<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.1101195901.case.xml"><NO.CASE>C-70/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0070</NO.CELEX><NO.SEQ>0023.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-12006</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-12030</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20111124">24.11.2011</DATE> — KAWŻA C-70/10</LEFT><RIGHT>SCARLET EXTENDED</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-70/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20100205">5 ta’ Frar 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Scarlet Extended SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs SCRL (SABAM),</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Belgian Entertainment Association Video ASBL (BEA Video),</HT></P><?PAGE NO="I-12007"?><P><HT TYPE="BOLD">Belgian Entertainment Association Music ASBL (BEA Music),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Internet Service Provider Association ASBL (ISPA),</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur), R. Silva de Lapuerta, E. Juhász u G. Arestis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110113">13 ta’ Jannar 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Scarlet Extended SA, minn T. De Meese u B. Van Asbroeck, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Société belge des auteurs, compositeurs u éditeurs SCRL (SABAM), Belgian Entertainment Association Video ASBL (BEA Video) u Belgian Entertainment Association Music ASBL (BEA Music), minn F. de Visscher, B. Michaux u F. Brison, avukati,</P></ITEM><?PAGE NO="I-12008"?><ITEM><P>għal Internet Service Provider Association ASBL (ISPA), minn G. Somers, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne u J.-C. Halleux, kif ukoll minn C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u K. Havlíčková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u B. Koopman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, M. Drwięcki u J. Goliński, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn M. Pere, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Samnadda u C. Vrignon, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-12009"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20000608">8 ta’ Ġunju 2000</DATE>, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514);</P></ITEM><ITEM><P>tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230);</P></ITEM><ITEM><P>tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32; u <HT TYPE="ITALIC">corrigenda</HT> li ma jirrigwardawx il-verżjoni Maltija fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2004">ĠU L 195, p. 16</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355), u</P></ITEM><?PAGE NO="I-12010"?><ITEM><P>tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE>, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 29, p 514).</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Scarlet Extended SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Scarlet<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs SCRL (SABAM) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>SABAM<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) li tikkonċerna rifjut tal-ewwel kumpannija li timplementa sistema ta’ filtrazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi permezz ta’ softwer ta’ skambju ta’ arkivji (imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), sabiex tibblokka l-iskambju ta’ files li jippreġudikaw id-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2000/31</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 45 u 47 tad-Direttiva 2000/31:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(45)</NO.P><TXT>Il-limitazzjonijiet tar-responsabbilità ta’ intermedjarji li jipprovdu servizz kif inhuma stabbiliti f’din id-Direttiva ma jaffettwawx il-possibilità ta’<?PAGE NO="I-12011"?> inġunzjonijiet ta’ diversi tipi; inġunzjonijiet bħal dawn jistgħu partikolarment jikkonsistu f’ordnijiet mill-qrati jew awtoritajiet ta’ amministrazzjoni li jkunu jinħtieġu t-terminazzjoni jew il-prevenzjoni ta’ xi ksur, inkluża t-tneħħija ta’ informazzjoni illegali jew tat-twaqqif ta’ aċċess għaliha.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(47)</NO.P><TXT>L-Istati Membri ma jistgħux jimponu obbligu ta’ monitoraġġ fuq dawk li jipprovdu servizz biss fir-rigward ta’ obbligi ta’ natura ġenerali; dan ma jikkonċernax l-obbligu ta’ monitoraġġ f’każ speċifiku u, partikolarment, ma jaffettwax ordnijiet minn awtoritajiet nazzjonali bi qbil ma’ leġislazzjoni nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tfittex li tikkontribwixxi għal funzjonament sewwa tas-suq intern billi tassigura l-moviment liberu bejn l-Istati Membri ta’ servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva tressaq, sal-limiti meħtieġa għall-akkwist tal-għanijiet stipulati fil-paragrafu 1, ċerti disposizzjonijiet nazzjonali dwar servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni li jirrigwardaw is-suq intern, l-istabbiliment ta’ dawk li jipprovdu servizzi, komunikazzjonijiet kummerċjali, kuntratti elettroniċi, ir-responsabbilità ta’ intermedjarji, kodiċi ta’ kondotta, ftehim fuq kwistjonijiet barra mill-qorti, azzjonijiet ġudizzjarji u koperazzjoni bejn Stati Membri.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-12012"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, inkorporat fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tagħha, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Responsabbilità ta’ intermedjarji li jipprovdu servizz<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni jkun ipprovdut li jikkonsisti fit-trasmissjoni f’network ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni provduta minn dak li jirċievi s-servizz, jew tal-proveddiment ta’ aċċess lejn network ta’ komunikazzjoni, Stati Membri għandhom jassiguraw li dak li jipprovdi s-servizz ma jkunx responsabbli għall-informazzjoni trasmessa, bil-kundizzjoni li dak li jipprovdi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma jkunx beda t-trasmissjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ma jkunx għażel dak li jirċievi t-trasmissjoni;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ma jkunx għażel jew immodifika l-informazzjoni li tkun tinstab fit-trasmissjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu m’għandux jaffettwa l-possibilità għal qorti jew awtorità amministrattiva, bi qbil mas-sistemi legali ta’ l-Istati Membri, li jinħtieġu li dak li jipprovdi s-servizz li jwaqqaf jew li ma jħallix li jsir ksur.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-12013"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31, li wkoll jagħmel parti mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri m’għandhomx jimponu obbligu ġenerali fuq dawk li jipprovdu, meta jipprovdu s-servizzi koperti mill-Artikoli 12, 13 u 14, li jagħmlu monitoraġġ ta’ l-informazzjoni li huma jittrasmettu jew iżommu, l-anqas obbligu ġenerali biex ikunu mfittxija fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu obbligi għal dawk li jipprovdu servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, li malajr kemm jista’ jkun jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti pubbliċi dwar l-allegati attivitajiet illegali jew informazzjoni provduta minn dawk li jirċievu s-servizz tagħhom, jew obbligi li jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tagħhom stess, informazzjoni li tiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ dawk li jirċievu s-servizz tagħhom li magħhom ikollhom ftehim għaż-żamma.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2001/29</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-premessi 16 u 59 tad-Direttiva 2001/29:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(16)</NO.P><TXT>[...] Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f’perijodu ta’ żmien simili għal dak għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar kummerċ elettroniku, minħabba l-fatt li dik id-Direttiva tipprovdi qafas armonizzat ta’ prinċipji u disposizzjonijiet relevanti fost oħrajn għall-partijiet importanti ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet dwar ir-risponsabbiltà f’dik id-Direttiva.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="I-12014"?><CONSID><NP><NO.P>(59)</NO.P><TXT>Fl-ambitu diġitali, b’mod partikolari, is-servizzi ta’ intermedjarji jistgħu jintużaw dejjem aktar minn partijiet terzi għal attivitajiet illegali. F’ħafna każi dawn l-intermedjarji jinsabu fl-aħjar posizzjoni biex itemmu dawn l-attivitajiet illegali. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għal kull sanzjoni u rimedji oħra disponibbli, detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għal inġunzjoni kontra intermedjarju li jibgħat f’network illegalità minn terza parti ta’ xogħol protett jew suġġett ieħor. Din il-possibbiltà għandha tkun disponibbli anke fejn l-atti mwettqa minn intermedjarju jkunu eżenti skond l-Artikolu 5. Il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet relatati dwar dawn l-inġunzjonijiet għandhom jitħallew skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2001/29 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu sanzjonijiet u rimedji xierqa rigward ksur tad-drittijiet u obbligi stipulati f’din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet u rimedji jkunu applikati. Is-sanzjonijiet li hemm provdut dwarhom b’dan il-mod għandhom ikunu effettivi, xierqa u disswassivi.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet ikunu f’posizzjoni biex japplikaw għal restrizzjoni kontra intermedjarji li s-servizzi tagħhom jkunu użati minn terzi partijiet biex jiksru d-drittijiet ta’ l-awtur jew dritt relatat.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12015"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2004/48</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-premessa 23 tad-Direttiva 2004/48:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Mingħajr preġudizzju għal xi miżuri, proċeduri u rimedji oħra disponnibbli, il-proprjetarji tad-dritt għandhom ikollhom il-possibilità li japplikaw għall-mandat kontra xi intermedjarju li s-servizzi tiegħu qegħdin jiġu użati minn parti terza biex jiġi miksur id-dritt tal-proprjetà industrijali tad-detentur tad-drittijiet. Il-kondizzjonijiet u l-proċeduri relatati ma’ dawn il-mandati għandhom jitħallew għal-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri. Safejn il-kontravvenzjonijiet tad-drittijiet ta’ l-awtur u d-drittijiet relatati huma konċernati, armoniżazzjoni ta’ livell komprensiv diġà jeżisti fid-Direttiva [2001/29]. L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva [2001/29] m’għandux ikun affettwat b’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2004/48:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Din id-Direttiva ma għand[hie]x taffettwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jiggvernaw il-liġi sostantiva dwar il-proprjetà intellettwali, [… u] id-Direttiva [2000/31], in ġenerali u b’mod partikolari fl-Artikoli 12 sa 15 [ta’ din id-direttiva];</TXT><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-12016"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/48 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex jiġi assigurat l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali koperti b’din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikunu ġusti u m’għandhomx ikunu mhux neċessarjament kumplikati jew għaljin, jew li jwasslu għal-limiti ta’ ħin mhux raġjonevoli jew dewmien mhux ordnat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikun wkoll effetttivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom ikunu applikati b’mod u manjiera li jevitaw il-ħolqien ta’ barrieri biex jiġi leġitimiżżat il-kummerċ u biex jiġu provduti protezzjonijiet kontra l-abbuż tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fejn d-deċiżjoni ġudizzjarja hi meħuda u sabet li hemm kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu joħorġu mandat kontra kontravventur bl-għan li tipprojbixxi il-kontinwazzjoni tal-kontravvenzjoni. Fejn hemm provvidament bil-liġi nazzjonali, nuqqas ta’ konformità mal-mandat għandu, fejn hu xierqa, ikun bla ħsara għall-pagament rikorrenti tal-penalità, bl-għan li jkun hemm konformità. L-Istati Membri għandhom jassiguraw wkoll li d-detenturi tad-dritt huma f’pożizzjoni biex japplikaw għall-mandat kontra l-intermedjarji li s-servizzi kienu użati minn parti terzi biex issir il-kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà interllettwali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(3) tad-Direttiva [2001/29].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12017"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 87(1) tal-Liġi tat-<DATE ISO="19940630">30 ta’ Ġunju 1994</DATE>, dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="19940727">27 ta’ Lulju 1994</DATE>, p. 19297) jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza u l-President tat-Tribunal Kummerċjali […] għandhom jikkonstataw l-eżistenza u jordnaw il-waqfien ta’ kull preġudizzju għad-drittijiet tal-awtur jew għal drittijiet relatati.</P><P>Huma jistgħu wkoll joħorġu ordni ta’ waqfien kontra l-intermedjarji li s-servizzi tagħhom jintużaw minn terz sabiex jiġu ppreġudikati d-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati magħhom.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikoli 18 u 21 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20030311">11 ta’ Marzu 2003</DATE>, dwar ċerti aspetti ġuridiċi tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="20030317">17 ta’ Marzu 2003</DATE>, p. 12962) jittrasponu fid-dritt nazzjonali l-Artikoli 12 u 15 tad-Direttiva 2000/31.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>SABAM hija kumpannija ta’ ġestjoni li tirrappreżenta l-awturi, il-kompożituri u l-edituri ta’ xogħlijiet mużikali billi tawtorizza l-użu tax-xogħlijiet tagħhom protetti minn terzi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12018"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Sacrlet hija fornitur ta’ aċċess għall-internet (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>FAI<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) li tikseb l-aċċess għall-internet lill-klijenti tagħha mingħajr ma tipproponi servizzi oħra bħal tniżżil (downloading) jew ta’ skambju ta’ fajls.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Matul is-sena 2004, SABAM waslet għall-konklużjoni li l-persuni fuq l-internet li jużaw is-servizzi ta’ Scarlet iniżżlu fuq internet, mingħajr awtorizzazzjoni u mingħajr drittijiet, xogħlijiet meħuda mill-katalogu tagħha permezz ta’ netwerks <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, li huwa mezz trasparenti ta’ skambju ta’ kontenut, indipendenti, deċentralizzat u mgħammar b’funzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tniżżil avvanzati.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B’ċitazzjoni tal-<DATE ISO="20040624">24 ta’ Ġunju 2004</DATE>, hija b’hekk ressqet proċeduri kontra Scarlet quddiem il-President tat-tribunal de première instance de Bruxelles, billi sostniet li din il-kumpannija hija l-iktar waħda li tinsab f’pożizzjoni, bħala FAI, sabiex tadotta miżuri bil-għan li twaqqaf il-ksur tad-drittijiet tal-awtur imwettaq mill-klijenti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Qabel kollox, SABAM talbet li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tal-awtur fuq ix-xogħlijiet mużikali li jappartjenu għar-repertorju tagħha, b’mod partikolari, id-dritt ta’ riproduzzjoni u d-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, minħabba l-iskambju mhux awtorizzat ta’ fajls elettroniċi mużikali mwettaq permezz ta’ softwer <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fejn dan il-ksur twettaq permezz tal-użu tas-servizzi ta’ Scarlet.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentement hija talbet il-kundanna ta’ Scarlet sabiex twaqqaf dan il-ksur billi tagħmel impossibbli jew tibblokka kull forma ta’ spedizzjoni jew ta’ riċeviment mill-klijenti tagħha ta’ fajls li jġorru xogħol mużikali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ min għandu d-drittijiet għal dan ix-xogħol, permezz ta’ softwer <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, taħt piena ta’ multa. Fl-aħħar nett SABAM talbet li Scarlet tikkomunikalha deskrizzjoni tal-miżuri li hija kienet ser tapplika bil-għan li tosserva d-deċiżjoni li kellha tingħata, taħt piena ta’ multa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12019"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20041126">26 ta’ Novembru 2004</DATE>, il-President tat-tribunal de première instance de Bruxelles ikkonstata l-eżistenza tal-ksur tad-drittijiet tal-awtur ilmentat minn SABAM, iżda, qabel ma ddeċieda dwar it-talba ta’ waqfien, ħatar espert, sabiex jiġi eżaminat jekk is-soluzzjonijiet tekniċi proposti minn SABAM humiex teknikament possibbli, jekk dawn jippermettux li jiġu filtrati biss l-iskambji illegali ta’ fajls elettroniċi kif ukoll jekk jeżistux mezzi oħra li jistgħu jikkontrollaw l-użu ta’ softwer <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u sabiex jiddetermina l-ispiża tal-mezzi intiżi għal dawn is-soluzzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rapport tiegħu, l-espert maħtur ikkonkluda li, minkejja bosta ostakli tekniċi, ma huwiex kompletament eskluż li huwa possibbli li ssir filtrazzjoni u bblokkar tal-iskambji illegali ta’ fajls elettroniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20070629">29 ta’ Ġunju 2007</DATE>, il-President tat-tribunal de première instance de Bruxelles b’hekk ikkundanna lil Scarlet sabiex twaqqaf il-ksur tad-drittijiet tal-awtur ikkonstatat fid-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20041126">26 ta’ Novembru 2004</DATE>, billi tagħmel impossibbli li permezz ta’ softwer <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> il-klijenti tagħha jibagħtu jew jirċievu fajls elettroniċi li jġorru xogħol mużikali mir-repertorju ta’ SABAM taħt piena ta’ multa.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Scarlet appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju billi sostniet, qabel kollox, li huwa impossibbli għaliha li tikkonforma ruħha mal-imsemmi ordni peress li l-effikaċja u l-permanenza ta’ sistemi ta’ bblokkar jew ta’ filtrazzjoni ma ġewx ipprovati u l-implementazzjoni ta’ dawn il-mekkaniżmi jsibu bosta ostakli prattiċi, bħall-problemi ta’ kapaċità tan-netwerk u tal-impatt fuqu. Barra minn hekk, kull tentattiv ta’ bblokkar tal-fajls ikkonċernati jispiċċa fix-xejn fi żmien qasir ħafna peress li, attwalment, jeżisti bosta softwer <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li jagħmel impossibbli l-verifika tal-kontenut tagħhom minn terzi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12020"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Sussegwentement, Scarlet sostniet li l-imsemmi ordni ma huwiex konformi mal-Artikolu 21 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20030311">11 ta’ Marzu 2003</DATE> dwar ċerti aspetti ġuridiċi tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li tittrasponi fid-dritt nazzjonali l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31, peress li hija timponilha, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, obbligu ġenerali ta’ sorveljanza tal-komunikazzjonijiet tan-netwerk tagħha, ġaladarba kull mekkaniżmu ta’ bblokkar jew ta’ filtrazzjoni tat-traffiku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jippreżumi neċessarjament sorveljanza ġeneralizzata tal-komunikazzjonijiet kollha li jgħaddu minn fuq dan in-netwerk.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, Scarlet ikkunsidrat li l-implementazzjoni ta’ sistema ta’ filtrazzjoni tippreġudika d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data ta’ natura personali u s-sigriet tal-komunikazzjonijiet, peress li tali filtrazzjoni timplika l-ipproċessar tal-indirizzi IP, fejn dawn tal-aħħar huma data personali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju qieset li, qabel ma tivverifika jekk mekkaniżmu ta’ filtrazzjoni u ta’ bblokkar tal-fajls <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jeżistix u jistax ikun effikaċi, jeħtieġ li tiżgura li l-obbligi li jistgħu jiġu imposti lil Scarlet ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Cour d’appel de Bruxelles iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.P><TXT>Id-Direttivi 2001/29 u 2004/48, moqrija flimkien mad-Direttivi 95/46, 2000/31 u 2002/58, interpretati b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikoli 8 u 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jippermettu lill-Istati Membri jawtorizzaw lil qorti nazzjonali li quddiemha jitressqu l-proċeduri prinċipali u abbażi tas-sempliċi dispożizzjoni legali li tipprovdi li: <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[Il-qorti nazzjonali tista’] wkoll [toħroġ] ordni ta’ twaqqif kontra l-intermedjarji li s-servizzi tagħhom jintużaw minn terz sabiex [jiġu ppreġudikati d-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati magħhom<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/>], sabiex tordna lil [f]ornitur ta’ [a]ċċess għall-[i]nternet (fil-qosor, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>FAI<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>) li jistabbilixxi, għall-klijentela kollha<?PAGE NO="I-12021"?> tiegħu, <HT TYPE="ITALIC">in abstracto</HT> u bħala prevenzjoni, bl-ispejjeż esklużivament fuq dan il-FAI u mingħajr limitu ta’ żmien, sistema ta’ filtrazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollha, kemm dawk irċevuti kif ukoll dawk li jintbagħtu, permezz tas-servizzi tiegħu, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ software peer-to-peer, sabiex tiġi identifikata fuq in-netwerk tiegħu ċ-ċirkulazzjoni ta’ fajls elettroniċi li jinkludu xogħol mużikali, ċinematografiku jew awdjo-viżiv li l-applikant jallega li għandu drittijiet fuqhom u mbagħad [jibblokka] t-trasferiment ta’ dawn, sew meta ssir it-talba, sew meta jintbagħtu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, dawn id-direttivi jimponu fuq il-qorti nazzjonali, mitluba tiddeċiedi fuq talba għal ordni fil-konfront ta’ intermedjarju li s-servizzi tiegħu jintużaw minn terz sabiex [jiġu ppreġudikati drittijiet] tal-awtur, l-obbligu li tapplika l-prinċipju ta’ proporzjonalità meta hija tiġi biex tiddeċiedi fuq l-effikaċja u l-effett dissważiv tal-miżura mitluba?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttivi 2000/31, 2001/29, 2004/48, 95/46 u 2002/58, moqrija flimkien u interpretati fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali applikabbli, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ordni lil FAI li jistabbilixxi sistema ta’ filtrazzjoni</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollha li jgħaddu mis-servizzi tiegħu, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ softwer <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>;</P></ITEM><?PAGE NO="I-12022"?><ITEM><P>li tapplika mingħajr distinzjoni fir-rigward tal-klijentela kollha tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>b’mod preventiv;</P></ITEM><ITEM><P>fuq spejjeż tiegħu biss, u</P></ITEM><ITEM><P>mingħajr limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>,</P></ITEM></LIST></P><P>li tista’ tidentifika fuq in-netwerk ta’ dan il-fornitur iċ-ċirkolazzjoni ta’ fajls elettroniċi li jinkludu xogħol mużikali, ċinematografiku jew awdjoviżiv u li fir-rigward tiegħu, min jitlob dan ix-xogħol jallega li għandu drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, bil-għan li tibblokka t-trasferiment ta’ fajls li l-iskambju tagħhom jippreġudika d-drittijiet tal-awtur (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>sistema ta’ filtrazzjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>).</P></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29 u t-tielet sentenza tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48, il-proprjetarji ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jistgħu jitolbu li digriet permezz ta’ talba jingħata kontra intermedjarji, bħall-FAI, li s-servizzi tagħhom jintużaw mit-terzi sabiex jippreġudikaw id-drittijiet tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kompetenza attribwita lill-qrati nazzjonali, skont dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tippermettilhom jordnaw lill-imsemmija intermedjarji jadottaw miżuri intiżi mhux biss sabiex jintemm il-ksur li diġà twettaq fuq id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali permezz tas-servizzi tagħhom tas-soċjetà tal-informazzjoni, iżda wkoll sabiex<?PAGE NO="I-12023"?> jiġi evitat ksur ġdid (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-324/09" PAGE.ECR="I-6011" YEAR="2011">C-324/09, Ġabra p. I-6011</REF.DOC.ECR>, punt 131).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, minn din l-istess ġurisprudenza jirriżulta li l-kundizzjonjiet tal-ordnijiet li għandhom jipprovdu l-Istati Membri skont l-imsemmija Artikolu 8(3), u t-tielet sentenza tal-Artikolu 11, bħal dawk relatati mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti u l-proċedura li għandha tiġi segwita, jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali (ara, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, is-sentenza L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 135).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>B’hekk, dawn ir-regoli nazzjonali, l-istess bħall-applikazzjoni tagħhom mill-qrati nazzjonali, għandhom josservaw il-limitazzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttivi 2001/29 u 2004/48, kif ukoll mis-sorsi tad-dritt li għalihom jirreferu dawn id-direttivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 138).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>B’hekk, skont il-premessa 16 tad-Direttiva 2001/29 u l-Artikolu 2(3)(a) tad-Direttiva 2004/48, l-imsemmija regoli stabbiliti mill-Istati Membri ma jistgħux jaffettwaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/31 u, b’mod iktar speċifiku, l-Artikoli 12 sa 15 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk, dawn l-istess regoli għandhom josservaw b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31 li tipprojbixxi lill-awtoritajiet nazzjonali milli jadottaw miżuri li jobbligaw lil FAI jipproċedi għal sorveljanza ġenerali tal-informazzjoni li jitrażmetti fuq in-netwerk tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tali projbizzjoni hija estiża b’mod partikolari għall-miżuri nazzjonali li jobbligaw lil fornitur intermedjarju, bħal FAI, sabiex iwettaq sorveljanza attiva tad-data kollha ta’ kull wieħed mill-klijenti tiegħu sabiex jipprevjeni kull ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fil-futur. Barra minn hekk, tali obbligu ta’ sorveljanza ġenerali huwa inkompatibbli<?PAGE NO="I-12024"?> mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/48, li tipprovdi li l-miżuri msemmija minn din tal-aħħar għandhom ikunu ekwi u proporzjonati u ma għandhomx ikunu eċċessivament għoljin (ara s-sentenza L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 139).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi eżaminat jekk l-ordni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi lil FAI sabiex jistabbilixxi s-sistema ta’ filtrazzjoni kontenzjuża, jobbligahx jipproċedi, f’din l-okkażjoni, għal sorveljanza attiva tad-data kollha ta’ kull wieħed mill-klijenti tiegħu sabiex jipprevjeni kull ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fil-futur.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa paċifiku li l-istabbiliment ta’ din is-sistema ta’ filtrazzjoni jippreżumi</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li l-FAI jidentifika, fl-ewwel lok, fi ħdan il-komunikazzjonijiet elettroniċi kollha tal-klijenti kollha tiegħu, il-fajls li jaqgħu taħt it-traffiku ta’ skambji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>peer-to-peer<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>;</P></ITEM><ITEM><P>li jidentifika, fit-tieni lok, fil-kuntest ta’ dan it-traffiku, il-fajls li jinkludu xogħlijiet li fir-rigward tagħhom il-proprjetarji ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jallegaw li għandhom drittijiet;</P></ITEM><ITEM><P>li jiddetermina, fit-tielet lok, liema minn dawn il-fajls jiġu skambjati illegalment, u</P></ITEM><ITEM><P>li jipproċedi, fir-raba’ lok, għall-ibblokkar tal-iskambji ta’ fajls li huwa jikkwalifika bħala illegali.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-12025"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>B’hekk, tali sorveljanza preventiva tirrikjedi osservazzjoni attiva tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollha mwettqa fuq in-netwerk tal-FAI kkonċernat u, b’hekk, tiġbor fiha kull informazzjoni li għandha tiġi trażmessa u kull klijent li juża dan in-netwerk.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li l-ordni lill-FAI kkonċernat li jistabbilixxi s-sistema ta’ filtrazzjoni kontenzjuża jobbligah jipproċedi sabiex iwettaq sorveljanza attiva tad-data kollha li tikkonċerna l-klijenti kollha tiegħu sabiex jipprevjeni kull ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fil-futur. B’hekk tali ordni jimponi fuq l-imsemmi FAI sorveljanza ġenerali li hija pprojbita mill-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-konformità ta’ dan l-ordni mad-dritt tal-Unjoni, għandhom barra minn hekk jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali applikabbli, bħal dawk imsemmija mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ordni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu għan intiż sabiex jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, li jagħmlu parti mid-dritt ta’ proprjetà intellettwali, drittijiet li jistgħu jinkisru minħabba n-natura u l-kontenut ta’ ċerti komunikazzjonijiet elettroniċi mwettqa permezz tan-netwerk tal-FAI kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali hija ċertament stabbilita fl-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>). Min-naħa l-oħra, imkien ma jirriżulta minn din id-dispożizzjoni, u lanqas mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tali dritt huwa intanġibbli u li għalhekk il-protezzjoni tiegħu għandha tiġi żgurata b’mod assolut.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12026"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punti 62 sa 68 tas-sentenza tad-<DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, Promusicae (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-275/06" PAGE.ECR="I-271" YEAR="2008">C-275/06, Ġabra p. I-271</REF.DOC.ECR>), il-protezzjoni tad-dritt fundamentali għal proprjetà, li minnu jagħmlu parti d-drittijiet marbuta mal-proprjetà intellettwali, għandha tiġi bbilanċjata ma’ dik ta’ drittijiet fundamentali oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, mill-punt 68 tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq jirriżulta li huma l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali, fil-kuntest tal-miżuri adottati għall-protezzjoni tal-proprjetarji ta’ drittijiet tal-awtur, li għandhom jiżguraw ekwilibriju ġust bejn il-protezzjoni ta’ dan id-dritt u dik tad-drittijiet fundamentali ta’ persuni affettwati minn tali miżuri.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>B’hekk, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom jiżguraw b’mod partikolari ekwilibriju ġust bejn il-protezzjoni tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali, li minnu jgawdu l-proprjetarji kollha ta’ drittijiet tal-awtur, u dak tal-libertà ta’ impriża li minnu jgawdu l-operaturi bħall-FAI skont l-Artikolu 16 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, l-ordni li tiġi stabbilita s-sistema ta’ filtrazzjoni kontenzjuża jimplika li jiġu ssorveljati, fl-interess ta’ dawn il-proprjetarji, il-komunikazzjonijiet elettroniċi kollha mwettqa fuq in-netwerk tal-FAI kkonċernat, fejn din is-sorveljanza hija barra minn hekk mingħajr limitazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, hija intiża għal kull ksur fil-futur u tippreżumi li għandha tipproteġi mhux biss xogħlijiet eżistenti iżda wkoll dawk futuri li kienu għadhom ma nħolqux fi żmien l-istabbiliment ta’ din is-sistema.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>B’hekk, tali ordni jikkawża ksur karatteristiku tal-libertà ta’ impriża tal-FAI kkonċernat peress li dan jobbligah jistabbilixxi sistema informatika kumplessa, għolja, permanenti u għall-ispejjeż tiegħu biss, li barra minn hekk tmur kontra l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/48, li jirrikjedi li l-miżuri sabiex tiġi żgurata<?PAGE NO="I-12027"?> l-osservanza tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ma jkunux inutilment kumplessi jew għolja.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-ordni li tiġi stabbilita s-sistema ta’ filtrazzjoni kontenzjuża għandu jitqies li ma josservax ir-rekwiżit li jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn, minn naħa, il-protezzjoni tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali, li minnu jgawdu l-proprjetarji kollha ta’ drittijiet tal-awtur, u, min-naħa l-oħra, dik tal-libertà ta’ impriża li minnha jibbenefikaw l-operaturi bħall-FAI.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-effetti tal-imsemmi ordni ma jillimitawx ruħhom għall-FAI kkonċernat, fejn is-sistema ta’ filtrazzjoni kontenzjuża tista’ wkoll tikser id-drittijiet fundamentali tal-klijenti ta’ dan il-FAI, jiġifieri d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data ta’ natura personali kif ukoll il-libertà tagħhom li jirċievu jew jikkomunikaw informazzjoni, fejn dawn id-drittijiet huma protetti mill-Artikoli 8 u 11 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa paċifiku, minn naħa, li l-ordni li tiġi stabbilita s-sistema ta’ filtrazzjoni kontenzjuża jimplika analiżi sistematika tal-kontenuti kollha kif ukoll il-ġabra u l-identifikazzjoni tal-indirizzi IP tal-utenti li huma responsabbli talli jintbagħat il-kontenut illegali fuq in-netwerk, fejn dawn l-indirizzi huma data protetta ta’ natura personali, peress li jippermettu l-identifikazzjoni preċiża tal-imsemmija utenti.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa probabbli li l-imsemmi ordni jikser il-libertà tal-informazzjoni peress li hemm ir-riskju li din is-sistema ma tagħmilx distinzjoni suffiċjenti bejn kontenut illegali u kontenut legali, b’tali mod li l-implementazzjoni tagħha jista’ jkollha effett li tikkawża l-ibblokkar tal-komunikazzjonijiet b’kontenut legali. Fil-fatt, huwa paċifiku li r-risposta għad-domanda tal-legalità ta’ trażmissjoni tiddependi wkoll mill-applikazzjoni ta’ eċċezzjonijiet legali għad-drittijiet tal-awtur li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Barra minn hekk, ċerti xogħlijiet jistgħu jaqgħu, f’ċerti<?PAGE NO="I-12028"?> Stati Membri, taħt il-qasam pubbliku jew jistgħu jkunu suġġetti għal tqegħid on-line b’xejn min-naħa tal-awturi kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jiġi kkonstatat li, billi adottat l-ordni li jobbliga lill-FAI jistabbilixxi s-sistema ta’ filtrazzjoni kontenzjuża, il-qorti nazzjonali kkonċernata ma tosservax ir-rekwiżit li jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn id-dritt ta’ proprjetà intellettwali, minn naħa, u l-libertà ta’ impriża, id-dritt għall-protezzjoni tad-data ta’ natura personali u l-libertà li wieħed jirċievi jew jikkomunika informazzjoni, min-naħa l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li d-Direttivi 2000/31, 2001/29, 2004/48, 95/46 u 2002/58, moqrija flimkien u interpretati fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali applikabbli, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ordni lil FAI li jistabbilixxi s-sistema ta’ filtrazzjoni kontenzjuża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12029"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttivi:</HT></P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20000608">8 ta’ Ġunju 2000</DATE>, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku);</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE>, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika),</HT></P></ITEM></LIST><?PAGE NO="I-12030"?><P><HT TYPE="BOLD">moqrija flimkien u interpretati fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali applikabbli, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ordni lil fornitur ta’ aċċess għall-internet li jistabbilixxi sistema ta’ filtrazzjoni</HT></P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollha li jgħaddu mis-servizzi tagħha, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ softwer</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/><HT TYPE="BOLD">peer-to-peer</HT><QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><HT TYPE="BOLD">;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li tapplika mingħajr distinzjoni fir-rigward tal-klijentela kollha tiegħu;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">b’mod preventiv;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">fuq spejjeż tiegħu biss, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">mingħajr limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>,</HT></P></ITEM></LIST><P><HT TYPE="BOLD">li tista’ tidentifika fuq in-netwerk ta’ dan il-fornitur iċ-ċirkolazzjoni ta’ fajls elettroniċi li jinkludu xogħol mużikali, ċinematografiku jew awdjoviżiv u li fir-rigward tiegħu, min jitlob dan ix-xogħol jallega li għandu drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, bil-għan li tibblokka t-trasferiment ta’ fajls li l-iskambju tagħhom jippreġudika d-drittijiet tal-awtur.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>