|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1375 |
25.6.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1375
tat-23 ta’ Ġunju 2026
li temenda d-Deċiżjoni 2005/290/KE fir-rigward tar-regoli ta’ ċertifikazzjoni u mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk ta’ annimali porċini domestiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem mill-Kanada
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 126(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 238(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness 5-E tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (3), (“il-Ftehim”) jistabbilixxi l-miżuri tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u prodotti tal-annimali li għalihom għandha tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza. |
|
(2) |
L-Anness 5-I tal-Ftehim jipprevedi attestazzjonijiet tas-saħħa li għandhom jiġu inklużi fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u prodotti tal-annimali li għalihom ġiet rikonoxxuta l-ekwivalenza tal-miżuri. |
|
(3) |
L-ekwivalenza ġiet rikonoxxuta fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem ta’ annimali porċini domestiċi mill-Kanada iżda mhux għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali. Għalhekk, jenħtieġ li s-simplifikazzjoni tal-mudell taċ-ċertifikat tikkonċerna biss l-attestazzjoni tas-saħħa pubblika tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem ta’ annimali porċini domestiċi mill-Kanada. L-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali ta’ dak il-mudell taċ-ċertifikat jenħtieġ li tirreplika l-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-laħam separat mekkanikament, ta’ annimali porċini domestiċi (MODEL POR) stipulat fil-Kapitolu 3 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4). |
|
(4) |
L-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) moqri flimkien mal-Artikolu 107(2) ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżit, għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn pajjiżi terzi, li ma ntuża l-ebda prodott mediċinali antimikrobiku biex jippromwovi t-tkabbir jew biex iżid ir-rendiment fl-annimali kkonċernati. Barra minn hekk, il-prodotti mediċinali li fihom l-antimikrobiċi li huma inklużi fil-lista ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 (6) ma setgħux intużaw fir-rigward ta’ annimali jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali sabiex jippermettu d-dħul tagħhom fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/905 (7) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 billi jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali ħajjin li jipproduċu l-ikel u prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. |
|
(6) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/905 jispeċifika, b’mod partikolari, li l-kunsinni ta’ annimali ħajjin li jipproduċu l-ikel u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss meta jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali li jattesta l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/6 u fir-Regolament Delegat (UE) 2023/905. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li tiddaħħal attestazzjoni li tikkonċerna l-konformità ma’ dawn ir-regoli tal-Unjoni fil-mudell taċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE (8). |
|
(8) |
Fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli tal-Unjoni, il-mudell taċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/290/KE jenħtieġ li jiġi aġġornat, u jinkludi aġġornament tar-referenzi, tan-noti u tal-elementi strutturali, u jiġi sostitwit bil-mudell taċ-ċertifikat stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2005/290/KE tiġi emendata kif xieraq. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-kummerċ fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem ta’ annimali porċini domestiċi mill-Kanada, l-użu tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għal-laħam frisk tal-ħnieżer domestiċi kkonsenjat lill-Unjoni mill-Kanada maħruġ f’konformità mal-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/290/KE, kif applikabbli qabel l-emendi li saru lil dak l-Anness b’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li jkompli jiġi aċċettat għad-dħul fl-Unjoni matul perjodu tranżizzjonali sad-data tal-applikazzjoni tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/290/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżizzjonali sat-3 ta’ Diċembru 2026, l-użu taċ-ċertifikati tal-annimali u tas-saħħa pubblika maħruġin f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/290/KE, kif applikabbli qabel l-emendi li saru f’dak l-Anness permezz ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jkompli jiġi awtorizzat għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem ta’ annimali porċini domestiċi mill-Kanada, dment li dawk iċ-ċertifikati jkunu nħarġu mhux aktar tard mit-3 ta’ Settembru 2026.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(3) ĠU L 11, 14.1.2017, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/37/oj.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2235/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/6/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jiddeżinja l-antimikrobiċi jew il-gruppi ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bniedem, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 20.7.2022, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1255/oj).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/905 tas-27 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali antimikrobiċi f’annimali jew fi prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni (ĠU L 116, 4.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/905/oj).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta’ April 2005 dwar ċertifikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (ĠU L 93, 12.4.2005, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/290/oj).
ANNESS
ANNESS II
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI/UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ LAĦAM FRISK MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM, ĦLIEF IL-LAĦAM SEPARAT MEKKANIKAMENT, TA’ ANNIMALI PORĊINI DOMESTIĊI MILL-KANADA (MUDELL “CA-POR”)
Parti I: Deskrizzjoni tal-kunsinna
|
|
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali lill-UE |
|
I.1 |
Konsenjatur/Esportatur |
|
I.2 |
Referenza taċ-ċertifikat |
I.2a |
Referenza tal-IMSOC |
|
|
Isem |
|
KODIĊI QR |
|||
|
|
Indirizz |
|
I.3 |
Awtorità Kompetenti Ċentrali |
||
|
|
Pajjiż |
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
I.4 |
Awtorità Kompetenti Lokali |
||
|
I.5 |
Konsenjatarju/Importatur |
|
I.6 |
Operatur responsabbli għall-kunsinna |
|
|
|
|
Isem |
|
|
Isem |
|
|
|
|
Indirizz |
|
|
Indirizz |
|
|
|
|
Pajjiż |
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
|
Pajjiż |
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
|
|
I.7 |
Pajjiż tal-oriġini |
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
I.9 |
Pajjiż tad-destinazzjoni |
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
|
|
I.8 |
Reġjun tal-oriġini |
Kodiċi |
I.10 |
Reġjun tad-destinazzjoni |
Kodiċi |
|
|
I.11 |
Post tad-dispaċċ |
|
I.12 |
Post tad-destinazzjoni |
|
|
|
|
Isem |
Nru tar-Reġistrazzjoni/tal-Approvazzjoni |
|
Isem |
Nru tar-Reġistrazzjoni/tal-Approvazzjoni |
|
|
|
Indirizz |
|
|
Indirizz |
|
|
|
|
Pajjiż |
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
|
Pajjiż |
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
|
|
I.13 |
Post tat-tagħbija |
I.14 |
Data u ħin tat-tluq |
|||
|
I.15 |
Mezz tat-trasport |
|
I.16 |
Post ta’ Kontroll fuq il-Fruntiera tad-Dħul |
|
|
|
☐ Inġenju tal-ajru |
☐ Bastiment |
I.17 |
Dokumenti ta’ akkumpanjament |
|
|
|
☐ Ferrovija |
☐ Vettura tat-triq |
|
Tip |
Kodiċi |
|
|
Identifikazzjoni |
|
Pajjiż |
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
|
|
|
Referenza tad-dokument kummerċjali |
|
|||
|
I.18 |
Kundizzjonijiet tat-trasport |
☐ Ambjentali |
☐ Imkessaħ |
☐ Iffriżat |
|
|
I.19 |
Numru tal-kontenitur/Numru tas-siġill |
||||
|
|
Nru tal-kontenitur |
Nru tas-siġill |
|
||
|
I.20 |
Iċċertifikat bħala jew għal |
||||
|
|
☐ Prodotti għall-konsum mill-bniedem |
|
|
|
|
|
I.21 |
☐ Għat-tranżitu |
I.22 |
☐ Għas-suq intern |
||
|
|
Pajjiż terz |
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
I.23 |
|
|
|
I.24 |
Għadd totali ta’ pakketti |
I.25 |
Kwantità totali |
I.26 |
Piż nett totali/piż gross totali (kg) |
|
I.27 |
Deskrizzjoni tal-kunsinna |
||||||
|
Kodiċi NM |
Speċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Maħżen kiesaħ |
|
|
Tip ta’ imballaġġ |
|
Piż nett |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Biċċerija |
|
Tip ta’ trattament |
|
Natura tal-komodità |
Għadd ta’ pakketti |
|
Nru tal-lott |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
☐ Konsumatur finali |
Data tal-ġbir/tal-produzzjoni |
|
Impjant tal-manifattura |
|
|
|
|
Parti II: Ċertifikazzjoni
|
PAJJIŻ |
Mudell taċ-ċertifikat CA POR |
||||
|
|
II. Informazzjoni dwar is-Saħħa |
II.a |
Referenza taċ-ċertifikat |
II.b |
Referenza tal-IMSOC |
Noti F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali huwa maħsub għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk u ta’ laħam ikkapuljat (kif definit fil-punti 1.10 u 1.13 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta’ annimali miżmuma ta’ razez domestiċi ta’ annimali porċini (kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692) mill-Kanada. L-esklużjoni ta’ laħam separat mekkanikament tissemma espliċitament fit-titolu sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni minħabba li dan il-prodott ma għandux jidħol fl-Unjoni bl-użu ta’ dan iċ-ċertifikat ta’ laħam frisk. Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għandu jimtela f’konformità man-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235. Parti I
Parti II
|
|
Veterinarju uffiċjali |
|||
|
Isem (b’ittri kapitali) |
|
|
|
|
Data |
|
Kwalifika u titolu |
|
|
Timbru |
|
Firma |
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1375/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)