|
9.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11013 – CINVEN VII / OTPP / GROUP.ONE / DOGADO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 49/08)
1.
Fit-30 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cinven Capital Management (VII) General Partner Limited (“Cinven VII”, Guernsey), finalment ikkontrollata minn Civil Partnership Limited (“Cinven”, Guernsey), |
|
— |
Il-Bord tal-Pjan tal-Pensjoni tal-Għalliema ta’ Ontario (“OTPP”, il-Kanada), |
|
— |
Redhalo Jersey Topco Ltd (“group.ONE”, Jersey), bħalissa kkontrollata minn Cinven Capital Management (VI) General Partner Limited (“Cinven VI”, Jersey), li hija wkoll finalment ikkontrollata minn Cinven, |
|
— |
dogado GmbH (“dogado”, il-Ġermanja). |
Cinven VII u OTPP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ group.ONE u dogado.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Cinven hija impriża ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment għal għadd ta’ fondi tal-investiment. Cinven tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji tal-portafoll li huma attivi f’varjetà ta’ setturi f’firxa ta’ ġurisdizzjonijiet, |
|
— |
OTPP hija korporazzjoni mingħajr kapital azzjonista inkorporata skont l-Att dwar il-Pensjoni tal-Għalliema (Ontario), li għandha l-uffiċċju prinċipali u l-indirizz tan-negozju tagħha f’Toronto, Ontario, il-Kanada. OTPP hija impenjata bl-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment ta’ assi ta’ pjanijiet tal-pensjoni f’isem madwar 333 000 għalliem attivi u rtirati fil-Provinċja Kanadiża ta’ Ontario. |
|
— |
Group.ONE hija attiva fil-forniment ta’ web hosting u servizzi relatati, |
|
— |
Dogado hija attiva fil-provvista ta’ web hosting u servizzi relatati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11013 – CINVEN VII / OTPP / GROUP.ONE / DOGADO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).