|
23.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9065 — Akastor/Mitsui & Co/Mitsui O.S.K. Lines/AKOFS Offshore)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 297/06)
1.
Fis-16 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Akastor AS (“Akastor”, in-Norveġja), ikkontrollata minn Aker ASA (“Aker”) u finalment ikkontrollata minn The Resource Group TRG AS; |
|
— |
Mitsui & Co. Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun); |
|
— |
Mitsui O.S.K. Lines Ltd (“MOL”, il-Ġappun); |
|
— |
AKOFS Offshore 1 AS (“AKOFS”, in-Norveġja). |
Akastor, Mitsui u MOL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AKOFS kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Akastor hija kumpanija pubblika limitata ta’ investiment Norveġiża b’portafoll ta’ kumpaniji prinċiplament fis-settur tas-servizzi tal-bjar taż-żejt; |
|
— |
Mitsui hija grupp ta’ kumpaniji kummerċjali Ġappuniżi involuti f’firxa ta’ attivitajiet kummerċjali inkluż kummerċ dinji ta’ diversi prodotti bażiċi, servizzi finanzjarji, u ġestjoni ta’ proġetti u kumpaniji, inter alia fl-industrija offshore taż-żejt u l-gass; |
|
— |
MOL hija grupp tat-trasport multimodali Ġappuniż li jispeċjalizza f’numru ta’ kategoriji ta’ tbaħħir fl-oċeani madwar id-dinja u swieq relatati; |
|
— |
AKOFS tipprovdi servizzi ta’ stallazzjonijiet u kostruzzjonijiet ibbażati fuq il-bastimenti u servizzi ta’ interventi fil-bjar għall-iżvilupp ta’ bjar taż-żejt u l-gass taħt il-baħar. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9065 — Akastor/Mitsui & Co/Mitsui O.S.K. Lines/AKOFS Offshore
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).