metodu għas-sorveljanza tal-importazzjonijiet preferenzjali stabbilit fl-Artikolu 55 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
3. Id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għandu jiġi impost fuq il-kwantitajiet impoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-data tal-applikazzjoni ta' dak id-dazju, sakemm:
(a) il-valur doganali tagħhom iddeterminat skont l-Artikolu 74 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jinvolvi l-applikazzjoni tal-ogħla dazji speċifiċi applikabbli għall-importazzjonijiet tal-oriġini inkwistjoni; u
(b) l-importazzjoni ssir matul il-perjodu tal-applikazzjoni tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali.
Artikolu 40
Ammont tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali
Id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali applikat skont l-Artikolu 39 għandu jkun ekwivalenti għal terz tad-dazju doganali speċifikat fit-Tariffa Doganali Komuni għall-prodott inkwistjoni.
Madankollu, għall-prodotti li jibbenifikaw minn preferenza tat-tariffi tal-importazzjoni għad-dazju ad valorem, id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għandu jkun ekwivalenti għal terz tad-dazju doganali speċifiku għall-prodott inkwistjoni fejn japplika l-Artikolu 39(2).
Artikolu 41
Eżenzjonijiet mid-dazju tal-importazzjoni addizzjonali
1. L-oġġetti li ġejjin huma eżentati mid-dazju tal-importazzjoni addizzjonali:
(a) oġġetti importati skont kwota tariffarja;
(b) oġġetti li telqu mill-pajjiż tal-oriġini qabel id-deċiżjoni sabiex jiġi applikat id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali u li qegħdin jiġu ttrasportati taħt il-kopertura ta' dokument tat-trasport validu mill-post tat-tagħbija fil-pajjiż tal-oriġini sal-post tal-ħatt fl-Unjoni, li tfasslet qabel l-applikazzjoni tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali.
2. Il-partijiet interessati għandhom jipprovdu evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali li r-rekwiżiti tal-paragrafu 1(b) ġew issodisfati.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li l-oġġetti telqu mill-pajjiż tal-oriġini qabel id-data tal-applikazzjoni tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali, jekk jiġi pprovdut wieħed mid-dokumenti li ġejjin:
(a) għat-trasport bil-baħar, il-polza ta' kargu li turi li t-tagħbija seħħet qabel dik id-data;
(b) għat-trasport bil-ferrovija, il-polza tal-vjeġġ aċċettata mill-awtoritajiet tal-ferrovija tal-pajjiż tal-oriġini qabel dik id-data;
(c) għat-trasport bit-triq, il-kuntratt tat-trasport bit-triq (CMR) jew dokument ta' tranżitu ieħor maħruġ fil-pajjiż tal-oriġini qabel dik id-data, jekk jiġu osservati l-kundizzjonijiet stipulati f'arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi fil-kuntest tat-tranżitu tal-Unjoni jew tat-tranżitu komuni;
(d) għat-trasport bl-ajru, il-polza tal-vjeġġ bl-ajru li turi li l-linja tal-ajru aċċettat l-oġġetti qabel dik id-data.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 42
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Struttura u kontenut ta' strateġija nazzjonali għall-programmi operattivi sostenibbli msemmija fl-Artikolu 2
1. Tul taż-żmien tal-istrateġija nazzjonali
Għandu jkun indikat mill-Istat Membru.
|
2. |
Analiżi tas-sitwazzjoni f'termini tal-punti pożittivi u negattivi u l-potenzjal għall-iżvilupp, l-istrateġija magħżula sabiex dawn jintlaħqu u l-ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 36(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. 2.1. Analiżi tas-sitwazzjoni Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tas-settur tal-frott u l-ħxejjex bl-użu ta' dejta kwantifikata, filwaqt li tenfasizza l-punti pożittivi u negattivi, id-disparitajiet, il-ħtiġijiet u l-lakuni u l-potenzjal għall-iżvilupp abbażi tal-indikaturi bażiċi komuni rilevanti stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II u ta' indikaturi addizzjonali oħrajn, jekk applikabbli. Din id-deskrizzjoni għandha tikkonċerna tal-inqas: — il-prestazzjonijiet tas-settur tal-frott u l-ħxejjex: il-punti pożittivi u negattivi tas-settur, il-kompetittività u l-potenzjal għall-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi; — l-effetti ambjentali (impatti, pressjonijiet u benefiċċji) tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex, inklużi xejriet ewlenin. 2.2. L-istrateġija magħżula sabiex jintlaħqu l-punti pożittivi u negattivi Deskrizzjoni tal-oqsma ewlenin fejn l-intervent huwa mistenni li jġib il-valur miżjud massimu: — ir-rilevanza tal-objettivi stabbiliti għall-programmi operattivi, tar-riżultati mistennija u kemm dawn jistgħu jinkisbu b'mod realistiku; — il-koerenza interna tal-istrateġija, l-eżistenza ta' interazzjonijiet li jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku u l-kunflitti jew il-kontradizzjonijiet possibbli bejn l-objettivi operattivi tal-azzjonijiet differenti magħżula; — il-kumplimentarjetà u l-konsistenza tal-azzjonijiet magħżula ma' azzjonijiet nazzjonali jew reġjonali oħrajn, u mal-attivitajiet appoġgjati permezz ta' fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-promozzjoni; — ir-riżultati u impatt mistennija mqabbla mas-sitwazzjoni bażika u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn l-objettivi tal-Unjoni. 2.3. L-impatt mill-istrateġija nazzjonali preċedenti (fejn applikabbli) Deskrizzjoni tar-riżultati u tal-impatt tal-programmi operattivi implimentati fil-passat riċenti. |
|
3. |
L-objettivi tal-programmi operattivi u tal-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 36(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013 Deskrizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ (lista mhux eżawrjenti), l-objettivi segwiti, il-miri verifikabbli u l-indikaturi li jippermettu l-progress lejn il-kisba tal-objettivi, l-effiċjenza u l-effettività li jridu jiġu vvalutati. 3.1. Rekwiżiti li jikkonċernaw it-tipi ta' azzjonijiet kollha jew diversi minnhom L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet kollha inklużi fl-istrateġija nazzjonali u fil-qafas nazzjonali jkunu verifikabbli u kontrollabbli. Meta l-valutazzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tiżvela li r-rekwiżiti tal-verifikabbiltà u tal-kontrollabbiltà ma jiġux issodisfati, l-azzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu aġġustati kif xieraq jew inkella jitħassru. Meta l-appoġġ jingħata fuq il-bażi tar-rati fissi standard jew l-iskali ta' spejjeż għal kull unità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu adegwati u preċiżi u stabbiliti minn qabel abbażi ta' kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli. L-azzjonijiet ambjentali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-Istati Membri għandhom jadottaw salvagwardji, dispożizzjonijiet u kontrolli sabiex jiżguraw li l-azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ ma jkunux appoġġjati wkoll minn strumenti rilevanti oħrajn tal-politika agrikola komuni, b'mod partikolari minn programmi tal-iżvilupp rurali u l-promozzjoni jew minn skemi nazzjonali jew reġjonali oħrajn. Salvagwardji effettivi fis-seħħ skont l-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sabiex jipproteġu l-ambjent minn pressjonijiet akbar possibbli li ġejjin minn investimenti appoġġjati taħt il-programmi operattivi u kriterji tal-eliġibbiltà adottati skont l-Artikolu 36(1) ta' dak ir-Regolament, sabiex jiżguraw li l-investimenti fuq azjendi individwali appoġġjati taħt il-programmi operattivi jirrispettaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-TFUE u fis-seba' programm ta' azzjoni ambjentali tal-Unjoni. 3.2. Tagħrif speċifiku meħtieġ għat-tipi ta' azzjonijiet immirati lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti jew imsemmija fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (irid jimtela biss għat-tipi ta' azzjonijiet magħżula) 3.2.1. Akkwist ta' assi fissi — tipi ta' investimenti eliġibbli għall-appoġġ, — forom oħrajn ta' akkwist eliġibbli għall-appoġġ, pereżempju; kera, lokazzjoni, — dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ. 3.2.2. Azzjonijiet oħrajn — deskrizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ, — dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ. |
|
4. |
Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi responsabbli Ħatra mill-Istat Membru tal-awtorità nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali. |
|
5. |
Deskrizzjoni tas-sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni L-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti mill-istrateġija nazzjonali għandhom jinkludu l-indikaturi komuni tal-prestazzjoni previsti fl-Artikolu 4 u elenkati fl-Anness II. Fejn ikun meqjus bħala xieraq, l-istrateġija nazzjonali għandha tispeċifika indikaturi addizzjonali li jkunu jirriflettu l-ħtiġijiet reġjonali jew nazzjonali, il-kundizzjonijiet u l-objettivi speċifiċi għall-programmi operattivi nazzjonali. 5.1. Valutazzjoni tal-programmi operattivi u tal-obbligi tar-rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 36(2)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Deskrizzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-programmi operattivi, inklużi l-obbligi tar-rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi. 5.2. Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali Deskrizzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-istrateġija nazzjonali. |
ANNESS II
Lista ta' indikaturi komuni tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikoli 4(1)(a) u 21(3)(a) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 56(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891
Is-sistema ta' indikaturi komuni tal-prestazzjoni marbuta ma' azzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri tagħhom taħt programm operattiv mhux bilfors taqbad il-fatturi kollha li jistgħu jintervjenu u jaffettwaw l-outputs, ir-riżultati u l-impatt ta' programm operattiv. F'dan il-kuntest, it-tagħrif ipprovdut mill-indikaturi komuni tal-prestazzjoni għandu jkun interpretat fid-dawl tat-tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv li jirrigwardja l-fatturi ewlenin l-oħrajn li jikkontribwixxu għas-suċċess jew għall-falliment tal-implimentazzjoni tal-programm.
1. INDIKATURI KOMUNI LI JIRRIGWARDJAW L-EŻEKUZZJONI FINANZJARJA (INDIKATURI TAL-INPUT) (ANNWALI)
|
Miżura |
Tip ta' azzjoni |
Indikaturi tal-input (annwali) |
|
Azzjonijiet immmirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi (b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni (c) Azzjonijiet oħrajn |
Infiq (EUR) |
|
Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi (b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoniForom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni (c) Azzjonijiet oħrajn |
Infiq (EUR) |
|
Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi (b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni (c) Attivitajiet ta' promozzjoni u komunikazzjoni (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) (d) Azzjonijiet oħrajn |
Infiq (EUR) |
|
Riċerka u produzzjoni sperimentali |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi (b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni (c) Azzjonijiet oħrajn |
Infiq (EUR) |
|
Azzjonijiet ta' taħriġ u azzjonijiet għall-iskambju ta' tagħrif dwar l-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika |
Abbażi tal-kwistjoni ewlenija koperta: (a) Produzzjoni organika (b) Produzzjoni integrata jew ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (c) Kwistjonijiet ambjentali oħrajn (d) Traċċabbiltà (e) Kwalità tal-prodott, inkluż residwi ta' pestiċidi (f) Kwistjonijiet oħrajn |
Infiq (EUR) |
|
Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet |
(a) Investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti; (b) Miżuri ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi; (c) Promozzjoni u komunikazzjoni, kemm jekk għal prevenzjoni kif ukoll jekk matul perjodu ta' kriżi; (d) Appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi; (e) Tħawwil mill-ġdid ta' ġonna fejn dan ikun meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew raġunijiet fitosanitarji fuq l-istruzzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru; (f) Irtirar mis-suq (g) Ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad ta' frott u ħxejjex; (h) Assigurazzjoni tal-ħsad; |
Infiq (EUR) |
|
Azzjonijiet ambjentali |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi (b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni (c) Produzzjoni organika (d) Produzzjoni integrata (e) Użu jew ġestjoni mtejba tal-ilma, inklużi l-iffrankar u t-tneħħija tal-ilma (f) Azzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ħamrija (pereżempju; tekniki tax-xogħol sabiex tiġi evitata jew imnaqqsa l-erożjoni tal-ħamrija, kopertura veġetali, agrikultura ta' konservazzjoni, kisja ta' protezzjoni fuq il-ħamrija) (g) Azzjonijiet għall-ħolqien jew għaż-żamma ta' ħabitats favorevoli għall-bijodiversità (pereżempju; artijiet mistagħdra) jew għaż-żamma tal-pajsaġġ f'kundizzjoni tajba, inkluża l-konservazzjoni ta' karatteristiċi storiċi (pereżempju; ħitan tal-ġebel, raba' mtarraġ, masġar żgħir) (h) Azzjonijiet li jiffavorixxu l-iffrankar tal-enerġija jew it-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; il-qalba għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli (i) Azzjonijiet relatati mat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u mat-titjib fil-ġestjoni tiegħu (j) Azzjonijiet oħrajn |
Infiq (EUR) |
|
Azzjonijiet oħrajn |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi (b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni (c) Azzjonijiet oħrajn |
Infiq (EUR) |
2. INDIKATURI KOMUNI TAL-OUTPUT (L-AĦĦAR SENTEJN TAL-PROGRAMM OPERATTIV)
|
Miżura |
Tip ta' azzjoni |
Indikaturi tal-output (annwali) |
|
Azzjonijiet immmirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet Valur totali ta' investimenti (EUR) |
|
(b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
(c) Azzjonijiet oħrajn |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet. Valur totali ta' investimenti (EUR) |
|
(b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
(c) Azzjonijiet oħrajn |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet. Valur totali ta' investimenti (EUR) |
|
(b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
(c) Attivitajiet ta' promozzjoni u komunikazzjoni (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) |
Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (1) |
|
|
(d) Azzjonijiet oħrajn |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
Riċerka u produzzjoni sperimentali |
|
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet. Għadd ta' proġetti |
|
Azzjonijiet ta' taħriġ u azzjonijiet għall-iskambju ta' tagħrif dwar l-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika |
Abbażi tal-kwistjoni ewlenija koperta: (a) Produzzjoni organika (b) Produzzjoni integrata jew ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (c) Kwistjonijiet ambjentali oħrajn (d) Traċċabbiltà (e) Kwalità tal-prodott, inklużi residwi ta' pestiċidi (f) Kwistjonijiet oħrajn |
Għadd ta' jiem ta' taħriġ li jirċievu l-parteċipanti |
|
Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet |
(a) Investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti; |
Valur totali ta' investimenti (EUR) |
|
(b) Miżuri ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi; |
Għadd ta' azzjonijiet imwettqa |
|
|
(c) Promozzjoni u komunikazzjoni, kemm jekk għall-prevenzjoni kif ukoll jekk matul perjodu ta' kriżi; |
Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (1) |
|
|
(d) Appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi; |
Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (4) |
|
|
(e) Tħawwil mill-ġdid ta' ġonna fejn dan ikun meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew raġunijiet fitosanitarji fuq l-istruzzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru; |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
(f) Irtirar mis-suq |
Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (2) |
|
|
(g) Ħsad bikri u nuqqas ta' ħsad; |
Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (3) |
|
|
(h) Assigurazzjoni tal-ħsad |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
Azzjonijiet ambjentali |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi (5) |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet Valur totali ta' investimenti (EUR) |
|
(b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni (6) |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
(c) Produzzjoni organika (d) Produzzjoni integrata (e) Użu u/jew ġestjoni mtejba tal-ilma, inklużi l-iffrankar u t-tneħħija tal-ilma (f) Azzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ħamrija (pereżempju; tekniki tax-xogħol sabiex tiġi evitata jew imnaqqsa l-erożjoni tal-ħamrija, kopertura veġetali, agrikultura ta' konservazzjoni, kisja ta' protezzjoni fuq il-ħamrija) (g) Azzjonijiet għall-ħolqien jew għaż-żamma ta' ħabitats favorevoli għall-bijodiversità (pereżempju; artijiet mistagħdra) jew għaż-żamma tal-pajsaġġ f'kundizzjoni tajba, inkluża l-konservazzjoni ta' karatteristiċi storiċi (pereżempju; ħitan tal-ġebel, raba' mtarraġ, masġar żgħir) (h) Azzjonijiet li jiffavorixxu l-iffrankar tal-enerġija u/jew it-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; il-qalba għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli (i) Azzjonijiet relatati mat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u mat-titjib fil-ġestjoni tiegħu (j) Azzjonijiet oħrajn |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet Għadd ta' ettari kkonċernati |
|
|
Azzjonijiet oħrajn |
(a) Investimenti f'assi fiżiċi |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet Valur totali ta' investimenti (EUR) |
|
(b) Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
(c) Azzjonijiet oħrajn |
Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet |
|
|
(1) Kull jum ta' kampanja ta' promozzjoni jgħodd bħala azzjoni waħda. (2) L-irtirar mis-suq tal-istess prodott f'perjodi differenti tas-sena u l-irtirar mis-suq ta' prodotti differenti jgħoddu bħala azzjonijiet differenti. Kull operazzjoni ta' rtirar mis-suq għal prodott partikolari tgħodd bħala azzjoni waħda. (3) Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad ta' prodotti differenti jgħoddu bħala azzjonijiet differenti. Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad tal-istess prodott jgħoddu bħala azzjoni waħda, irrispettivament mill-għadd ta' jiem li jieħdu, l-għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw u l-għadd ta' plottijiet jew ettari kkonċernati. (4) L-azzjonijiet relatati mat-twaqqif ta' fondi mutwi differenti jgħoddu bħala azzjonjiet differenti. (5) Inklużi investimenti mhux produttivi marbuta mal-kisba tal-impenji meħuda taħt azzjonijiet ambjentali oħrajn. (6) Inklużi forom oħrajn ta' akkwisti ta' assi fissi marbuta mal-kisba tal-impenji meħuda taħt azzjonijiet ambjentali oħrajn. |
||
3. INDIKATURI KOMUNI TAR-RIŻULTATI (L-AĦĦAR SENTEJN TAL-PROGRAMM OPERATTIV)
|
Miżura |
Indikaturi tar-riżultati (Kejl) |
|
Azzjonijiet immirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni |
Bidla fil-volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati) Bidla fil-valur tal-unità tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR/kg) |
|
Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott |
Bidla fil-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li tissodisfa r-rekwiżiti ta' “skema ta' kwalità” speċifika (tunnellati) (1) Bidla fil-valur tal-unità tal-produzzjoni kummerċjalizzata (EUR/kg) |
|
Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni |
Bidla fil-volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati) Bidla fil-valur tal-unità tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR/kg) |
|
Azzjonijiet ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika |
Numru ta' nies li spiċċaw b'suċċess l-attività/programm ta' taħriġ komplut Numru ta' azjendi li għandhom aċċess għal servizzi ta' konsulenza |
|
Mizuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet |
|
|
(a) Investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti |
Volum totali tal-produzzjoni soġġett għall-ġestjoni tal-volumi (tunnellati) |
|
(b) Azzjonijiet ta' taħriġ |
Għadd ta' nies li temmew l-attività/programm ta' taħriġ sħiħ b'suċċess |
|
(c) Promozzjoni u komunikazzjoni |
Bidla stmata fil-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għal prodotti soġġetti għall-attivitajiet ta' promozzjoni/komunikazzjoni (tunnellati) |
|
(d) Appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi |
Valur totali tal-fond mutwu stabbilit (EUR) |
|
(e) Tħawwil mill-ġdid ta' ġonna fejn dan ikun meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew raġunijiet fitosanitarji fuq l-istruzzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru |
Erja totali kkonċernata mit-tħawwil mill-ġdid ta' ġonna (ettari) |
|
(f) Irtirar mis-suq |
Volum totali tal-produzzjoni soġġett għall-irtirar (tunnellati) |
|
(g) Il-ħsad bikri jew in-nuqqas ta' ħsad |
Erja totali kkonċernata minn ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad (ettari) |
|
(h) Assigurazzjoni tal-ħsad |
Valur totali tar-riskju assigurat (EUR) |
|
Azzjonijiet ambjentali |
Bidla stmata fil-konsum annwali ta' fertilizzant minerali għal kull ettaru, skont it-tip ta' fertilizzant (N u P2O3) (tunnellati/ettaru) Bidla stmata fl-użu annwali ta' ilma/ettaru (m3/ettaru) Bidla stmata fl-użu annwali ta' enerġija skont it-tip ta' sors ta' energija jew it-tip ta' fjuwil (Litri/m3/Kwh għal kull tunnellata ta' produzzjoni kkummerċjalizzata) Bidla stmata fil-volum annwali ta' skart iġġenerat (tunnellati) |
|
Azzjonijiet oħrajn |
Bidla fil-volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati) Bidla fil-valur ta' unità tal-produzzjoni kummerċjalizzata (EUR/kg) |
|
(1) Rekwiżiti ta' “kwalità” huma intiżi hawnhekk sabiex jikkonsistu f'sett ta' obbligi dettaljati li jikkonċernaw il-metodi ta' produzzjoni (a) li r-rispett tagħhom huwa soġġett għal spezzjoni indipendenti, u (b) dak ir-riżultat fi prodott finali li l-kwalità tiegħu (i) tmur b'mod sinifikanti 'lil hinn mill-istandards kummerċjali normali fir-rigward tas-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti jew l-istandards ambjentali u (ii) tirrispondi għall-opportunitajiet attwali u prevedibbli tas-suq. Huwa propost li t-tipi ewelenin ta' “skemi ta' kwalità” jkopru dawn li ġejjin: (a) produzzjoni organika ċċertifikata; (b) indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, (ċ) produzzjoni integrata ċċertifikata, (d) skemi privati ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-prodotti. Noti: ir-referenza għal bidliet hija s-sitwazzjoni eżistenti fil-bidu tal-programm. |
|
4. INDIKATURI KOMUNI TAL-IMPATT (L-AĦĦAR SENTEJN TAL-PROGRAMM OPERATTIV)
|
Miżura |
Objettivi ġenerali |
Indikaturi tal-impatt (Kejl) |
|
Azzjonijiet immirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni |
Titjib fil-kompetittività Titjib fl-attrazzjoni tas-sħubija tal-organizzazzjoni tal-produtturi |
Bidla stmata fil-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR) Bidla fl-għadd totali ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi (1) tal-organizzazzjoni tal-produtturi (OP)/tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produtturi (AOP) ikkoncernata (l-għadd) Bidla fl-erja totali taħt produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata (ettari) |
|
Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott |
||
|
Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni |
||
|
Riċerka u produzzjoni sperimentali |
||
|
Azzjonijiet ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u/jew azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika |
||
|
Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet |
||
|
Azzjonijiet ambjentali |
Iż-żamma u l-ħarsien tal-ambjent: |
|
|
(a) Il-kwalità tal-ilma |
Bidla stmata fil-konsum totali ta' fertilizzant minerali, skont it-tip ta' fertilizzant (N u P2O3) (tunnellati) |
|
|
(b) L-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma |
Bidla stmata fl-użu totali tal-ilma (m3) |
|
|
(c) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima |
Bidla stmata fl-użu totali ta' enerġija, skont it-tip ta' sors ta' enerġija jew tip ta' fjuwil (Litri/m3/Kwh) |
|
|
Azzjonijiet oħrajn |
Titjib fil-kompetittività Titjib fl-attrazzjoni tas-sħubija ta' organizzazzjoni tal-produtturi |
Bidla stmata fil-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata(EUR) Bidla fl-għadd totali ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi (1) tal-OP/AOP ikkoncernata (l-għadd) Bidla fl-erja totali taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata (ettari) |
|
(1) Membri attivi huma membri li jikkonsenjaw prodotti lill-OP/AOP. Noti: ir-referenza għal bidliet hija s-sitwazzjoni eżistenti fil-bidu tal-programm. |
||
5. INDIKATURI BAŻIĊI KOMUNI
Nota bene: L-indikaturi bażiċi huma meħtieġa fl-analiżi tas-sitwazzjoni fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni. Ċerti indikaturi bażiċi komuni huma rilevanti biss għall-programmi operattivi individwali fil-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi (pereżempju; il-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata b'inqas minn 80 % tal-prezz medju rċevut mill-OP/AOP). Indikaturi bażiċi komuni oħrajn huma wkoll rilevanti għall-istrateġiji nazzjonali fil-livell tal-Istati Membri (pereżempju; il-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata).
Bħala regola ġenerali, l-indikaturi bażiċi għandhom ikunu kkalkolati bħala medji ta' tliet snin. Jekk id-dejta ma tkunx disponibbli, għandhom jiġu kkalkolati tal-inqas bid-dejta relatata ma' sena waħda.
|
Objettivi |
Indikaturi bażiċi relatati ma' objettivi |
|
|
Objettivi ġenerali |
Indikatur |
Definizzjoni (u kejl) |
|
Titjib fil-kompetittività |
Total tal-valur ta' produzzjoni kkummerċjalizzata |
Valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-OP/AOP (EUR) |
|
Titjib fl-attrazzjoni tas-sħubija ta' organizzazzjoni tal-produtturi |
Għadd ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi tal-OP/AOP ikkonċernata |
Għadd ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi (1) tal-OP/AOP |
|
Total tal-erja tal-produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata |
Total tal-erja tal-produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP (ettari) |
|
|
Objettivi speċifiċi |
|
|
|
Promozzjoni tal-konċentrazzjoni tal-provvista |
Volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata |
Total tal-volum ta' produzzjoni kkummerċjalizzatatal-OP/AOP (tunnellati)) |
|
Promozzjoni tat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li huma prodotti mill-membri |
||
|
L-iżgurar li l-produzzjoni hija aġġustata skont id-domanda f'termini ta' kwalità u kwantità |
Volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li tissodisfa r-rekwiżiti ta' “skema ta' kwalità” speċifika (2) skont it-tipi ewlenin ta' “skemi ta' kwalità”kkonċernati (tunnellati) |
|
|
Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti |
Valur medju ta' unità tal-produzzjoni kkummerċjalizzata |
Valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata/Volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR/kg) |
|
Promozzjoni tal-għarfien u titjib tal-potenzjal uman |
Għadd ta' persuni li pparteċipaw fl-attivitajiet ta' taħriġ |
Għadd ta' persuni li temmew b'suċċess attività/programm ta' taħriġ matul l-aħħar tliet snin (l-għadd) |
|
|
Għadd ta' azjendi li jużaw servizzi ta' konsulenza |
Għadd ta' azjendi, membri ta' OP/AOP, li jużaw servizzi ta' konsulenza (l-għadd) |
|
Objettivi |
Indikaturi bażiċi relatati ma' objettivi |
|
|
Indikatur |
Definizzjoni (u kejl) |
|
|
Objettivi speċifiċi fil-qasam ambjentali |
||
|
Kontribuzzjoni għall-protezzjoni tal-ħamrija |
Erja f'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija b'miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija |
Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex f'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija (3) fejn huma implimentati miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (ettari) |
|
Kontribuzzjoni għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità tal-ilma |
Erja bi tnaqqis fl-użu/ġestjoni aħjar tal-fertilizzanti |
Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex soġġetta għal tnaqqis fl-użu jew ġestjoni aħjar tal-fertilizzanti (ettari) |
|
Kontribuzzjoni għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma |
Erja b'miżuri għall-iffrankar tal-ilma |
Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex b'miżuri għall-iffrankar tal-ilma (ettari) |
|
Kontribuzzjoni għall-protezzjoni tal-ħabitat u tal-bijodiversità u għall-konservazzjoni tal-pajsaġġ |
Produzzjoni organika |
Erja taħt il-produzzjoni organika ta' frott u/jew ħxejjex (ettari) |
|
Produzzjoni integrata |
Erja taħt il-produzzjoni integrata ta' frott u/jew ħxejjex (ettari) |
|
|
Azzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħabitat u tal-bijodiversità u għall-konservazzjoni tal-pajsaġġ |
Erja kkonċernata minn azzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħabitat, tal-bijodiversità u tal-pajsaġġ (ettari) |
|
|
Kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima |
Tisħin tas-serer — effiċjenza enerġetika |
Konsum annwali stmat tal-enerġija għal finijiet ta' tisħin tas-serer skont it-tip ta' sors ta' enerġija (Tunnellati/Litri/m3/Kwh għal kull tunnellata ta' produzzjoni kkummerċjalizzata) |
|
Tnaqqis tal-volum ta' skart iġġenerat |
Kwantità jew volum ta' skart |
Tunnellati/Litri/m3 |
|
(1) Membri attivi huma membri li jikkonsejnaw prodotti lill-OP/AOP. (2) Rekwiżiti ta' “kwalità” huma intiżi hawnhekk sabiex jikkonsistu f'sett ta' obbligi dettaljati li jikkonċernaw il-metodi ta' produzzjoni (a) li r-rispett tagħhom huwa soġġett għal spezzjoni indipendenti, u (b) dak ir-riżultat fi prodott finali li l-kwalità tiegħu (i) tmur b'mod sinifikanti 'lil hinn mill-istandards kummerċjali normali fir-rigward tas-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti jew l-istandards ambjentali u (ii) tirrispondi għall-opportunitajiet attwali u prevedibbli tas-suq. It-tipi ewlenin ta' “skemi ta' kwalità” għandhom ikopru dawn li ġejjin: (a) produzzjoni organika ċċertifikata; (b) indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, (c) produzzjoni integrata ċċertifikata, (d) skemi privati ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-prodotti. (3) “F'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija” għandha tfisser kwalunkwe art imżerżqa b'inklinazzjoni ta' aktar minn 10 %, kemm jekk ikunu ttieħdu miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (pereżempju; kopertura tal-ħamrija, rotazzjoni tal-għelejjel, eċċ.) kif ukoll jekk ma jkunux ittieħdu tali miżuri. Fejn it-tagħrif rilevanti jkun disponibbli, Stat Membru jista' minflok juża d-definizzjoni li ġejja: “F'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija” għandha tfisser kwalunkwe biċċa art fejn it-telf tal-ħamrija jkun previst b'rata li taqbeż ir-rata tal-formazzjoni naturali tal-ħamrija, kemm jekk ikunu ttieħdu miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (pereżempju; kopertura tal-ħamrija, rotazzjoni tal-għelejjel, eċċ.) kif ukoll jekk ma jkunux ittieħdu tali miżuri. |
||
ANNESS III
Rekwiżiti minimi għall-irtirar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 15(2)
1. Il-prodotti għandhom ikunu:
— sħaħ,
— f'kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi,
— nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— prattikament ħielsa minn organiżmi ta' ħsara u minn ħsara kkawżata minn organiżmi ta' ħsara,
— ħielsa minn indewwa esterna mhux normali,
— ħielsa minn kwalunkwe togħma u/jew riħa barranija.
2. Il-prodotti jridu jkunu żviluppati u misjurin biżżejjed, b'kunsiderazzjoni tat-tip tagħhom.
3. Il-prodotti jridu jkunu karatteristiċi tal-varjetà u tat-tip kummerċjali.
ANNESS IV
Spejjeż tat-trasport skont id-distribuzzjoni bla ħlas imsemmija fl-Artikolu 16(1)
|
Distanza bejn il-post tal-irtirar u l-post tal-kunsinna |
Spejjeż tat-trasport (EUR/t) (1) |
|
Inqas minn jew ugwali għal 25 km |
18,20 |
|
Aktar minn 25 km iżda inqas minn jew ugwali għal 200 km |
41,40 |
|
Aktar minn 200 km iżda inqas minn jew ugwali għal 350 km |
54,30 |
|
Aktar minn 350 km iżda inqas minn jew ugwali għal 500 km |
72,60 |
|
Aktar minn 500 km iżda inqas minn jew ugwali għal 750 km |
95,30 |
|
Aktar minn 750 km |
108,30 |
|
(1) Suppliment għat-trasport imkessaħ: EUR 8,50/t. |
|
ANNESS V
Spejjeż tal-issortjar u tal-ippakkjar imsemmija fl-Artikolu 17(1)
|
Prodott |
Spejjeż tal-issortjar u tal-ippakkjar (EUR/t) |
|
Tuffieħ |
187,70 |
|
Lanġas |
159,60 |
|
Larinġ |
240,80 |
|
Klementini |
296,60 |
|
Ħawħ |
175,10 |
|
Nuċiprisk |
205,80 |
|
Dulliegħ |
167,00 |
|
Pastard |
169,10 |
|
Prodotti oħrajn |
201,10 |
ANNESS VI
Dikjarazzjoni għall-imballaġġ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 17(2)
— Продукт, предназначен за безплатна дистрибуция (Регламент за изпълнение (ЕC) 2017/…)
— Producto destinado a su distribución gratuita [Reglamento de ejecución (UE) 2017/…]
— Produkt určený k bezplatné distribuci [prováděcí nařízení (EU) 2017/…]
— Produkt til gratis uddeling (gennemførelsesforordning (EU) 2017/…)
— Zur kostenlosen Verteilung bestimmtes Erzeugnis (Durchführungsverordnung (EU) 2017/…)
— Tasuta jagamiseks mõeldud tooted [rakendusmäärus (EL) 2017/…]
— Προϊόν προοριζόμενο για δωρεάν διανομή [εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) 2017/…]
— Prodott għal distribuzzjoni bla ħlas (Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/…)
— Produit destiné à la distribution gratuite [règlement d'exécution (UE) 2017/…]
— Proizvod za slobodnu distribuciju (Provedbena uredba (EU) 2017/… )
— Prodotto destinato alla distribuzione gratuita [regolamento di esecuzione (UE) 2017/…]
— Produkts paredzēts bezmaksas izplatīšanai [Īstenošanas regula (ES) 2017/…]
— Nemokamai platinamas produktas [Įgyvendinimo reglamentas (ES) 2017/…]
— Ingyenes szétosztásra szánt termék ((EU) 2017/… végrehajtási rendelet)
— Prodott destinat għad-distribuzzjoni bla ħlas [Regolament ta' implimentazzjoni (UE) 2017/…]
— Voor gratis uitreiking bestemd product (Uitvoeringsverordening (EU) 2017/…)
— Produkt przeznaczony do bezpłatnej dystrybucji [Rozporządzenie wykonawcze (UE) 2017/…]
— Produto destinado a distribuição gratuita [Regulamento de execução (UE) 2017/…]
— Produs destinat distribuirii gratuite [Regulamentul de punere în aplicare (UE) 2017/…]
— Výrobok určený na bezplatnú distribúciu [vykonávacie nariadenie (EÚ) 2017/…]
— Proizvod, namenjen za prosto razdelitev [Izvedbena uredba (EU) 2017/…]
— Ilmaisjakeluun tarkoitettu tuote (täytäntöönpanoasetus (EU) 2017/…)
— Produkt för gratisutdelning (genomförandeförordning (EU) 2017/…)
ANNESS VII
Prodotti u perjodi għall-applikazzjoni ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 39
Mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa bħala li hija biss indikattiva. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali jiġi ddeterminat mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-applikazzjoni |
|
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju |
|
78.0020 |
Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
||
|
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru |
|
78.0075 |
Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April |
||
|
78.0085 |
0709 91 00 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju |
|
78.0100 |
0709 93 10 |
Zukkini |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru |
|
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju |
|
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementini |
Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar |
|
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inklużi tanġerini u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili |
Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar |
|
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru |
|
78.0160 |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju |
||
|
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mis-16 ta' Lulju sas-16 ta' Novembru |
|
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu |
|
78.0180 |
Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru |
||
|
78.0220 |
0808 30 90 |
Lanġas |
Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April |
|
78.0235 |
Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru |
||
|
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju |
|
78.0265 |
0809 29 00 |
Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa |
Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Awwissu |
|
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
|
78.0280 |
0809 40 05 |
Għajnbaqar |
Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).
( 3 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
( 4 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas- 6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255 tat-28.8.2014, p. 59).
( 5 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
( 6 ) http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/customs_tariff/index_en.htm