<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑605/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0605</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2298">EU:C:2014:2298</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20141016">16.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑605/12</P><P>WELMORY</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 44</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>stabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> tal-persuna li tirċievi servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Post fejn il-provvisti ta’ servizzi huma kkunsidrati li ġew fornuti lil persuni taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjoni intra-Komunitarja</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑605/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20121224">24 ta’ Diċembru 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Welmory sp. z o.o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Ó Caoimh, C. Toader, u E. Jarašiūnas u C. G. Fernlund (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20140306">6 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Welmory sp. z o.o., minn M. Gorazda, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għad-Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku, minn T. Tratkiewicz u J. Kaute, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u A. Kramarczyk, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċiprijott, minn K. Kleanthous u E. Symeonidou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Christie, bħala aġent, assistit minn O. Thomas, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Herrmann u L. Lozano Palacios u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/UE, tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU L 44, p. 11</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Welmory sp. z o.o., li s-sede tagħha hija stabbilita fil-Polonja (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>kumpannija Pollakka<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u d-Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku (Direttur tal-Uffiċċju tat-taxxa ta’ Gdańsk, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dyrektor<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), dwar il-post tal-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) tas-servizzi pprovduti minn din il-kumpannija lil kumpannija li stabbiliet il-post tan-negozju tagħha fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-VAT, b’mod konformi mal-Artikoli 411 u 413 tagħha, abrogat u ssostitwiet, sa mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-VAT, b’mod partikolari s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). L-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, juża l-kliem segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-post minn fejn jingħata servizz għandu jitqies li jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn jingħata s-servizz jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu ikollu l-indirizz permanenti [stabbiliment fiss] tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Sal-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>, l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/112, li jidher taħt il-Kapitolu 3 ta’ din, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Post ta’ provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-post minn fejn hu pprovdut is-servizz għandu jitqies li jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn hu pprovdut is-servizz, jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/8 issostitwiet, b’effett mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, l-Artikoli 43 sa 59 li jidhru taħt dan il-Kapitolu tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-post tal-forniment tas-servizzi lil persuna taxxabbli li qiegħda taġixxi bħala tali għandu jkun il-post fejn dik il-persuna tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti lil stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn hija stabbilixxiet in-negozju tagħha, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak<?PAGE NO="3"?> l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-persuna taxxabbli li tirċievi tali servizzi għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn tirrisjedi normalment.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, tal-<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE>, li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Regolament ta’ Implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), applikabbli sa mill-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jassigura applikazzjoni uniformi tas-sistema attwali tal-VAT billi jiġu stipulati regoli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KEE, b’mod partikolari fir-rigward ta’ persuni taxxabbli, il-forniment ta’ prodotti u servizzi, kif ukoll il-post tat-transazzjonijiet taxxabbli. […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessa 14 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli ta’ lokalizzazzjoni ta’ transazzjonijiet taxxabli, jeħtieġ li jkunu ċċarati ċerti kunċetti bħas-sede tan-negozju, l-indirizz permanenti, id-domiċilju jew il-post fejn persuna tirrisjedi. B’kont meħud tal-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja [tal-Unjoni Ewropea], l-użu ta’ kriterji ċari u objettivi kemm jista’ jkun għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni prattika ta’ dawn il-kunċetti.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni jipprovdi hekk kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva [tal-VAT] ’l-istabbiliment fiss’ għandu jkun kwalunkwe stabbiliment, minbarra s-sede tal-attività ekonomika […] li huwa karatterizzat minn grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu li jirċievi u juża s-servizzi li huma fornuti lilu għall-bżonnijiet tiegħu stess.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Liġi tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Ustawa z dnia <DATE ISO="20040311">11 marca 2004 r.</DATE> o podatku od towarów i usług), tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (Dz. U. n<HT TYPE="SUP">o</HT> 54, position 535), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE> sat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), hija applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) u (4) tal-liġi dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-obbligu li titħallas it-taxxa jimmaterjalizza fil-mument meta ssir il-kunsinna tal-merkanzija jew il-provvista tas-servizzi, bla ħsara għall-paragrafi 2 sa 21 tal-Artikoli 14(6), 20 u 21(1).</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="019.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ li l-kunsinna tal-merkanzija jew il-provvista tas-servizzi għandhom jiġu kkonfermati permezz ta’ fattura, l-obbligu li titħallas it-taxxa jimmaterjalizza fil-mument meta tinħareġ il-fattura, iżda mhux iktar tard minn sebat ijiem mid-data tal-kunsinna tal-merkanzija jew tal-provvista tas-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28b(1) u (2) ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028B.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ servizzi fornuti lil persuna taxxabbli, il-post tal-forniment huwa l-post fejn il-persuna taxxabbli li tkun irċeviet is-servizzi tkun stabbiliet il-post tan-negozju tagħha jew l-indirizz permanenti tagħha, suġġett għall-paragrafi 2 sa 4 tal-Artikoli 28e, 28f(1) u 1a, 28g(1), 28i, 28j, u 28n.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="028B.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn is-servizzi jiġu fornuti lil stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn hija stabbilixxiet in-negozju tagħha jew l-indirizz permanenti tagħha, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Welmory LTD, stabbilita f’Nicosia (Ċipru, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kumpannija Ċiprijotta<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) torganizza bejgħ bl-irkant fuq pjattaforma ta’ bejgħ fuq l-internet. Għal dan il-għan, hija tbiegħ lottijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (offerti), jiġifieri d-dritt li ssir offerta sabiex jinxtara oġġett li qiegħed jiġi rkantat billi ssir offerta għola minn l-għola offerta li tkun diġà saret.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Mill-inkartament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kumpannija Ċiprijotta kkonkludiet, fit-<DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, kuntratt ta’ kollaborazzjoni mal-kumpannija Pollakka, li skont dan, l-ewwel waħda impenjat ruħha li tforni lit-tieni waħda servizz ta’ provvista ta’ sit tal-internet ta’ bejgħ bl-irkant taħt l-isem tad-dominju www.za10groszy.pl, li jinkludi wkoll il-provvista ta’ servizzi assoċjati marbuta, minn naħa, mal-kiri ta’ servers indispensabbli għall-funzjonament tas-sit, u, min-naħa l-oħra, għall-preżentazzjoni tal-prodotti li huma għall-bejgħ bl-irkant. Il-kumpannija Pollakka impenjat ruħha, min-naħa tagħha, prinċipalment, li tbigħ oġġetti fuq dan is-sit.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-proċedura tal-bejgħ hija s-segwenti. L-ewwel nett, il-klijent jixtri numru ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> mill-kumpannija Ċiprijotta fuq is-sit ta’ bejgħ bl-internet. Imbagħad, dawn il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jagħtu d-dritt lill-klijent li jieħu sehem fil-bejgħ tal-oġġetti proposti bl-irkant mill-kumpannija Pollakka fuq dan l-istess sit u li tagħmel offerta sabiex tikseb wieħed minn dawn l-oġġetti. B’kuntrast mas-sistema tradizzjonali ta’ irkant, sabiex wieħed jagħmel offerta, il-klijent mhux sempliċement jintrabat li jħallas somma flus għola minn l-aħħar offerta li tkun saret, iżda għandu, għal dan il-għan, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>iħallas<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Fl-aħħar nett, l-oġġett jingħata lill-klijent li offra, permezz tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tiegħu, l-iktar prezz għoli sabiex jixtrieh.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Mill-inkartament ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li s-sors tad-dħul tal-kumpannija Pollakka huwa, minn naħa, ġej mill-prezz tal-bejgħ miksub fil-kuntest tal-bejgħ bl-irkant fuq l-internet u, min-naħa l-oħra, ta’ remunerazzjoni riċevuta mill-kumpannija Ċiprijotta, li tikkorrispondi ma’ parti tal-prodott tal-bejgħ tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> użati mill-klijenti fil-Polonja sabiex jagħmlu offerta fl-irkant.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20100419">19 ta’ April 2010</DATE>, il-kumpannija Ċiprijotta kisbet 100 % tal-kapital azzjonarju tal-kumpannija Pollakka.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Għall-perijodu bejn ix-xahar ta’ Jannar u April 2010, qabel din il-kisba, il-kumpannija Pollakka ħarġet erba’ fatturi għall-provvisti ta’ servizzi fornuti lill-kumpannija Ċiprijotta (pubbliċità, servizzi, provvista ta’ informazzjoni u trattament tad-data).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li kkunsidrat li dawn il-provvisti ta’ servizzi kienu ġew fornuti fis-sede rreġistrata tal-kumpannija Ċiprijotta u li huma għandhom konsegwentement jiġu suġġetti għall-VAT f’Ċipru, il-kumpannija Pollakka, filwaqt li indikat li din it-taxxa kellha titħallas minn min kien qed jirċievi dawn is-servizzi, ma ffatturatx il-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Id-Dyrektor madankollu kkunsidra li din hija provvista ta’ servizzi fornuta f’stabbiliment fiss tal-kumpannija Ċiprijotta fit-territorju Pollakk u li teħtieġ, konsegwentement, li tiġi ntaxxata fil-Polonja bir-rata normali ta’ 22 %, b’mod konformi mal-Artikolu 28b(2) tal-Liġi dwar il-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-kumpannija Pollakka ppreżentat rikors għal annullament tad-deċiżjoni tad-Dyrektor quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku (qorti amministrattiva tal-voïvodie ta’ Gdańsk) fejn sostniet li operatur indipendenti li jeżerċità attività awtonoma, li għandu l-kwalità ta’ persuna suġġetta għall-VAT, ma jistax jammonta għal stabbiliment fiss ta’ persuna taxxabbli oħra.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku ċaħdet dan ir-rikors fir-rigward b’mod partikolari għan-natura speċifika tas-servizzi fornuti mill-kumpannija Ċiprijotta fit-territorju Pollakk. Hija kkunsidrat li din il-kumpannija ma kellhiex bżonn, sabiex tkun ikkunsidrata li għandha stabbiliment fiss fit-territorju Pollakk, li jkollha riżorsi materjali u umani permanenti, fis-sens klassiku tal-kelma, u lanqas li tuża direttament bini li jinsab f’dan it-territorju, jew li timpjega persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku kkunsidrat li l-attivitajiet ta’ dawn iż-żewġ kumpanniji kienu jiffurmaw totalità ekonomikament inseparabbli, peress li l-għan tan-negozju kollu tagħhom seta’ jintlaħaq biss fil-Polonja permezz tal-kooperazzjoni bejniethom.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>In sostenn tad-deċiżjoni tagħha, il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku kkunsidrat li l-kumpannija Ċiprijotta tuża fit-territorju Pollakk il-mezzi tekniċi u umani tal-kumpannija Pollakka, b’tali mod li din tal-aħħar kellha tiġi trattata bħala stabbiliment fiss tal-kumpannija Ċiprijotta fil-Polonja. Konsegwentement, hija kkunsidrat li l-provvisti ta’ servizzi fornuti mill-kumpannija Pollakka lill-kumpannija Ċiprijotta kienu fornuti fl-istabbiliment fiss ta’ din tal-aħħar fil-Polonja u kienu, b’hekk, taxxabbli fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-kumpannija Pollakka appellat is-sentenza tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku quddiem in-Naczelny Sąd Administracyjny (Qorti Suprema Amministrattiva).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dettalji tal-kawża li hija qegħda tittratta, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-punt jekk l-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT jistax jiġi interpretat fis-sens li l-post ta’ intaxxar tal-provvisti ta’ servizzi jinsab fil-Polonja meta s-servizzi huma fornuti minn kumpannija Pollakka lil kumpannija oħra li għandha s-sede tagħha f’Ċipru, meta ż-żewġ kumpanniji huma indipendenti minn xulxin f’dak li jirrigwarda kapital u sa fejn il-kumpannija Ċiprijotta teżerċita n-negozju tagħha billi tuża l-infrastruttura tal-kumpannija Pollakka.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-kunċett ta’ stabbiliment fiss jikkonċerna każijiet ġuridiċi u fattwali differenti tas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża li hija qegħda tittratta.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Din tal-aħħar tirrigwarda sitwazzjoni fejn, fiż-żmien meta seħħew il-fatti, iż-żewġ kumpanniji kienu indipendenti minn xulxin. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrigwarda sitwazzjoni fejn il-post tal-istabbiliment fiss huwa ddefinit fir-rigward tal-fornitur tas-servizz, u, li barra minn hekk, jikkonċerna s-sitwazzjoni li fiha l-istabbiliment fiss huwa ddefinit fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi fornuti lil terzi, jiġifieri l-konsumatur finali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Naczelny Sąd Administracyjny ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Għall-finijiet tal-intaxxar tal-provvisti ta’ servizzi pprovduti mill-kumpannija [Pollakka], li s-sede tagħha huwa stabbilit fil-Polonja, lill-kumpannija [Ċiprijotta], li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropa, l-istabbiliment fiss fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva [tal-VAT], huwa fejn tinsab is-sede tal-kumpannija [Pollakka], meta l-kumpannija [Ċiprijotta] teżerċita attività ekonomika billi tuża l-infrastruttura tal-kumpannija [Pollakka]?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ħafna mill-partijiet għall-proċeduri sostnew li d-domanda li tqum fil-kawża prinċipali hija dik dwar mhux jekk il-provvisti ta’ servizzi fornuti mill-kumpannija Pollakka lill-kumpannija Ċiprijotta huma provvisti ta’ servizzi fornuti fl-indirizz permanenti ta’ din tal-aħħar fil-Polonja, iżda f’liema pajjiż, fil-Polonja jew f’Ċipru, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> mibjugħa mill-kumpannija Ċiprijotta lill-klijenti fil-Polonja għandhom ikunu suġġetti għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-gvern Pollakk jallega, min-naħa l-oħra, li l-valur taxxabbli tal-oġġetti mibjugħa bl-irkant mill-kumpannija Pollakka fuq is-sit tal-bejgħ bil-internet tal-kumpannija Ċiprijotta seta’ ma ġiex evalwat korrettement. Dan il-gvern jistaqsi d-domanda dwar jekk, b’mod konformi mal-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-VAT, il-bażi taxxabbli li l-kumpannija Pollakka kienet obbligata li tiddikjara ma kellhiex tikkonsisti, minn naħa, mill-prezz tal-oġġetti mibjugħa bl-irkant, u, min-naħa l-oħra, tar-remunerazzjoni miksuba mill-kumpannija Ċiprijotta, li tikkorrispondi għal parti tal-prodott tal-bejgħ tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> użati mill-klijenti fil-Polonja fl-irkantijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi ppreċiżat li l-għan tad-domanda preliminari jirrigwarda, essenzjalment, il-post tal-intaxxar tal-provvista ta’ servizzi fornuti mill-kumpannija Pollakka lill-kumpannija Ċiprijotta, u, b’hekk, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, u mhux il-post tal-intaxxar tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u lanqas l-istabbiliment tal-valur taxxabbli tal-oġġetti mibjugħa bl-irkant mill-kumpannija Pollakka.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali, kif prevista fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha titressaq il-kawża u li għandha tagħti d-deċiżjoni, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża li tinsab quddiemha, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari biex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Is-setgħa li jiġu ddeterminati d-domandi li għandhom isiru lill-Qorti tal-Ġustizzja hija mogħtija biss lill-qorti nazzjonali u l-partijiet ma jistgħux jibdlu l-kontenut tagħhom (ara, b’mod partikolari, sentenza Danske Svineproducenter, C‑316/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:863">EU:C:2011:863</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bdil fis-sustanza tad-domandi preliminari jew risposta għad-domandi addizzjonali msemmija mill-partijiet ikun inkompatibbli mar-rwol mogħti lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiżgura l-possibbiltà lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-partijiet interessati li jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-fatt li, skont din id-dispożizzjoni, huma biss id-deċiżjonijiet tar-rinviju li jiġu nnotifikati lill-partijiet interessati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Danske Svineproducenter, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:863">EU:C:2011:863</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kawża preżenti, hemm lok li tingħata risposta biss għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju li tirrigwarda l-istabbiliment tal-post ta’ impożizzjoni tal-provvista ta’ servizzi fornuta mill-kumpannija Pollakka lill-kumpannija Ċiprijotta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, f’liema ċirkustanzi l-ewwel persuna taxxabbli li tkun stabbiliet il-post tan-negozju tagħha fi Stat Membru, li tibbenefika minn servizzi fornuti minn tieni persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor, għandha tkun ikkunsidrata bħala li għandha fi Stat Membru ieħor <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>stabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, bil-għan tal-istabbiliment tal-post fejn jiġu ntaxxati dawn is-servizzi.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-VAT, bħal fil-każ tas-Sitt Direttiva, li hija ssostitwiet, tikkontjeni Titolu V, li tirrigwarda l-post ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli. Il-Kapitolu 3 li jidher taħt dan it-titolu huwa relattiv għall-post tal-provvisti ta’ servizzi u t-taqsimiet 2 u 3 ta’ dan jistabbilixxu rispettivament ir-regoli ġenerali għall-istabbiliment tal-post tal-intaxxar ta’ dawn is-servizzi kif ukoll tad-dispożizzjonijiet partikolari li jirrigwardaw provvisti speċifiċi ta’ servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Bħal fil-każ tal-Artikolu 9 tas-Sitt Direttiva, l-Artikoli 44 sa 59b tad-Direttiva tal-VAT jikkontjenu regoli li jiddeterminaw il-post ta’ referenza għal skopijiet ta’ taxxa. B’hekk, jekk l-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva jistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar dan is-suġġett, tali regoli huma wkoll previsti fl-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva tal-VAT. Bl-istess mod, l-Artikoli 46 sa 59b ta’ din l-aħħar imsemmija direttiva jindikaw, bħall-Artikolu 9(2) u (3) tas-Sitt Direttiva, serje ta’ postijiet speċifiċi ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, il-kawża prinċipali tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, li skont din il-post tal-provvista ta’ servizzi fornuti lil persuni taxxabbli hija stabbilita abbażi mhux tal-persuna taxxabbli li tforni s-servizzi, iżda abbażi tal-persuna taxxabbli li tirċeviehom.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement tqum id-domanda, dwar jekk il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva tibqax rilevanti, wara t-tibdiliet fil-qasam permezz tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest u l-għan imħaddan minn din il-leġiżlazzjoni li hija tifforma parti minnha (sentenza ADV Allround, C‑218/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:35">EU:C:2012:35</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>B’mod konformi ma’ ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan tad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-post ta’ referenza għal skopijiet ta’ taxxa tal-provvisti ta’ servizzi huwa li jiġu evitati, minn naħa, kunflitti ta’ kompetenza li jistgħu jwasslu għal tassazzjoni doppja u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ impożizzjoni tat-taxxa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza ADV Allround, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:35">EU:C:2012:35</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-kliem tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT huwa simili għal dak tal-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva. Barra minn hekk, kemm l-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll l-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva huma dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-post ta’ referenza għal skopijiet ta’ taxxa tal-provvisti ta’ servizzi u għandhom l-istess għan, b’tali mod li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva hija, bħala prinċipju, trasponibbli <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni hija kkorroborata mir-Regolament ta’ Implementazzjoni, li għandu bħala għan, skont il-kliem tal-premessa 4 tiegħu, li jiggarantixxi applikazzjoni iktar uniformi tas-sistema tal-VAT, billi jiġu adattati dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tad-Direttiva tal-VAT, f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-persuni taxxabbli, il-provvista ta’ oġġett u l-provvista ta’ servizzi, kif ukoll il-post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-premessa 14 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-volontà tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li jiġu ppreċiżati ċerti kunċetti neċessarji għall-istabbiliment tal-kriterji li jirrigwardaw il-post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>B’dan il-mod, anki jekk dan ir-regolament ma kienx għadu fis-seħħ fiż-żmien tal-fatti fil-kawża prinċipali, xorta għandu jiġi kkunsidrat.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>B’hekk jirriżulta li bil-għan li tingħata risposta għad-domanda li saret mill-qorti tar-rinviju, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva kif ukoll għar-Regolament ta’ Implementazzjoni hija rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Id-domanda li titqajjem fil-kuntest tal-kawża prinċipali hija dik li jiġi ddefinit il-post tal-provvisti ta’ servizzi fornuti mill-kumpannija Pollakka lill-kumpannija Ċiprijotta u, b’mod iktar partikolari, li tiddefinixxi l-kriterji intiżi li jistabbilixxu jekk din tal-aħħar għandhiex stabbiliment fiss fil-Polonja.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, il-post tal-provvisti ta’ servizzi fornuti lil persuna taxxabbli li jaġixxi b’dan il-mod huwa l-post fejn il-persuna taxxabbli stabbiliet in-negozju tagħha. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti lil stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn hija stabbiliet in-negozju tagħha, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-persuna taxxabbli li tirċievi tali servizzi għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn tirrisjedi normalment.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar, hekk kif jirriżulta mill-punt 42 tas-sentenza preżenti, li dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT hija regola li tistabbilixxi l-post ta’ intaxxar tal-provvisti ta’ servizzi, billi jiġi indikat il-post ta’ referenza għal skopijiet ta’ taxxa, u, b’hekk, jiġu definiti l-kompetenzi tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-imsemmija dispożizzjoni għandha l-għan li tistabbilixxi delimitazzjoni razzjonali tal-kamp ta’ applikazzjoni rispettivi tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-VAT, fejn jiġi stabbilit b’mod uniformi l-post ta’ referenza għal skopijiet ta’ taxxa tal-provvisti ta’ servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-ewwel lok, għandu jiġi ddeterminat l-ewwel punt ta’ referenza sabiex jiġu stabbilit il-post tal-provvisti ta’ servizzi u, fit-tieni lok, li jiġu ppreċiżati l-kriterji li għandhom iseħħu sabiex jiġi kkunsidrat li persuna taxxabbli li tkun qed tirċievi servizzi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha post tan-negozju fi Stat Membru, għandha stabbiliment fiss fi Stat Membru ieħor minn dak li fih stabbiliet in-negozju tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-ewwel punt ta’ referenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 9 tas-Sitt Direttiva, jirriżulta li l-punt ta’ referenza l-iktar utli sabiex jiġi stabbilit il-post tal-provvisti ta’ servizzi, mill-perspettiva fiskali, u, għalhekk, prioritarja, huwa dak fejn il-persuna taxxabbli stabbiliet il-post tan-negozju tagħha. It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ stabbiliment ieħor jiġi kkunsidrat biss fil-każ fejn dan il-post tan-negozju ma jwassalx għal soluzzjoni razzjonali jew joħloq kunflitt ma’ Stat Membru ieħor (ara b’mod partikolari s-sentenzi Berkholz, 168/84, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:299">EU:C:1985:299</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17, Faaborg-Gelting Linien, C‑231/94, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:184">EU:C:1996:184</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16 kif ukoll ARO Lease, C‑190/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:374">EU:C:1997:374</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija valida wkoll fil-kuntest tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħal fil-każ tal-validità tas-Sitt Direttiva, il-post fejn il-persuna taxxabbli stabbiliet il-post tan-negozju tagħha bħala l-ewwel punt ta’ referenza jidher li jammonta għal kriterju oġġettiv, sempliċi u prattiku li joffri ċertezza legali kbira, peress li huwa ħafna iktar faċli sabiex jiġi vverifikat l-eżistenza milli, pereżempju, ta’ stabbiliment fiss. Barra minn hekk, il-preżunzjoni li l-provvisti ta’ servizzi huma fornuti fil-post fejn il-persuna taxxabbli li tirċievi s-servizzi stabbiliet il-post tan-negozju tagħha jippermetti li jiġi evitat, kemm għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll għall-fornituri ta’ servizzi li jwettqu riċerki kkomplikati sabiex jiġi stabbilit il-punt ta’ referenza fiskali.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-post tan-negozju huwa msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, filwaqt li l-istabbiliment fiss huwa msemmi biss fis-sentenza segwenti. Din tal-aħħar, introdotta bl-avverbju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[m]adankollu<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tista’ tiġi interpretata biss fis-sens li tistabbilixxi deroga għar-regola ġenerali prevista fis-sentenza preċedenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunċett ta’ stabbiliment fiss</P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, hekk kif jirriżulta mill-punt 39 tas-sentenza preżenti, li fil-kuntest tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, il-post tal-provvisti ta’ servizzi huwa stabbilit abbażi mhux tal-persuna taxxabbli fornitur tas-servizzi, iżda tal-persuna taxxabbli li tirċievi dawn. Għalhekk, hemm lok li jiġi stabbilit il-kunċett ta’ stabbiliment fiss abbażi tal-persuna taxxabbli li tirċievi.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Jista’ jiġi dedott mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq dan il-qasam (ara, b’mod partikolari s-sentenza Planzer Luxembourg, C‑73/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:397">EU:C:2007:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata), li kien ta’ ispirazzjoni għall-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, li stabbiliment fiss għandu jkun ikkaratterizzat minn grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu li jirċievi u juża s-servizzi li huma fornuti lilu għall-bżonnijiet tiegħu stess.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>B’hekk, sabiex tkun ikkunsidrata, f’ċirkustanzi bħal dawk li jirrigwardaw il-kawża prinċipali, li għandha stabbiliment fiss, fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, il-kumpannija Ċiprijotta għandha jkollha fil-Polonja għall-inqas struttura kkaratterizzata minn livell suffiċjenti ta’ permanenza, adatta, f’dak li jirrigwarda riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulha tirċievi fil-Polonja l-provvisti ta’ servizzi li huma fornuti lilha mill-kumpannija Pollakka u li jużawhom għall-finijiet tan-negozju tagħha, jiġifieri l-ġestjoni tas-sistema ta’ rkantijiet elettroniċi inkwistjoni, kif ukoll l-ħruġ u l-bejgħ tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-fatt li n-negozju, bħal dak eżerċitat mill-kumpannija Ċiprijotta inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkonsisti f’li tiġi operata sistema ta’ rkantijiet elettroniċi, li jinkludi, minn naħa, li jiġi pprovdut lill-kumpannija Pollakka, sit tal-internet tal-bejgħ bl-irkant, u, min-naħa l-oħra, il-ħruġ u l-bejgħ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> lill-klijenti fil-Polonja, jista’ jkun eżerċitat mingħajr ma jkunu meħtieġa struttura umana u materjali effettiva fit-territorju Pollakk, ma huwiex determinanti. Minkejja n-natura partikolari tiegħu, tali negozju jeħtieġ, għall-inqas, struttura xierqa, f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari r-riżorsi umani u tekniċi, bħal tagħmir informatiku, servers u software adattati.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub u matul is-seduta, il-kumpannija Pollakka sostniet li l-infrastruttura li hija tipprovdi lill-kumpannija Ċiprijotta ma tippermettix lil din tal-aħħar tirċievi u tuża, għall-finijiet tan-negozju tagħha, is-servizzi li huma fornuti lilha mill-imsemmija kumpannija Pollakka. Skont din tal-aħħar, ir-riżorsi umani u tekniċi għall-finijiet tan-negozju mwettaq mill-kumpannija Ċiprijotta, bħas-servers għall-informatika, is-software, is-servizz informatiku kif ukoll is-sistema sabiex jiġu konklużi kuntratti mal-konsumaturi u sabiex jiġi riċevut dħul mingħandhom, jinstabu barra mit-territorju Pollakk. Dawn iċ-ċirkustanzi ta’ fatt ma kinux ġew vverifikati fil-kuntest tal-proċeduri għall-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Issa, il-qorti nazzjonali għandha ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tivverifika tali elementi bil-għan li tevalwa jekk il-kumpannija Ċiprijotta għandhiex fil-Polonja riżorsi umani u tekniċi neċessarji li jippermettulha tirċievi provvisti ta’ servizzi fornuti mill-kumpannija Pollakka u li tużahom għall-ġestjoni u l-manutenzjoni tas-sit tal-internet ta’ bejgħ bl-irkant kif ukoll għall-ħruġ u l-kummerċjalizzazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>bids<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Jekk l-elementi fattwali allegati mill-kumpannija Pollakka jirriżultaw eżatti, il-qorti tar-rinviju b’hekk ikollha tikkonkludi li l-kumpannija Ċiprijotta ma għandhiex fil-Polonja stabbiliment fiss, peress li ma għandhiex l-infrastruttura neċessarja li tippermettilha tirċievi provvisti ta’ servizzi fornuti mill-kumpannija Pollakka u li tużahom għall-finijiet tan-negozju tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-fatt li l-attivitajiet ekonomiċi taż-żewġ kumpanniji, marbuta b’kuntratt ta’ kollaborazzjoni, jiffurmaw għaqda ekonomika u li r-riżultati tagħhom jibbenefikaw essenzjalment lil konsumaturi fil-Polonja ma huwiex rilevanti sabiex jiġi determinat jekk il-kumpannija Ċiprijotta għandhiex stabbiliment fiss fil-Polonja. Hekk kif ġustament sostniet il-kumpannija Pollakka, il-Gvern Ċiprijott kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, għandhom fil-fatt jiddistingwu l-provvisti ta’ servizzi fornuti mill-kumpannija Pollakka lill-kumpannija Ċiprijotta minn dawk li din tforni lill-konsumaturi fil-Polonja. Huma provvista ta’ servizzi distinti li huma suġġetti għal skemi tal-VAT differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, għandha tingħata risposta għad-domanda preliminari li l-ewwel persuna taxxabbli li tkun stabbiliet il-post tan-negozju tagħha fi Stat Membru, li tibbenefika minn servizzi fornuti minn tieni persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor, għandha tkun ikkunsidrata bħala li għandha fi Stat Membru ieħor <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>stabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, bil-għan tal-istabbiliment tal-post fejn jiġu ntaxxati dawn is-servizzi, jekk dan l-istabbiliment huwa kkaratterizzat minn grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu li jirċievi u juża s-servizzi li huma fornuti lilu għall-finijiet tan-negozju tiegħu, li għandu jiġi stabbilit mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel persuna taxxabbli li tkun stabbiliet il-post tan-negozju tagħha fi Stat Membru, li tibbenefika minn servizzi fornuti minn tieni persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor, għandha tkun ikkunsidrata bħala li għandha fi Stat Membru ieħor <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>stabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE, tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, bil-għan tal-istabbiliment tal-post fejn jiġu ntaxxati dawn is-servizzi, jekk dan l-istabbiliment huwa kkaratterizzat minn grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu li jirċievi u juża s-servizzi li huma fornuti lilu għall-finijiet tan-negozju tiegħu, li għandu jiġi stabbilit mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>