<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-836/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0836</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:415">EU:C:2021:415</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Saugmandsgaard Øe – Kawża C‑836/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Toropet</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Saugmandsgaard Øe</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20210520">20 ta’ Mejju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑836/19</HT></P><P>Toropet Ltd.</P><P>vs</P><P>Landkreis Greiz</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gera (il-Qorti Amministrattiva ta’ Gera, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Saħħa pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Regoli sanitarji applikabbli għall-prodotti sekondarji tal-annimali mhux intiżi għall-konsum mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1069/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni li tirrifletti l‑livell ta’ riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10(a) u (f)</KEYWORD><KEYWORD>Materjal tal-kategorija 3</KEYWORD><KEYWORD>Dekompożizzjoni, deterjorament u preżenza ta’ korpi barranin fil-materjal</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ riklassifikazzjoni bħala materjal tal‑kategorija 2</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9(h)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ kontroll tal‑operaturi mill-ġbir sal-użu jew ir-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gera (il-Qorti Amministrattiva ta’ Gera, il-Ġermanja) tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="300" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 300, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> fil-qasam tal-prodotti sekondarji tal-annimali, b’mod iktar partikolari r-riklassifikazzjoni f’kategorija inferjuri ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kategorija li fiha kienu ġew ikklassifikati inizjalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-kumpannija Toropet u l-Landkreis Greiz (id-Distrett ta’ Greiz, il-Ġermanja) li tikkonċerna d-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li rriklassifika u mbagħad elimina ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-kategorija 3 għall-kategorija 2 minħabba li kienu nbidlu minħabba l-moffa, it-taħsir u minħabba korpi barranin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti iktar ’il quddiem, jiena tal-fehma li l-prodotti sekondarji tal-annimali inizjalment ikklassifikati fil-kategorija 3, li ma jibqgħux jissodisfaw il-livell ta’ riskju assoċjat ma’ din il-kategorija wara dekompożizzjoni jew deterjorament, jew minħabba taħlit ma’ korpi barranin, għandhom ikunu s-suġġett ta’ riklassifikazzjoni f’kategorija inferjuri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Il-kategoriji inferjuri huma l-kategoriji 1 u 2, li jinkludu l-materjal imsejjaħ ta’ riskju għoli u huma suġġetti għal rekwiżiti iktar stretti. Jirriżulta mid-deċiżjoni ta’ rinviju li l-materjal inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jinkludix materjal tal-kategorija 1, dak li jippreżenta l-ogħla riskji, b’mod li r-riklassifikazzjoni saret għall-kategorija 2.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1069/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-premessi 11, 29 u 38 tar-Regolament Nru 1069/2009 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(11)</NO.P><TXT>[…] L-għanijiet ewlenin tar-regoli dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali, jiġifieri l-kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali u l-ħarsien tas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf għandhom jiġu stipulati b’mod ċar. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom iwasslu biex jinkisbu dawn l-għanijiet.</TXT></NP></ITEM></CONSID><P>[…]</P><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(29)</NO.P><TXT>Il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati għandhom jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji li jirriflettu l-grad ta’ riskju li huma joħolqu għas-saħħa pubblika u tal-annimali, fuq il-bażi ta’ evalwazzjonijiet tar-riskju. Filwaqt li l-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati li joħolqu riskju għoli għandhom jintużaw biss għal għanijiet barra mill-katina tal-għalf, l-użu tagħhom li joħloq riskju anqas għandu jkun permess taħt kondizzjonijiet sikuri.</TXT></NP></ITEM></CONSID><P>[…]</P><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(38)</NO.P><TXT>Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jintużaw biss jekk ir-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali jiġu mminimizzati fil-kors tal-ipproċessar tagħhom u tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mmanifatturati fuq il-bażi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali. Jekk din l-għażla ma tkunx disponibbli, il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jintremew taħt kondizzjonijiet sikuri. […] B’mod ġenerali, l-għażliet għall-kategorija ta’ riskju ogħla għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-kategoriji ta’ riskju iktar baxx, sakemm ma jkunux japplikaw konsiderazzjoni speċjali minħabba r-riskju marbut ma’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP></ITEM></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom li huma esklużi mill-konsum mill-bniedem taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja; […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Punt tat-tluq fil-katina tal-manifattura u obbligi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Malli l-operaturi jiġġeneraw prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jidentifikawhom u jiżguraw li jindirizzawhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament. (il-punt tat-tluq).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi, waqt l-istadji kollha ta’ ġbir, transport, immaniġġar, trattament, trasformazzjoni, ipproċessar, ħażna, tqegħid fis-suq, distribuzzjoni, użu u rimi fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li huma relevanti għall-attivitajiet tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kategorizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-prodotti sekondarji mill-annimali għandhom jiġu kkategorizzati f’kategoriji speċifiċi li jirriflettu l-livell ta’ riskju għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġej minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali, skont il-listi stabbiliti fl-Artikoli 8, 9 u 10.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1069/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Materjal tal-Kategorija 2<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, fil-punti (d) u (h) tiegħu jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-materjal tal-Kategorija 2 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>prodotti li ġejjin mill-annimali li ġew dikjarati mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem minħabba l-preżenza ta’ residwi fiżiċi f’dawn il-prodotti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>prodotti sekondarji mill-annimali għajr materjal tal-Kategorija 1 jew materjal tal-Kategorija 3.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Materjal tal-Kategorija 3<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi, fil-punti (a) u (f) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-materjal tal-Kategorija 3 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>karkassi u partijiet minn annimali maqtula jew, fil-każ ta’ kaċċa, iġsma jew partijiet minn annimali maqtula, u li huma xierqa għall-konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja, iżda mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>prodotti li joriġinaw mill-annimali, jew oġġetti tal-ikel li jkun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali, li m’għadhomx maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ difetti ta’ fabbrikazzjoni jew pakkeġġjar jew difetti oħra li ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin jew l-annimali;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Rimi u użu ta’ materjal tal-Kategorija 3<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-materjal tal-Kategorija 3 għandu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jintrema bħala skart permezz ta’ inċenerazzjoni, b’ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jintrema jew jiġi rkuprat permezz ta’ ko-inċenerazzjoni, b’ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan, jekk il-materjal tal-Kategorija 1 ikun skart;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jintrema f’radam awtorizzat, wara li jiġi pproċessat;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jiġi pproċessat, ħlief fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 3 li jkun inbidel minħabba dekompożizzjoni jew taħsir b’mod li, permezz ta’ dak il-prodott, jippreżenta riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) tal-istess regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Jistgħu jiġu stipulati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima marbuta ma’ dan li ġej:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT>il-livell ta’ riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward ta’ ċertu materjal li tqies inaċċettabbli kif imsemmi fl-Artikolu 14(d).</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 1069/2009 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti jew l-impjanti fil-kontroll tagħhom li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a) u (h):</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>ikollhom arranġamenti xierqa għat-tindif u għad-diżinfettar tal-kontejners u l-vetturi fil-post biex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni,<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Kontrolli tal-operaturi stess<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-operaturi għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jibqgħu jagħmlu l-kontrolli tagħhom stess fl-istabbilimenti jew l-impjanti tagħhom biex jivverifikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandhom jiżguraw li prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati li jkunu ssuspettati jew misjuba li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament ma joħorġu mill-istabbiliment jew l-impjant, sakemm ma jkunux destinati għar-rimi.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-punt 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-<DATE ISO="20110225">25 ta’ Frar 2011</DATE> li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="054" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 54, p. 1</REF.DOC.OJ>”).</P></NOTE> jipprovdi kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Impjanti ta’ proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 3 għandu jkollhom lesta installazzjoni biex ikun ivverifkat jekk ikunx hemm korpi barranin, bħal materjal ta’ ppakkjar jew bċejjeċ ta’ metall, fil-prodotti sekondarji tal-annimali jew fi prodotti derivati, jekk ikunu materjali ta’ proċessar maħsuba biex jintużaw bħala għalf. Korpi barranin bħal dawn għandhom jitneħħew qabel jew wara l-proċessar.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 178/2002</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 178/2002<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-<DATE ISO="20020128">28 ta’ Jannar 2002</DATE> li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 327, p. 9</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="227" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 227, p. 5</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jipprovdi, fl-Artikolu 14(5):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>5. Biex jiġi stabbilit jekk l-ikel ikunx tajjeb għall-konsum uman, għandu jingħata kont ta’ jekk l-ikel ikunx aċċettabbli jew le għall-konsum uman skond l-użu maħsub tiegħu, minħabba raġunijiet ta’ kontaminazzjoni, sew b’materjal estraneju jew mod ieħor, jew minħabba putrifikazzjoni, deterjorament jew tħassir.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>It-Tierische Nebenprodukte-Beseitigungsgesetz (il-Liġi dwar ir-Rimi tal-Prodotti Sekondarji tal-Annimali) tal-<DATE ISO="20040125">25 ta’ Jannar 2004</DATE> (BGB1. 2004 I, p. 82), fil-verżjoni tagħha tal-<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE> (BGB1. 2016 I, 1966) (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>TierNebG<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), tipprovdi, fl-Artikolu 1 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Din il-liġi hija intiża li timplimenta r-Regolament [Nru 1069/2009] emendat l-aħħar permezz tar-Regolament [tal-Kunsill] (UE) Nru 1385/2013 [tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="86" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 354, p. 86</REF.DOC.OJ>), kif ukoll l-atti ġuridiċi tal-Komunità jew tal-Unjoni Ewropea li japplikaw b’mod dirett, adottati skont jew biex jeżegwixxu dan ir-regolament<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tat-TierNebG jipprovdi l-obbligu li jintremew ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mentri l-Artikolu 12 ta’ din tal-aħħar jirrigwarda l-kontroll mill-awtoritajiet kompetenti tal-osservanza tar-regoli nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam kopert mir-Regolament Nru 1069/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>It-Thüringer Ausführungsgesetz zum Tierische Nebenprodukte-Beseitigungsgesetz (il-Liġi tal-Land Thüringen li Tapplika l-Liġi Federali dwar ir-Rimi tal-Prodotti Sekondarji tal-Annimali) tal-<DATE ISO="20050610">10 ta’ Ġunju 2005</DATE> (Thür GVBl. 2005, p. 224) kif ukoll it-Thüringer Verordnung über die Einzugsbereiche nach dem Tierische Nebenprodukte-Beseitigungsgesetz (ir-Regolament tal-Land Thüringen dwar iż-Żoni ta’ Intervent adottat skont il-Liġi Federali dwar ir-Rimi tal-Prodotti Sekondarji tal-Annimali) tal-<DATE ISO="20051011">11 ta’ Ottubru 2005</DATE> (Thür GVBl. 2005, p. 355)<?PAGE NO="6"?> jistabbilixxu rispettivament dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-organi responsabbli mir-rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategoriji 1 u 2 u ż-żoni ta’ intervent li fihom dawn l-organi għandhom jirkupraw, jiġbru, jittrasportaw, jaħżnu, jittrattaw, jipproċessaw jew jarmu l-prodotti sekondarji ċċitati iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Toropet tikkontesta l-kompetenza tal-Landkreis Greiz għar-rimi tal-materjal inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Jeħtieġ li jiġi enfasizzat, f’dan ir-rigward, li d-domandi preliminari jirrigwardaw biss ir-riklassifikazzjoni tal-materjal inkwistjoni u mhux ir-rimi tiegħu minn din l-awtorità, kif jinsab previst fid-dritt Ġermaniż.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il‑Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-kumpannija Toropet tipproċessa u tikkummerċjalizza prodotti sekondarji tal-annimali fost l-oħrajn ma’ produtturi tal-għalf, riċiklaturi tax-xaħam tal-annimali u fabbriki tal-produzzjoni tal-bijogass. Hija topera fil-Ġermanja stabbiliment approvat skont ir-Regolament Nru 1069/2009 bħala stabbiliment intermedjarju għall-materjal tal-kategorija 3. Hija kienet irreġistrata wkoll bħala trasportatur ta’ prodotti sekondarji tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, waqt kontroll amministrattiv imwettaq f’dan l-istabbiliment intermedjarju, il-Landkreis Greiz ikkonstata l-preżenza ta’ moffa, ta’ taħsir u ta’ korpi barranin fi 38 kaxxa kbira (imsejħa b’mod iktar komuni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>palox<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) li kien fihom prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 3. Minħabba l-preżenza ta’ din il-moffa, taħsir u korpi barranin, il-Landkreis Greiz irriklassifika l-materjal fil-kategorija 2 u ordna r-rimi immedjat tat-38 palox permezz ta’ eżekuzzjoni forzata li twettqet fl-istess jum. L-ispejjeż marbuta ma’ dawn l-operazzjonijiet, fl-ammont ta’ EUR 2 346.17, ġew imposti fuq Toropet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Din l-ordni ġiet ikkonfermata permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180125">25 ta’ Jannar 2018</DATE>, li permezz tagħha l-Landkreis Greiz spjega li, minħabba d-difetti tal-moffa, tat-taħsir u tal-korpi barranin, il-materjal inkwistjoni ma setax jibqa’ jiġi kklassifikat fil-kategorija 3, iżda biss fil-kategorija 2. Issa, la Toropet u lanqas is-sieħeb kummerċjali tagħha, li kellu jkun responsabbli mill-ipproċessar ta’ dan il-materjal, ma kienu awtorizzati biex jaħdmu l-materjal tal-kategorija 2. Iktar minn hekk, fl-assenza ta’ kamra kiesħa separata, il-materjal inkwistjoni ma setax jinħażen fuq il-post sakemm tinstab soluzzjoni bonarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20181009">9 ta’ Ottubru 2018</DATE>, Toropet ippreżentat rikors quddiem il-Verwaltungsgericht Gera (il-Qorti Amministrattiva ta’ Gera) sabiex tikseb deċiżjoni dikjaratorja intiża għall-annullament tad-deċiżjoni amministrattiva tal-<DATE ISO="20180125">25 ta’ Jannar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-rikors tagħha, Toropet tikkritika lil-Landkreis Greiz li wettaq żball meta rriklassifika l-materjal inkwistjoni fil-kategorija 2 mingħajr ma għamel eżami xjentifiku. Hija tikkontesta l-fondatezza tal-evalwazzjoni tal-materjal inkwistjoni li skontha dan kien mar, tħassar jew immoffa. Toropet hija tal-fehma li l-kriterju użat mill-veterinarji u mil-Landkreis Greiz, jiġifieri dak tal-kommestibbiltà, li skontu l-prodotti jkunu xierqa għall-konsum mill-bniedem, imur lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1069/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Toropet tirrileva li jirriżulta mill-Artikolu 14(d) ta’ dan ir-regolament li d-dekompożizzjoni u d-deterjorament tal-prodotti sekondarji tal-annimali ma jiġġustifikawx riklassifikazzjoni f’kategorija inferjuri peress li skont l-Artikolu 14(b) ta’ dan ir-regolament ikun possibbli li jiġu rkuprati u mhux dejjem ikun meħtieġ ir-rimi. Iktar minn hekk, skont din il-kumpannija, il-prodotti sekondarji tal-annimali inkwistjoni setgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 10(f) tal-istess<?PAGE NO="7"?> regolament, peress li din id-dispożizzjoni teskludi biss prodotti li jippreżentaw riskji maġġuri kkawżati mill-mard tal-annimali. Issa, skont Toropet, il-laħam affettwat mill-moffa jew mit-taħsir ma jikkostitwixxix tali riskju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Din il-kumpannija ssostni, b’mod partikolari, li, peress li l-materjal tal-kategorija 3 ma huwiex intiż għall-ikel tal-bnedmin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Toropet tiċċita, f’dan ir-rigward, il-materjal tal-kategorija 3 imsemmi fl-Artikolu 10(h) (li jinkludi b’mod partikolari d-demm, il-plaċenta, is-suf u r-rix) u fl-Artikolu 10(p), (li jinkludi l-iskart mill-catering u l-fdalijiet tal-ikel), tar-Regolament Nru 1069/2009, li, skontha, jista’ jippreżenta riskji għas-saħħa u li l-klassifikazzjoni tiegħu tinżamm xorta waħda fil-kategorija 3.</P></NOTE>, il-fatt li l-materjal inkwistjoni jkun jew ma jkunx xieraq għall-konsum mill-bniedem ma huwiex rilevanti. Għal dak li jikkonċerna l-preżenza ta’ korpi barranin fil-materjal ikkonċernat, din ma tistax twassal għal riklassifikazzjoni, inkwantu tkun possibbli sempliċi separazzjoni mekkanika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-prodotti sekondarji tal-annimali inkwistjoni kienu jikkonċernaw prinċipalment il-materjal ikklassifikat inizjalment fil-kategorija 3 jew skont l-Artikolu 10(a) tar-Regolament Nru 1069/2009, li jkopri l-karkassi u partijiet minn annimali maqtula <HT TYPE="ITALIC">xierqa għall-konsum mill-bniedem</HT> iżda li ma humiex intiżi għal tali konsum, inkella skont l-Artikolu 10(f) ta’ dan ir-regolament li jkopri l-prodotti li joriġinaw mill-annimali, jew l-oġġetti tal-ikel li jkun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali, li ma <HT TYPE="ITALIC">għadhomx maħsuba għall-konsum mill-bniedem</HT> għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba raġunijiet <HT TYPE="ITALIC">li ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin jew għall-annimali</HT>. Il-prodotti sekondarji tal-annimali li jaqgħu taħt il-punt (a) kienu jinkludu l-abomasum jew il-widnejn. Dawk li jaqgħu taħt il-punt (f) kienu jirrigwardaw, b’mod partikolari, iz-zalzett bl-ikkapuljat jew in-nervituri taċ-ċanga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Dik il-qorti tinnota li d-dekompożizzjoni u d-deterjorament tal-materjal tal-kategorija 3 jrendu lil dan il-materjal, fil-prinċipju, mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem u jinvolvu riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Hija tistaqsi, konsegwentement, jekk tali tibdil għandux iwassal għal riklassifikazzjoni tal-materjal f’kategorija differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-għan prinċipali tar-Regolament Nru 1069/2009, kif jirriżulta mill-premessa 11 tiegħu kif ukoll mill-Artikolu 1 tiegħu, huwa li jiġu kkontrollati r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali u tkun protetta s-sikurezza tal-katina tal-ikel tal-bniedem u tal-annimali. Għaldaqstant, il-perikolożità ma hijiex limitata għas-saħħa tal-bniedem. L-Artikolu 14(d) ta’ dan ir-regolament jenfasizza wkoll li d-dekompożizzjoni u d-deterjorament jinvolvu riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni madankollu li l-Artikolu 14(d) tar-Regolament Nru 1069/2009 jista’ jopponi l-bdil sussegwenti tal-klassifikazzjoni inizjali, wara d-dekompożizzjoni jew id-deterjorament tal-materjal ikkonċernat. Fil-fatt, skontha, jista’ jiġi dedott minn din id-dispożizzjoni li d-dekompożizzjoni u d-deterjorament jaffettwaw, fil-prinċipju, mhux il-<HT TYPE="ITALIC">klassifikazzjoni</HT>, imma biss l-<HT TYPE="ITALIC">użu</HT> tal-materjal tal-kategorija 3. Skont dik il-qorti, għalkemm l-użu ta’ dan il-materjal għal skopijiet ta’ produzzjoni tal-għalf huwa eskluż skont l-Artikolu 14(d) ta’ dan ir-regolament, jidher, min-naħa l-oħra, li huwa possibbli li dan il-materjal jintuża għal skopijiet oħra, pereżempju billi jiġi rkuprat bil-koinċinerazzjoni, skont l-Artikolu 14(b) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(d) tar-Regolament Nru 1069/2009. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, il-materjal iddikjarat mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem minħabba l-preżenza ta’ korpi barranin għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija 2. Madankollu, jirriżulta mill-punt 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu I tal-Anness IV<?PAGE NO="8"?> tar-Regolament Nru 142/2011 li l-preżenza ta’ korpi barranin ma hijiex biżżejjed biex twassal għall-klassifikazzjoni fil-kategorija 2, peress li huwa possibbli li dawn tal-aħħar jitneħħew permezz ta’ installazzjonijiet li jippermettu li dawn jiġu skoperti, skont ir-regoli applikabbli għall-fabbriki tal-ipproċessar tal-materjal tal-kategorija 3. Iktar minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-prevenzjoni tar-riskju tal-preżenza ta’ korpi barranin hijiex rilevanti meta l-materjal tal-kategorija 3 ikun intiż mhux biex jiġi pproċessat f’għalf tal-annimali, imma biex jiġi inċinerat jew biex iservi għall-produzzjoni tal-bijodiżil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Gera (il-Qorti Amministrattiva ta’ Gera) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(a) tar-[Regolament Nru 1069/2009], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorizzazzjoni inizjali bħala materjal tal-kategorija 3 tintilef meta dan il-materjal ma jibqax xieraq għall-konsum mill-bniedem minħabba dekompożizzjoni jew ta’ deterjorament?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(f) tar-[Regolament Nru 1069/2009] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorizzazzjoni inizjali bħala materjal tal-kategorija 3 għal prodotti li joriġinaw mill-annimali jew għal ikel li jinkludi tali prodotti tintilef meta l-proċessi ta’ dekompożizzjoni jew ta’ deterjorament sussegwenti ta’ dan il-materjal ikunu ta’ riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 9(d) tar-[Regolament Nru 1069/2009] għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv fis-sens li l-materjal li tħallat ma’ korpi estranji bħal serratura [tal-injam] għandu jiġi kkategorizzat bħala materjal tal-kategorija 2 biss jekk ikun materjal li għandu jiġi pproċessat u li huwa intiż għall-għalf tal-annimali?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari, bid-data tal-<DATE ISO="20191114">14 ta’ Novembru 2019</DATE> ġiet irreġistrata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20191118">18 ta’ Novembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-Landkreis Greiz u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Dawn tal-aħħar, kif ukoll Toropet, wieġbu wkoll bil-miktub għad-domandi magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20201202">2 ta’ Diċembru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Permezz tat-tliet domandi preliminari tagħha, li jeħtieġ li jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk, essenzjalment, materjal li inizjalment kien ikklassifikat bħala materjal ta’ kategorija 3 fis-sens tal-Artikolu 10(a) u (f) tar-Regolament Nru 1069/2009 jitlifx il-benefiċċju ta’ din il-klassifikazzjoni wara dekompożizzjoni jew deterjorament (l-ewwel u t-tieni domanda) jew taħlit ma’ korpi barranin (it-tielet domanda) b’mod li jeħtieġ li jiġi rriklassifikat f’kategorija inferjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-klassifikazzjoni inizjali, jiġifieri mill-mument tal-ġbir, tal-prodotti sekondarji tal-annimali inkwistjoni fil-kategorija 3 ma hijiex ikkontestata. Min-naħa l-oħra, tqum il-kwistjoni dwar jekk jeżistix obbligu ta’ riklassifikazzjoni ta’ tali prodotti sekondarji tal-annimali li, <HT TYPE="ITALIC">sussegwentement fiċ-ċiklu ta’ ħajjithom</HT>, jippreżentaw difetti bħalma huma l-moffa, it-taħsir jew<?PAGE NO="9"?> il-korpi barranin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>B’mod komplementari, nosserva li, barra mit-tibdil inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tindika li parti mill-materjal tal-kategorija 3 ikkontrollat kienet tinkludi materjal tal-kategorija 2 fis-sens tal-Artikolu 9(a) tar-Regolament Nru 1069/2009. Dan it-tip ta’ taħlit (materjal tal-kategorija 2 u tal-kategorija 3) jaqa’ espressament taħt is-sistema assoċjata mal-kategorija l-iktar stretta, jiġifieri l-kategorija 2 skont l-Artikolu 9(g) ta’ dan ir-regolament.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Filwaqt li Toropet issostni li l-klassifikazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jaqgħu taħt l-Artikolu 10(a) u (f) tar-Regolament Nru 1069/2009 u li jippreżentaw tali difetti għandha tinżamm fil-kategorija 3, il-Landkreis Greiz u l-Kummissjoni jikkunsidraw, min-naħa l-oħra, li r-riklassifikazzjoni ta’ dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali fil-kategorija 2 hija obbligatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-bqija ta’ dawn il-konklużjonijiet ser nagħmel, qabelxejn, xi osservazzjonijiet dwar il-każ partikolari tat-taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali ma’ korpi barranin (Taqsima A) u, imbagħad, ser nispjega għaliex, fil-fehma tiegħi, jeżisti obbligu ta’ riklassifikazzjoni fil-kategorija 2 ta’ materjal bħalma huwa dak tal-kawża prinċipali meta dan ma jibqax jikkorrispondi mal-livell ta’ riskju assoċjat mal-klassifikazzjoni inizjali tiegħu (Taqsima B), billi nibbaża ruħi fuq analiżi tad-dispożizzjonijiet segwenti tar-Regolament Nru 1069/2009, jiġifieri l-Artikoli 7 sa 10 meħudin fl-intier tagħhom, l-Artikolu 9(h), l-Artikolu 10(a) u (f), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 14(d).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari: dwar l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1069/2009 għat-taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ korpi barranin</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Jidhirli li huwa utli li jitfakkar, b’mod preliminari, it-tagħlim tas-sentenza reċenti P. F. Kamstra Recycling <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE> (C‑21/19 sa C‑23/19, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kamstra Recycling<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:636">EU:C:2020:636</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> qabel ma jinstiltu l-konsegwenzi minnha fir-rigward tan-natura tal-korpi barranin u tal-effett ta’ dawn tal-aħħar fuq il-klassifikazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali li magħhom jitħalltu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Irrid infakkar li l-kawżi li wasslu għal dik is-sentenza kienu jikkonċernaw taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jaqgħu taħt il-kategorija 3 fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1069/2009, ma’ skart mhux perikoluż fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE> dwar vjeġġi ta’ skart (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="190" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 190, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="334" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 334, p. 46</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Il-kwistjoni kienet tirrigwarda l-punt dwar jekk it-trasferiment ta’ dan it-taħlit kienx suġġett għar-Regolament Nru 1069/2009 jew għar-Regolament Nru 1013/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, wara analiżi tax-xogħol preparatorju li jirrigwarda ir-Regolament Nru 1069/2009 u tal-għan li għandu jintlaħaq minn dan ir-regolament, kif ukoll tal-istruttura tad-dispożizzjonijiet tiegħu, li l-imsemmi taħlit u, għaldaqstant, it-trasferiment tiegħu kienu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-aħħar regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza Kamstra Recycling, punti 52, 53 u 55.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Nenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Regolament Nru 1069/2009 ikopri t-taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali ma’ skart mhux perikoluż, iżda hija ma ppronunzjatx ruħha dwar it-tip ta’ skart <HT TYPE="ITALIC">mhux perikoluż</HT> li huwa awtorizzat sabiex jitħallat ma’ prodotti sekondarji tal-annimali u lanqas fuq il-kategorija ta’ materjal li lilu seta’ jappartjeni t-taħlit ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li t-taħlit inkwistjoni fil-kawża prinċipali fih korpi barranin li, minħabba n-natura tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Skont l-informazzjoni pprovduta mil-Landkreis Greiz lill-qorti tar-rinviju, dawn il-korpi barranin huma kkostitwiti minn residwi ta’ kisi jew tal-ħitan, komponenti ta’ frak tal-plastik u residwi tal-injam. Jirriżulta mit-tweġiba ta’ Toropet għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li ċerti korpi barranin kienu, barra milli residwi ta’ kisi, serratura tal-injam u għadam tal-annimali li kienu diġà integrati mal-materjal mill-bidu.</P></NOTE>, kienu ġew ikkunsidrati bħala skart mhux perikoluż fis-sens tar-Regolament Nru 1013/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan it-taħlit huwa, fil-prinċipju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>L-unika eċċezzjoni identifikata tikkonċerna t-taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mal-iskart perikoluż jew ikkontaminat minn tali skart (ara s-sentenza Kamstra Recycling, punt 50).</P></NOTE>, fid-dawl tas-sentenza Kamstra Recycling, suġġett għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1069/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Irrid madankollu niġbed l-attenzjoni fuq żewġ punti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, wieħed għandu jitlaq mill-premessa li skontha l-iskart mhux perikoluż fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari l-biċċiet ta’ kisi tal-ħitan, ma humiex korpi barranin li wieħed jista’ jneħħi faċilment, bħalma huwa materjal tal-ippakkjar tal-plastik jew bċejjeċ tal-metall fis-sens tal-punt 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu I tal-Anness IV tar-Regolament Nru 142/2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>L‑Anness IV tar-Regolament Nru 142/2011 japplika għall-fabbriki ta’ pproċessar ta’ materjal tal-kategorija 3, li r-riklassifikazzjoni tiegħu tibqa’, fil-prinċipju, intatta wara t-tneħħija tal-korpi barranin bħala huma ċ-ċrieki tal-imnieħer u t-tikketti tal-widnejn. Għaldaqstant, f’dan il-każ, ma tqumx il-kwistjoni tal-obbligu ta’ riklassifikazzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, nenfasizza li, għalkemm kull taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 3 ma’ skart mhux perikoluż jaqa’ taħt ir-Regolament Nru 1069/2009, tqum il-kwistjoni dwar jekk tali taħlit għandux ikun is-suġġett ta’ riklassifikazzjoni għal kategorija inferjuri, tal-inqas f’ċerti każijiet, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament. Din il-kwistjoni, li ma hijiex ittrattata fis-sentenza Kamstra Recycling<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ċertament, din il-kwistjoni kienet is-suġġett ta’ dibattitu waqt is-seduta għat-trattazzjoni fil-kawża li tat lok għal dik is-sentenza, madankollu, peress li d-domanda prinċipali kienet tirrigwarda l-interazzjoni bejn ir-Regolament Nru 1069/2009 u r-Regolament Nru 1013/2006, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja indikat fil-punt 44 tas-sentenza Kamstra Recycling, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>għall-finijiet […] tal-applikabbiltà tar-Regolament Nru 1069/2009, il-fatt li l-materjal ikkonċernat jagħmel parti mill-Kategorija 1, mill-Kategorija 2 jew mill-Kategorija 3 huwa irrilevanti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></NOTE>, hija fiċ-ċentru ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-obbligu ta’ riklassifikazzjoni f’kategorija inferjuri tal-materjal tal-kategorija 3 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>kkontaminat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> b’moffa, taħsir jew korpi barranin</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat li fir-Regolament Nru 1069/2009 ma teżisti ebda dispożizzjoni espressa li tikkonċerna r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>riklassifikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> għal kategorija inferjuri ta’ materjal li kien inizjalment ikklassifikat fil-kategorija 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Kif ser nuri fil-bqija ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-obbligu ta’ riklassifikazzjoni li nipproponi josserva l-loġika inerenti għall-klassifikazzjoni tal-materjal tal-kategorija 3, li tiddependi mir-riskju għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali li jġibu magħhom il-korpi barranin u l-bdil minħabba moffa u taħsir tal-prodotti sekondarji tal-annimali kkonċernati. Ser nuri wkoll li din l-evalwazzjoni tar-riskju tapplika f’kull mument tal-ħajja ta’ prodott sekondarju tal-annimali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-klassifikazzjoni tal-materjal f’kategoriji skont il-livell ta’ riskju tiegħu (Artikoli 7 sa 10 tar-Regolament Nru 1069/2009)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>It-Taqsima 4 tal-Kapitolu I tat-Titolu I tar-Regolament Nru 1069/2009, li tinkludi l-Artikoli 7 sa 10, hija ddedikata għall-klassifikazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali u tal-prodotti dderivati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament li jirregola l-klassifikazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali, dawn tal-aħħar huma kklassifikati f’kategoriji speċifiċi skont il-livell ta’ riskju li jippreżentaw għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi għaldaqstant żewġ kriterji rilevanti li huma marbutin bejniethom għall-finijiet tal-klassifikazzjoni: il-kategoriji speċifiċi u l-livell ta’ riskju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-kategorizzazzjoni, il-prodotti sekondarji tal-annimali li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1069/2009 huma kklassifikati f’waħda mit-tliet kategoriji previsti mill-Artikoli 8, 9 u 10 ta’ dan ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Din il-klassifikazzjoni f’kategoriji tifforma parti mill-obbligi li għandhom l-operaturi li jiġbru u jidentifikaw il-prodotti sekondarji tal-annimali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>b’kondizzjonijiet li jilqgħu minn qabel kontra riskji għas-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 1069/2009.</P></NOTE> li jkopru, rispettivament, il-listi tal-materjal tal-kategorija 1, 2 u 3. Din il-klassifikazzjoni ma hija suġġetta għal ebda deroga, peress li l-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom neċessarjament jidħlu f’waħda minn dawn it-tliet kategoriji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara wkoll l-aħħar sentenza tal-punt 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-livell tar-riskju, dan jikkostitwixxi l-uniku kriterju li jiddistingwi t-tliet kategoriji fis-sens li l-materjal tal-kategorija 3 huwa materjal meqjus ta’ riskju baxx<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190523">23 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>ReFood</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑634/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:443">EU:C:2019:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li tindika l-materjali tal-kategorija 3 bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>inqas perikoluż<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</P></NOTE> filwaqt li l-materjal tal-kategoriji 1 u 2 huwa materjal ta’ riskju għoli għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali, peress li l-materjal tal-kategorija 1 huwa dak li jippreżenta l-ogħla riskju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Inżid li l-premessi 8 u 29 tar-Regolament Nru 1069/2009 jirreferu għall-klassifikazzjoni skont il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>grad ta’ riskju<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</P></NOTE>. Huwa abbażi ta’ evalwazzjoni ta’ dawn ir-riskji li l-leġiżlatur stabbilixxa lista ddettaljata ta’ materjal fi ħdan kull kategorija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li dan il-livell ta’ riskju li fuqu tiddependi l-klassifikazzjoni fil-kategoriji 1, 2 u 3 jikkostitwixxi wkoll il-kriterju rilevanti għall-użu finali tal-prodotti sekondarji tal-annimali. Fil-fatt, ir-Regolament Nru 1069/2009 stabbilixxa fl-Artikoli 12, 13 u 14 tiegħu, moqrija fid-dawl tal-premessa 38 tiegħu, listi tal-użu u tar-rimi <HT TYPE="ITALIC">possibbli għal kull kategorija</HT> ta’ materjal kif ukoll ir-regoli applikabbli għal kull waħda minnhom sabiex dan il-livell ta’ riskju jitnaqqas għall-minimu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-possibbiltajiet tal-użu u tar-rimi applikabbli għal kategorija b’riskju għoli jestendu ruħhom ukoll għall-materjal ta’ riskju baxx<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan is-sens, l-aħħar sentenza tal-premessa 38 tar-Regolament Nru 1069/2009. <HT TYPE="ITALIC">A contrario</HT>, dan ifisser, fil-fehma tiegħi, li l-użi speċifikament previsti għall-kategorija ta’ riskju baxx, jiġifieri l-kategorija 3, bħalma huma dawk imniżżla fl-Artikolu 14(d) tar-Regolament Nru 1069/2009, ma jistgħux ikunu applikabbli għall-kategoriji ta’ riskju għoli, jiġifieri l-kategoriji 1 u 2.</P></NOTE>. Dawn l-użi u rimi huma suġġetti madankollu għal regoli differenti u spiss anki iktar restrittivi skont il-kategorija li fiha jkun ikklassifikat il-materjal<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, pereżempju, il-konverżjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali f’kompost jew f’bijogass li huwa użu possibbli kemm għall-materjal tal-kategorija 2 u għall-materjal tal-kategorija 3. Madankollu, ir-regoli għal dan l-użu fil-kategorija 2 huma iktar restrittivi milli għall-kategorija 3 inkwantu l-materjal irid ikun ġie sterilizzat taħt pressa qabel ma jiġi ttrasformat fil-kuntest ta’ dan l-użu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Din il-klassifikazzjoni skont ir-riskju ssib ukoll ġustifikazzjoni fil-premessa 29 tar-Regolament Nru 1069/2009, li skontha l-prodotti sekondarji tal-annimali meqjusa bħala ta’ riskju għoli ma għandhomx jintużaw fil-katina tal-għalf tal-annimali, filwaqt li l-użu ta’ materjal li jippreżenta riskju baxx għandu jiġi awtorizzat taħt ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Nikkonstata, f’dan ir-rigward, li l-listi tal-materjal tal-kategoriji 1 u 3 huma ta’ natura eżawrjenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 1069/2009 jipprovdi li l-listi tal-materjal tal-kategoriji 1, 2 u 3 jistgħu jinbidlu wara evalwazzjoni tar-riskji fid-dawl tal-progress tax-xjenza.</P></NOTE>. Għaldaqstant, huma għandhom jiġu interpretati b’mod strett sa fejn, minn naħa, jinkludu biss il-materjal li huma jsemmu espressament u, min-naħa l-oħra, dan il-materjal għandu josserva, kif spjegajt qabel, il-livell ta’ riskju marbut mal-kategorija kkonċernata. Din in-natura eżawrjenti tista’ tkun dedotta mill-eżistenza tas-subkategorija msemmija fl-Artikolu 9(h) tar-Regolament Nru 1069/2009, li tiġbor, fi ħdan il-kategorija 2, il-materjal li la jaqa’ taħt il-kategorija 1 u lanqas taħt il-kategorija 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Issa, jeżistu każijiet fejn difetti bħalma huma dawk marbuta mal-preżenza ta’ moffa, ta’ taħsir jew ta’ korpi barranin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Nenfasizza li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-prodotti sekondarji tal-annimali kkonċernati ġewx fil-fatt affettwati mill-preżenza ta’ moffa, ta’ taħsir u ta’ korpi barranin bħalma huma l-biċċiet tal-kisi tal-ħitan jew is-serratura tal-injam.</P></NOTE> jistgħu jbiddlu l-livell ta’ riskju tal-materjal li huma jkunu affettwaw<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Nenfasizza li l-preżenza ta’ moffa ma twassalx neċessarjament għal tali tibdil; trid tkun moffa li tinvolvi riskju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>mhux aċċettabbli<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għas-saħħa pubblika u tal-annimali li jien ser nelabora fil-punt 70 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Jekk dan ikun il-każ, <HT TYPE="ITALIC">bdil fil-livell ta’ riskju</HT> jwassal, fil-fehma tiegħi, għal <HT TYPE="ITALIC">bdil fil-klassifikazzjoni</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ tilwima bħalma hija dik tal-kawża prinċipali, jeħtieġ għaldaqstant li jiġi stabbilit jekk korpi barranin, bħalma huma l-biċċiet ta’ kisi tal-ħitan jew is-serratura tal-injam, kif ukoll il-moffa u t-taħsir humiex tali li jbiddlu l-livell ta’ riskju li għandu l-materjal ikklassifikat inizjalment bħala materjal tal-kategorija 3, fis-sens tal-Artikolu 10(a) u (f) tar-Regolament Nru 1069/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ir-rekwiżiti marbutin mal-livell ta’ riskju jistgħu jkunu differenti fi ħdan l-istess kategorija. Ser insemmi l-modalitajiet ta’ evalwazzjoni tar-riskju u r-rekwiżiti marbutin mal-materjal tal-kategorija 3, b’mod partikolari dawk imsemmija f’dan l-Artikolu 10(a) u (f) tar-Regolament Nru 1069/2009, li huma s-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali fis-subtaqsima 3 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Jekk tali materjal ma jistax jibqa’ jiġi kklassifikat fil-kategorija 3 li fiha dan ġie kklassifikat inizjalment minħabba li jippreżenta riskju ogħla u minħabba li r-rekwiżiti li għandhom jiġu osservati għal din il-kategorija ma humiex issodisfatti, f’dan il-każ, jeħtieġ li wieħed ifittex kategorija li tista’ tkopri dan il-materjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ikkontaminat<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Kif nispjega fis-subtaqsima li ġejja, din il-kategorija ma hijiex ħlief il-kategorija 2 li tirriżulta prinċipalment mis-subkategorija residwali msemmija fl-Artikolu 9(h) tar-Regolament Nru 1069/2009.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ subkategorija awtomatika (Artikolu 9(h)) tar‑Regolament Nru 1069/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Kif nindika fil-punt 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet, b’kuntrast mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament Nru 1069/2009 li jistabbilixxu lista eżawrjenti ta’ materjal li jaqa’ rispettivament taħt il-kategoriji 1 u 3, l-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta’ materjal tal-kategorija 2 skont ma jistipula fil-punt (h) tiegħu. Din is-subkategorija tinkludi b’mod awtomatiku, konformement mal-formulazzjoni tagħha, il-prodotti sekondarji tal-annimali għajr il-materjal ta’ kategorija 1 jew 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Jeħtieġ, barra minn hekk, għall-fini ta’ prekawzjoni, li tiġi applikata din il-klassifikazzjoni awtomatika, hekk kif jirriżulta mill-aħħar sentenza tal-premessa 35 tar-Regolament Nru 1069/2009, għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>xi prodotti sekondarji tal-annimali oħrajn li mhumiex imniżżla taħt waħda mit-tliet kategoriji<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. L-Artikolu 9(h) ta’ dan ir-regolament għandu, fid-dawl ta’ din l-espressjoni, jiġi interpretat b’mod wiesa’ fis-sens li jkopri kull prodott sekondarju tal-annimali li ma huwiex speċifikament ikklassifikat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, f’dan is-sens, il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ippreżentata fl-<DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE> (KUMM (2008) 345 finali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Proposta għal Regolament Nru 1069/2009<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, punt 6(ii) tal-espożizzjoni tal-motivi).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eżistenza ta’ din is-subkategorija awtomatika tesprimi, fil-fehma tiegħi, l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jiżgura li ebda prodott sekondarju tal-annimali ma jkun suġġett għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>lakuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li tikkonċerna l-klassifikazzjoni tiegħu, b’mod li l-materjal inizjalment ikklassifikat fil-kategorija 3, li ma jinvolvix materjal tal-kategorija 1, iżda li ma jistax jew ma jistax jibqa’ jiġi kklassifikat bħala materjal tal-kategorija 3 minħabba l-livell ta’ riskju li dan jippreżenta jiġi, <HT TYPE="ITALIC">b’mod awtomatiku</HT>, ikklassifikat bħala materjal tal-kategorija 2 fis-sens tal-Artikolu 9(h) tar-Regolament Nru 1069/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din l-aħħar dispożizzjoni għandha tapplika għall-prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 3, mibdulin minħabba l-moffa, it-taħsir jew b’korpi barranin, li, filwaqt li ma jkunx fihom materjal tal-kategorija 1, jippreżentaw livell ta’ riskju għoli wisq sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-materjal tal-kategorija 3<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Fuq dan il-punt, jidhirli li huwa utli li nindika li l-punt 64 ta’ dawn il-konklużjonijiet jikkwalifika l-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punt 97, b’mod partikolari fl-aħħar sentenza, tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>P. F. Kamstra Recycling <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑21/19 sa C‑23/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:226">EU:C:2020:226</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fis-sens li meta t-tibdil tal-prodotti sekondarji kkonċernati jżid il-livell ta’ riskju tagħhom, il-kategorija 2, jew anki l-kategorija 1, għandhom japplikaw. Għaldaqstant, kull taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 3 ma’ skart mhux perikoluż ma għandux, fil-fehma tiegħi u b’kuntrast ma’ dak li l-Kummissjoni tidher li tissuġġerixxi, jiġi kklassifikat awtomatikament fil-kategorija 2. Jeħtieġ dejjem li jiġi analizzat il-livell ta’ riskju li joħloq it-taħlit mal-iskart mhux perikoluż. Jidhirli li r-Regolament Nru 1069/2009 ma jipprekludix li ċertu taħlit li jirriżulta, pereżempju, minn prodotti mhux mibjugħa mis-supermarkits għal raġunijiet li ma humiex sanitarji li jkun fihom prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 3 bħalma huma kontenituri tal-laħam jew jogurts imħallta ma’ frott jew ħaxix jistgħu jibqgħu kklassifikati fil-kategorija 3, jekk huma ma jinvolvux riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Liema huma għaldaqstant ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-materjal tal-kategorija 3 imsemmija fl-Artikolu 10(a) u (f) tar-Regolament Nru 1069/2009 li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom għandu jwassal għal din id-deklassifikazzjoni f’kategorija 2 b’mod awtomatiku?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-livell ta’ riskju rilevanti fid-dawl tar-rekwiżiti sanitarji previsti fl‑Artikolu 10(a) u (f) tar-Regolament Nru 1069/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1069/2009 jistabbilixxi lista eżawrjenti tal-materjal li jaqa’ taħt il-kategorija 3<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-punt 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Jirriżulta minn din il-lista li l-materjal ta’ din il-kategorija jinkludi biss prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn annimali b’saħħithom meqjusa tajbin għall-qtil wara spezzjoni <HT TYPE="ITALIC">ante mortem</HT> jew, tal-inqas, prodotti sekondarji tal-annimali li ma jkunu qegħdin jgħaddu ebda marda li tista’ tiġi trażmessa lill-bniedem jew lill-annimal<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Is-sittax‑il subkategorija msemmija fl-Artikolu 10(a) sa (p) tar-Regolament Nru 1069/2009 isemmu, b’mod partikolari, l-annimali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>xierqa għall-konsum mill-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, prodotti jew prodotti sekondarji li ma juru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ebda sinjal ta’ mard li jittieħed<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin jew l-annimali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</P></NOTE>. Huwa biss dan il-materjal li jista’ jiġi pproċessat għall-produzzjoni tal-għalf<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Permezz ta’ deroga, l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1069/2009 jipprevedi l-użu ta’ materjal tal-kategorija 2 għall-għalf ta’ ċerti annimali, taħt kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(a) ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi li taħt din il-kategorija jaqgħu il-karkassi u l-partijiet minn annimali maqtula, li huma xierqa għall-konsum mill-bniedem iżda li ma humiex maħsuba għal tali konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali. Il-livell ta’ riskju rilevanti ta’ dan il-materjal qiegħed għaldaqstant fir-rekwiżit li jkun <HT TYPE="ITALIC">xieraq għall-konsum mill-bniedem</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>F’dan ir-rigward, l-argument ta’ Toropet imsemmi fil-punt 24 ta’ dawn il-konklużjonijiet huwa irrilevanti. Fil-fatt, konformement mad-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>prodotti sekondarji mill-annimali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> stabbilita fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1069/2009, il-prodotti sekondarji kollha tal-annimali huma finalment mhux iddestinati għall-konsum mill-bniedem. Min-naħa l-oħra, il-kriterju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>xieraq għall-konsum mill-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> huwa rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali fil-kategorija 3 u li jaqgħu taħt l-Artikolu 10(a) ta’ dan ir-regolament.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(f) tal-imsemmi regolament jikkonċerna l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li ma għadhomx maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ difetti li ma jippreżentawx <HT TYPE="ITALIC">riskju għall-bnedmin jew għall-annimali</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>B’kuntrast ma’ dak li jipprovdi l-Artikolu 10(a) tar-Regolament Nru 1069/2009, dawn il-prodotti sekondarji kienu inizjalment iddestinati għall-konsum mill-bniedem. Dawn huma, b’mod partikolari, prodotti tal-ikel qodma, jiġifieri prodotti li ġejjin mill-annimali <HT TYPE="ITALIC">xierqa għall-konsum mill-bniedem</HT> iżda li ġew irtirati mid-distribuzzjoni minħabba li ma setgħux ikollhom użu kummerċjali (pereżempju, minħabba data ta’ skadenza għall-konsum meqjusa qasira wisq, minħabba difett fl-ittikkettjar jew fl-imballaġġ, jew ukoll minħabba preżentazzjoni ħażina).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 178/2002 jipprovdina b’ċerti indizji għall-finijiet tad-determinazzjoni tan-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>xierqa għall-konsum mill-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li tikkonċerna l-prodotti tal-ikel. Fil-fatt, l-Artikolu 14(5) jipprovdi li prodott tal-ikel li ma huwiex tajjeb għall-konsum mill-bniedem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[ma j]kunx aċċettabbli<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għal tali konsum minħabba raġunijiet ta’ kontaminazzjoni, sew b’materjal estern jew mod ieħor, jew minħabba putrifikazzjoni, deterjorament jew tħassir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>L-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>mhux aċċettabbli<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, użat fl-Artikolu 14(d) tar-Regolament Nru 1069/2009 sabiex jikklassifika l-livell ta’ riskju għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali tal-materjal tal-kategorija 3 maħsub li jservi għall-produzzjoni ta’ għalf jew ta’ fertilizzant organiku jew ta’ prodott li jtejjeb il-ħamrija u mibdul minħabba dekompożizzjoni jew deterjorament, għandu jinftiehem fl-istess sens<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>F’dan ir-rigward, nippreċiża li l-livell ta’ riskju li jippreżenta ċertu materjal għas-saħħa pubblika jew tal-annimali u li huwa kkunsidrat bħala mhux aċċettabbli, kif indikat fl-Artikolu 14(d) tar-Regolament Nru 1069/2009 jista’ jkun is-suġġett ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 15(1)(k) ta’ dan ir-regolament.</P></NOTE>. It-tibdil ta’ dan il-materjal permezz ta’ moffa jew taħsir, b’mod li l-imsemmi materjal ma jkunx xieraq għall-konsum mill-bniedem u/jew ma jkunx nieqes minn kull riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, għandu għaldaqstant iwassal lil tali prodotti sekondarji tal-annimali kklassifikati inizjalment fil-kategorija 3 skont l-Artikolu 10(a) u (f) tar-Regolament Nru 1069/2009, għal riklassifikazzjoni fil-kategorija 2, fis-sens tal-Artikolu 9(h) ta’ dan ir-regolament, inkwantu l-materjal ikkonċernat ma jinkludix materjal tal-kategorija 1.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-punt, imqajjem mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest tat-tielet domanda preliminari tagħha, dwar jekk minkejja l-preżenza ta’ korpi barranin li jrendu l-materjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>mhux [xieraq] għall-konsum mill-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> fis-sens tal-Artikolu 9(d) tar-Regolament Nru 1069/2009, il-materjal ikkonċernat jistax madankollu jibqa’ kklassifikat fil-kategorija 3, kemm minħabba li dawn il-korpi barranin jistgħu faċilment jitneħħew, kemm minħabba li dan il-materjal jista’ jintuża għal skopijiet li ma humiex għall-għalf tal-annimali, billi jiġu inċinerati jew ipproċessati f’bijogass, ser nagħmel ir-rimarki li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kif indikajt fil-punt 45 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena nibbaża ruħi fuq il-premessa li l-korpi barranin inkwistjoni ma jistgħux jitneħħew faċilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, ninnota li dan l-Artikolu 9(d) tar-Regolament Nru 1069/2009 ma jidhirx li ġie invokat mil-Landkreis Greiz u lanqas minn Toropet quddiem din tal-aħħar. Din id-dispożizzjoni li ssemmiet espressament fit-tielet domanda preliminari jidhirli madankollu li hija rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk il-korpi barranin bħalma huma l-biċċiet tal-kisi tal-ħitan jew is-serratura tal-injam biddlu l-prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 3, f’dan il-każ il-materjal li jaqa’ taħt l-Artikolu 10(a) u (f) tar-Regolament Nru 1069/2009, sal-punt li jirrenduh <HT TYPE="ITALIC">mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem</HT>, jidher li huwa inkonċepibbli li dan it-taħlit jinżamm fil-kategorija 3, filwaqt li jkollu l-istess karatteristiċi u l-istess livell ta’ riskju bħall-materjal tal-kategorija 2 imsemmi fl-Artikolu 9(d) ta’ dan ir-regolament. Għaldaqstant, dan ikollu jiġi kklassifikat f’din il-kategorija 2, kemm skont dan l-Artikolu 9(d), fir-rigward ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kif ukoll skont id-dispożizzjoni awtomatika msemmija fl-Artikolu 9(h) ta’ dan ir-regolament, fir-rigward ta’ prodotti sekondarji oħrajn tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Nenfasizza li ma hemmx raġuni biex jiġu ttrattati b’mod differenti, minn naħa, materjal li l-livell ta’ riskju tiegħu nbidel u jikkorrispondi llum għal dak tal-kategorija 2 iddefinita mir-Regolament Nru 1069/2009, u, min-naħa l-oħra, il-materjal li inizjalment kien ġie kklassifikat taħt din il-kategorija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Barra minn hekk, jekk materjal li finalment huwa identiku fir-rigward tar-riskju li jippreżenta, iżda vverifikat f’mumenti differenti fil-katina tal-prodotti sekondarji tal-annimali, seta’ jiġi kklassifikat b’mod differenti u jkun suġġett għal sistema iktar favorevoli jew iktar stretta, dan joħloq, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, inugwaljanza fit-trattament bejn l-operaturi ekonomiċi tas-settur tal-prodotti sekondarji tal-annimali.</P></NOTE>. L-istess loġika tapplika għall-materjal li sussegwentement kien is-suġġett ta’ dekompożizzjoni jew ta’ deterjorament u li inizjalment kien ikklassifikat fil-kategorija 2 konformement mal-Artikolu 9(h) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Inżid, fit-tielet lok, li l-fatt li l-operatur ikun fi ħsiebu jbiddel id-destinazzjoni inizjali tal-materjal billi jarmih jew billi jipproċessah f’bijogass flok jipproċessah f’għalf tal-annimali ma jistax iwassal biex materjal li, minħabba r-riskji tiegħu għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija 2 ikun jista’ jibqa’ jiġi kklassifikat fil-kategorija 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni opposta tmur kontra kemm il-loġika inerenti għall-klassifikazzjoni implimentata mil-leġiżlatur fl-Artikoli 8 sa 10 tar-Regolament Nru 1069/2009 li għandha bħala l-uniku kriterju rilevanti l-livell ta’ riskju, kif ukoll kontra wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ dan ir-regolament, jiġifieri l-kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali, imsemmi fil-premessa 11 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni li nipproponi hija kkorroborata mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1069/2009.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-obbligu tal-operaturi li jiżguraw li tinżamm il-klassifikazzjoni inizjali f’kull mument (Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1069/2009)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1069/2009 jimponi b’mod ċar l-obbligu għall-operaturi kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ir-Regolament Nru 1069/2009 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>operatur<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fl-Artikolu 3(11) tiegħu, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom taħt il-kontroll attwali tagħhom prodott sekondarju li ġej mill-annimali jew prodott derivat, inklużi t-trasportaturi, l-kummerċjanti u l-utenti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</P></NOTE> li jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>waqt l-istadji kollha ta’ ġbir, transport, immaniġġar, trattament, trasformazzjoni, ipproċessar, ħażna, tqegħid fis-suq, distribuzzjoni, użu u rimi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> ta’ dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni ta’ prodott sekondarju tal-annimali f’kategorija minnhom tapplika, fil-prinċipju, għall-operazzjonijiet kollha li għalihom ikun suġġett il-prodott sekondarju, mill-ġbir tiegħu sal-użu jew rimi tiegħu. Fil-fatt, kif diġà indikajt fil-punt 99 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda P. F. Kamstra Recycling <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑21/19 sa C‑23/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:226">EU:C:2020:226</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, ir-Regolament Nru 1069/2009 ma jipprevedix klassifikazzjoni differenti skont l-operazzjonijiet li għalihom il-materjal ikkonċernat huwa suġġett. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni ma tinbidilx sempliċement minħabba li l-prodotti sekondarji tal-annimali kkonċernati jinsabu fl-istadju tal-ġbir, tat-trasport jew ikunu intiżi li jintremew jew li jiġu rkuprati. Min-naħa l-oħra, il-klassifikazzjoni ma hijiex immutabbli jekk il-fattur ta’ riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali jiżdied wara ċertu tibdil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Nenfasizza f’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, kif indikajt ukoll f’dak il-punt 99, li l‑uniku kriterju rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali huwa l-grad ta’ riskju. Din il-konstatazzjoni hija kkorroborata mill-premessa 29 u mill-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1069/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara wkoll il-punti 50 u 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Jirriżulta għaldaqstant mill-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament, għal dak li jikkonċerna l-klassifikazzjoni tal-materjal, li l-operatur għandu jiżgura li, mill-ġbir tal-prodotti sekondarji tal-annimali fil-biċċerija sad-destinazzjoni finali tagħhom, bħalma huwa l-irkuprar jew ir-rimi tagħhom, l-imsemmija klassifikazzjoni tinżamm<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Dan ikun ifisser, fil-prinċipju, li l-ħajja ta’ prodott sekondarju tal-annimali li tibda minn klassifikazzjoni fil-kategorija 3 għandha, jekk ikunu osservati r-rekwiżiti kollha tar-Regolament Nru 1069/2009, b’mod partikolari dawk dwar ir-riskju, tispiċċa f’din il-kategorija.</P></NOTE>. Dan l-obbligu għandu jinftiehem fis-sens li ż-żamma tal-klassifikazzjoni f’kategorija tiddependi miż-żamma tal-livell ta’ riskju li huwa assoċjat magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din il-konklużjoni hija tali li tissalvagwardja l-effett utli tal-Artikolu 7(1), u tal-Artikoli 8 sa 10 tar-Regolament Nru 1069/2009 li jistabbilixxu l-listi tal-materjal għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ dawn tal-aħħar, moqrija fid-dawl tal-għan li għandu jintlaħaq minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imsemmi regolament huwa intiż, minn naħa, li jistabbilixxi qafas koerenti u komplet tar-regoli sanitarji u, min-naħa l-oħra, sabiex dawn ir-regoli jkunu proporzjonati għar-riskji sanitarji li tippreżenta l-manipulazzjoni ta’ dawn il-prodotti sekondarji minn operaturi fl-istadji differenti tal-katina. Dawn il-kunsiderazzjonijiet li joħorġu biċ-ċar mil-premessi 5 u 6 tal-istess regolament jenfasizzaw, fil-fehma tiegħi, li l-grad ta’ riskju huwa rilevanti f’kull ħin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li r-Regolament Nru 1069/2009 jimponi fuq l-operaturi sensiela ta’ obbligi b’rabta ma’ dak previst fl-Artikolu 4(2) tiegħu. Fil-fatt, dawn għandhom, fost l-oħrajn, jiżguraw li l-fabbriki jew l-istabbilimenti taħt il-kontroll tagħhom josservaw regoli ġenerali ta’ iġjene stretta sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ kontaminazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>L-operaturi, għal dan il-għan, għandhom jimplimentaw arranġamenti xierqa għat-tindif u għad-diżinfettar tal-kontejners u tal-vetturi tagħhom u jżommu l-apparat tagħhom f’kundizzjoni tajba (ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 25(1)(d) u (e) tar-Regolament Nru 1069/2009).</P></NOTE>. Bl-istess mod, kemm l-Istati Membri, permezz ta’ kontrolli uffiċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 1069/2009 kif ukoll l-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 142/2001.</P></NOTE>, kif ukoll l-operaturi nnifishom, bl-applikazzjoni ta’ awtokontrolli fl-istabbilimenti tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 1069/2009.</P></NOTE>, huma marbutin b’obbligu ta’ sorveljanza matul il-katina kollha tal-operazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet ta’ natura preventiva jispjegaw, fil-parti l-kbira tagħhom, għaliex tibdil bħalma huwa dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jkun ta’ natura eċċezzjonali. Barra minn hekk, fil-każ fejn iseħħ tali tibdil, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1069/2009 għandu jkollu rwol ewlieni biex iwassal għal riklassifikazzjoni. Fil-fatt, filwaqt li nfakkar li l-leġiżlatur ma pprevediex formalment ir-riklassifikazzjoni tal-materjal<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara l-punt 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, xi tkun ir-<HT TYPE="ITALIC">raison d’être</HT> ta’ din id-dispożizzjoni jekk ma setgħetx tittieħed inkunsiderazzjoni meta l-operaturi jaffaċċjaw tali tibdil li jimplika n-nuqqas ta’ osservanza tal-loġika tal-klassifikazzjoni stabbilita mil-leġiżlatur?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, filwaqt li ma kienx hemm dispożizzjoni simili fir-Regolament Nru 1774/2002<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20021003">3 ta’ Ottubru 2002</DATE> li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 37, p. 92, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 30, p. 3</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> li ppreċeda r-regolament attwali, il-leġiżlatur, fil-proposta tiegħu għal Regolament Nru 1069/2009, sabiex jiżviluppa metodu bbażat iktar fuq ir-riskji, xtaq isaħħaħ ir-responsabbiltà prinċipali tal-operaturi fir-rigward tar-rekwiżiti li dan ir-regolament jipprevedi fil-qasam tal-iġjene tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara l-Proposta għal Regolament Nru 1069/2009, punt 6(ii), tal-espożizzjoni tal-motivi.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-klassifikazzjoni inizjali ta’ materjal f’kategorija speċifika għandha dejjem tkun ikkontrollata u, jekk ikun hemm bżonn, aġġustata għar-riskju sanitarju li dawn il-materjali jistgħu jinvolvu minħabba, b’mod partikolari, kemm il-preżenza ta’ korpi barranin, kif ukoll dekompożizzjoni jew deterjorament, jew tat-tnejn li huma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet invokati minn Toropet u riprodotti mill-qorti tar-rinviju, dwar l-użu finali tal-prodotti sekondarji tal-annimali bħala materjal tal-kategorija 3, ma jxejnux tali konklużjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">5.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-nuqqas ta’ rilevanza tal-użu tal-materjal għall-finijiet tal‑klassifikazzjoni (Artikolu 14(d) tar-Regolament Nru 1069/2009)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssemmi, kemm għal materjal imħallat b’korpi barranin kif ukoll għal materjal li kien suġġett għal dekompożizzjoni jew għal deterjorament, l-argument li skontu l-benefiċċju tal-klassifikazzjoni inizjali tal-materjal fil-kategorija 3 ikun jista’ jinżamm fid-dawl tad-destinazzjoni finali tiegħu fil-kategorija 3 (irkuprar jew rimi) b’mod partikolari għal skopijiet<?PAGE NO="18"?> differenti minn dawk tal-produzzjoni ta’ għalf<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-punt 29 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Għaldaqstant, ir-restrizzjoni dwar l-assenza ta’ dekompożizzjoni jew ta’ deterjorament prevista fl-Artikolu 14(d) tar-Regolament Nru 1069/2009 hija imposta biss fil-kuntest tal-użu tal-materjal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Nammetti li tali interpretazzjoni, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, ma hijiex totalment infondata. Madankollu, l-istess bħall-Kummissjoni, jidhirli li din l-interpretazzjoni tmur kontra kemm l-għan kif ukoll l-istruttura tar-Regolament Nru 1069/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fil-fatt, din ir-restrizzjoni prevista fl-Artikolu 14(d) tar-Regolament Nru 1069/2009 ma tfissirx li materjal bħalma huwa dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jinżamm fil-kategorija 3. F’dan ir-rigward, l-Artikoli 12, 13 u 14 ta’ dan ir-regolament ma jitkellmux dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-materjal f’kategoriji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Kif fakkart fil-punti 54 u 55 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-Artikoli 12, 13 u 14 jikkuntentaw ruħhom biex jistabbilixxu l-listi tal-użi possibbli għall-materjali tal-kategoriji 1 sa 3 rispettivament imsemmija fl-Artikoli 8, 9 u 10 tar-Regolament, imma dejjem skont il-grad ta’ riskju li l-kategoriji differenti jinvolvu.</P></NOTE>, li huma esklużivament iddefiniti fl-Artikoli 8 sa 10 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-użu finali tal-materjal iwassal biex jiżdied rekwiżit supplimentari għall-klassifikazzjoni tiegħu li la huwa previst u lanqas imfittex mil-leġiżlatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Fil-fatt, dan iwassal għal sitwazzjonijiet kuntrarji fejn il-materjal immuffat jew li huwa mħallat ma’ korpi barranin ikollu jiġi rriklassifikat fil-kategorija 2 peress li huwa ddestinat għall-għalf tal-annimali, imma jinżamm fil-kategorija 3 peress li jista’ jintuża għal skopijiet oħra.</P></NOTE>. L-użu finali ta’ prodott sekondarju tal-annimali jiddependi fuq il-klassifikazzjoni tiegħu u mhux bil-kontra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-restrizzjoni miżjuda fl-Artikolu 14(d) tar-Regolament Nru 1069/2009, li skontha l-materjal tal-kategorija 3 ma għandux jinbidel b’dekompożizzjoni jew b’deterjorament, jekk dan ikun intiż li jiġi pproċessat u użat, b’mod partikolari għall-produzzjoni ta’ għalf, tfakkar biss fin-neċessità li dan il-materjal ma jippreżentax riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika u tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1069/2009 ma jippreġudikax il-loġika inerenti għall-klassifikazzjoni stabbilita mil-leġiżlatur fl-Artikoli 7 sa 10 ta’ dan ir-regolament u esposta matul dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-analiżi preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Verwaltungsgericht Gera (il-Qorti Amministrattiva ta’ Gera, il-Ġermanja) bil-mod kif ġej:</TXT><P>L-Artikoli 7(1), 9(h), u 10(a) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1069/2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodotti sekondarji tal‑annimali inizjalment ikklassifikati bħala materjal tal-kategorija 3, fis-sens tal‑Artikolu 10(a) u (f) ta’ dan tal-aħħar, mibdula b’dekompożizzjoni jew b’deterjorament, bħalma huma l-moffa jew it-taħsir, jew imħallta ma’ korpi barranin, bħalma huma l-biċċiet tal-kisi tal-ħitan jew is-serratura tal-injam, b’mod li l-imsemmi materjal ma jibqax xieraq għall-konsum mill-bniedem u/jew ma<?PAGE NO="19"?> jkunx nieqes minn kull riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimal, ma jissodisfawx il-livell ta’ riskju assoċjat ma’ din il-klassifikazzjoni u għandhom, għaldaqstant, jiġu rriklassifikati f’kategorija inferjuri.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>