Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il‑Ħames Awla) tal-1 ta’ April 2008, Ayyanarsamy vs Il‑Kummissjoni u Il‑Ġermanja (T‑412/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet, parzjalment bħala manifestament inammissibbli, u parzjalment minħabba nuqqas ta’ kompetenza manifesta, ir-rikors li għandu bħala suġġett, minn naħa, l-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Settembru 2007, li biha informat lir-rikorrent li hija ma tistax tintervjeni favurih quddiem il-qrati Ġermaniżi, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni intiża għal kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-aġir tal-awtoritajiet Ġermaniżi - Ksur tad-drittijiet tal-individwi li jirriżultaw mill-Artikoli 230 u 232 KE - Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat skont l-Artikolu 230 KE.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat.
2) A. Ayyanarsamy għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.