European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3541

10.6.2024

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2024/3541)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Rosso Piceno / Piceno”

PDO-IT-A0427-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 12.3.2024

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Inklużjoni ta’ referenza leġiżlattiva

Deskrizzjoni:

Ta’ min jinnota li r-rekwiżit ta’ densità ta’ mill-inqas 2 200 dielja għal kull ettaru u l-projbizzjoni tat-tkabbir tad-dwieli ma’ kannizzata fl-għamla ta’ għata japplika għall-vinji li ġew imħawla wara d-dħul fis-seħħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott annessa mad-Digriet Ministerjali tas-17 ta’ Mejju 2011.

Raġunijiet:

Jeħtieġ li tiġi speċifikata b’mod inekwivoku s-sena li fiha tħawlu l-vinji li għalihom japplika r-rekwiżit.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.   Korrezzjoni formali

Deskrizzjoni:

It-terminu “il-prodott” huwa sostitwit bil-kliem “il-lott”.

Raġunijiet:

Ġiet iffinalizzata l-korrezzjoni formali sabiex jintuża terminu aktar korrett.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

3.   Tħassir ta’ paragrafu

Deskrizzjoni:

L-aħħar paragrafu tal-Artikolu 6 tħassar.

Raġunijiet:

Il-paragrafu tħassar peress li ma għadux rilevanti.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

4.   Tħassir ta’ paragrafu

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 7 tħassar.

Raġunijiet:

il-paragrafu tħassar minħabba li huwa superfluwu.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

5.   Inklużjoni tal-possibbiltà li jintużaw reċipjenti alternattivi għall-ħġieġ

Deskrizzjoni:

Qed tiġi inkluża l-possibbiltà għat-tipi kollha tad-DOP Rosso Piceno jew Piceno, bl-eċċezzjoni ta’ dawk bl-indikazzjoni Superiore u Vigna, li jużaw reċipjenti oħra alternattivi għall-ħġieġ, li huma magħmula minn materjali oħra li huma adattati biex jiġu f’kuntatt mal-ikel, filwaqt li titneħħa r-referenza għall-plastik tal-polietilen u tal-poliester b’diversi saffi mgeżwra fil-kartun jew f’materjal riġidu ieħor f’volumi ta’ bejn 2 u 5 litri, li qabel kienu permessi esklussivament għad-DOP Rosso Piceno jew Piceno.

Raġunijiet:

L-għażla li tiġi inkluża l-possibbiltà li jintużaw reċipjenti alternattivi għall-ħġieġ hija dovuta għaż-żieda fid-domanda mill-klijenti, l-importaturi u l-konsumaturi li wrew din il-ħtieġa f’dawn l-aħħar snin. L-entità li qed tressaq il-proposta għalhekk qieset li kien meħtieġ li tiġi introdotta din l-emenda sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet attwali tas-suq.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima tad-Dokument Uniku “Rekwiżiti oħra applikabbli”

6.   Inklużjoni ta’ referenza leġiżlattiva

Deskrizzjoni:

L-inklużjoni ta’ referenza leġiżlattiva għall-emenda tad-Digriet li japprova l-mudell approvat mill-Ministeru b’referenza għall-Pjan ta’ Kontroll.

Motivazzjoni:

Ħtieġa għal aġġornament regolatorju

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni

Rosso Piceno

Piceno

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1. Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Rosso Piceno jew Piceno

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed tad-DOP Rosso Piceno” jew Piceno għandhom kulur aħmar lewn ir-rubin qawwi bi sfumaturi fil-vjola. Għandhom riħa li fiha noti tal-frott aħmar u b’togħma armonjuża u bbilanċjata hekk kif wieħed iduqhom, u jħallu togħma pjuttost persistenti.

Kull parametru analitiku ieħor li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt, il-valur jitħalla vojt, jikkonforma mal-limiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima 4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Rosso Piceno Sangiovese jew Piceno Sangiovese

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed tad-DOP Rosso Piceno Sangiovese jew Piceno Sangiovese għandhom kulur aħmar lewn ir-rubin qawwi bi sfumaturi fil-vjola, riħa li fiha ħjiel ta’ frott aħmar u togħma minerali bbilanċjata hekk kif wieħed iduqhom, u jħallu togħma pjuttost dejjiema u persistenti.

Kull parametru analitiku ieħor li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt, il-valur jitħalla vojt, jikkonforma mal-limiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima 4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

3.   Rosso Piceno novello jew Piceno novello

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed tad-DOP Rosso Piceno novello jew Piceno novello għandhom kulur aħmar lewn ir-rubin qawwi, riħa li fiha noti ta’ fjuri bi ħjiel ta’ frott aħmar, u togħma friska u armonjuża.

Kull parametru analitiku ieħor li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt, il-valur jitħalla vojt, jikkonforma mal-limiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima 4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

4.   Rosso Piceno jew Piceno Superiore

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed tad-DOP Rosso Piceno Superiore jew Piceno Superiore għandhom kulur aħmar lewn ir-rubin bi sfumaturi fl-oranġjo minħabba t-tqaddim; għandhom riħa bi ħjiel ta’ frott aħmar u b’noti ta’ likorizja u kawkaw; għandhom togħma robusta, armonjuża, intensa u persistenti ħafna.

Kull parametru analitiku ieħor li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt, il-valur jitħalla vojt, jikkonforma mal-limiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima 4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

—

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Rosso Piceno jew Piceno

13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

2.

Rosso Piceno Sangiovese jew Piceno Sangiovese

13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

3.

Rosso Piceno novello jew Piceno novello

13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

4.

Rosso Piceno Superiore jew Piceno Superiore

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ġeografika koperta mid-definizzjoni tal-inbid tad-DOP Rosso Piceno jew Piceno hija dik il-parti tat-territorju tar-Reġjun tal-Marche, li bħala konfini fit-Tramuntana għandu l-fruntiera amministrattiva bejn il-provinċji ta’ Pesaro Urbino u Ancona u fin-Nofsinhar lix-xmara Tronto. Il-provinċji kkonċernati huma Ancona, ħlief it-territorji li jappartjenu għaż-żona tal-produzzjoni tal-inbid tad-DOP Rosso Conero, Macerata, Fermo u Ascoli Piceno.

Iż-żona tal-produzzjoni ta’ Rosso Piceno jew Piceno Superiore hija limitata biss għal parti mill-muniċipalitajiet fil-provinċja ta’ Ascoli Piceno bejn il-fruntiera tat-Tramuntana ta’ Grottammare sa Porto d’Ascoli u tkompli ’l ġewwa fid-direzzjoni tal-muniċipalità ta’ Ascoli Piceno.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Montepulciano N.

Sangiovese N. - Sangioveto

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Rosso Piceno jew Piceno

Fiż-żona tal-produzzjoni tal-inbid tad-DOP Rosso Piceno jew Piceno, l-impatt tal-fatturi umani maż-żmien kellu influwenza fundamentali fuq id-definizzjoni tal-kombinazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb, l-evoluzzjoni tal-metodi tat-tkabbir, u l-prattiki enoloġiċi li permezz tal-interazzjoni tagħhom mal-fatturi naturali ddeterminaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed tad-DOP. Fit-tip Superiore, l-interazzjoni tal-fatturi umani mal-fatturi naturali bħat-terren li fih ħafna għoljiet, il-klima Mediterranja u l-ħamrija fil-biċċa l-kbira tagħha taflija, twassal biex tinħoloq iż-żona ideali ta’ kultivazzjoni għall-varjetajiet ta’ dwieli Montepulciano u Sangiovese, li tipprovdi lil dawn l-inbejjed “bouquets” uniċi li ma jistgħux jiġu prodotti mkien ieħor.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Introduzzjoni tal-użu ta’ materjali oħra adattati għajr il-ħġieġ

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

it-tipi kollha tad-DOP Rosso Piceno jew Piceno, bl-eċċezzjoni ta’ dawk bl-indikazzjoni Superiore jew Vigna, huma permessi jagħmlu użu minn reċipjenti alternattivi għall-ħġieġ, li jkunu ta’ materjali adattati għall-kuntatt mal-ikel.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/20967


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3541/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)