<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-390/17 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0390</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:217">EU:C:2018:217</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C‑390/17 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Azoulay <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Parlament Ewropew</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑390/17 P</HT></P><P>Irit Azoulay,</P><P>Andrew Boreham,</P><P>Mirja Bouchard,</P><P>Darren Neville</P><P>vs</P><P>Il-Parlament Ewropew</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Remunerazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Allowances tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Allowance tal-edukazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ rimbors ta’ spejjeż skolastiċi</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni awtonoma tal-kunċett ta’ spejjeż skolastiċi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Bħalma ċerti Stati Membri jimplimentaw politika tal-familja li tinkludi parti pekunjarja, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedu l-ħlas ta’ allowances tal-familja lill-persunal tagħhom. Dawn jinkludu allowance tad-dar imħallsa lill-uffiċjal responsabbli mill-familja, miżjuda b’allowance għal kull wild li dan huwa responsabbli minnu, kif ukoll b’allowance tal-edukazzjoni maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż skolastiċi sostnuti mill-uffiċjal minħabba l-attendenza tal-wild tiegħu fi stabbiliment ta’ tagħlim. Dawn huma l-kundizzjonijiet sabiex wieħed jibbenefika minn din l-allowance tal-aħħar, li qegħdin jopponu l-partijiet f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex wieħed jikseb l-allowance tal-edukazzjoni ġew emendati fl-okkażjoni tar-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea fl‑2004. Filwaqt li, fir-rigward tal-iskola primarja u sekondarja, din l-allowance qabel kienet titħallas<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Din kienet titħallas b’rata fissa. Il-ħlas lill-uffiċjali li kienu jibbenefikaw minnha twaqqaf progressivament matul perijodu ta’ ħames snin (Artikolu 16 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 723/2004 tat‑<DATE ISO="20040322">22 ta’ Marzu 2004</DATE> Li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 1, Vol. 2, p. 130).</P></NOTE> lill-uffiċjal, ikun xi jkun l-istabbiliment ta’ tagħlim fejn jattendi l-wild tiegħu, ir-riforma introduċiet il-kundizzjoni li l-istabbiliment għandu jieħu l-miżati sabiex wieħed ikun intitolat għall-allowance<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament Nru 723/2004. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjoni tal-ħlas ta’ miżati ma hijiex applikabbli fil-każ tal-attendenza fi stabbiliment ta’ tagħlim <HT TYPE="ITALIC">ogħla</HT> (jew universitarju); għalhekk l-allowance tal-edukazzjoni hija mħallsa fil-forma ta’ allowance fissa fix-xahar f’ammont ugwali għal-limitu massimu.</P></NOTE>. L-għan kien li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>[l]-benefiċċju ta’ l-edukazzjoni għandu […] ikun allineat aktar viċin, fil-ġejjieni, lejn l-ispiża vera<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Premessa 26 tar-Regolament Nru 723/2004.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Huwa abbażi tal-fatt li l-istabbiliment, li attendew ulied ir-rikorrenti fl-appell, ma jiħux miżati li, fl‑2015, il-Parlament Ewropew irrifjuta li jagħtihom l-allowance tal-edukazzjoni mitluba, meta fis-snin preċedenti dan kien iħallasha. Ir-rikorrenti fl-appell isostnu li għandhom bażi sabiex ikomplu jirċevuha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Din id-diverġenza toriġina mill-mod partikolari li bih ġiet mitluba l-parteċipazzjoni finanzjarja tar-rikorrenti fl-appell mill-istabbilimenti ta’ tagħlim ikkonċernati. Infatti, dawn l-istabbilimenti huma ssussidjati mill-awtorità pubblika lokali, li tissuġġettahom għall-obbligu tal-aċċess bla ħlas għat-tagħlim previst mill-Kostituzzjoni Belġjana<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>L-Artikolu 24(3) tal-Kostituzzjoni Belġjana.</P></NOTE>. Madankollu, sabiex jiġi żgurat il-finanzjament tagħhom, l-istabbilimenti inkwistjoni huma sostnuti wkoll minn assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru, li huma rispettivament marbuta magħhom u li l-ġenituri tal-istudenti jiġu mistiedna jħallsu kontribuzzjoni lilhom. Hija din il-kontribuzzjoni li r-rikorrenti fl-appell qegħdin jitolbu rimbors tagħha fir-rigward tal-allowance tal-edukazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>F’din il-kawża tas-servizz pubbliku, li hija waħda mill-ewwel kawżi li l-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tisma’ fl-appell wara x-xoljiment tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u r-reintegrazzjoni tal-kompetenzi ta’ dan tal-aħħar fil-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tiddetermina jekk, fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dan il-każ, huwiex ġust li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-ħlas ta’ tali kontribuzzjoni ma jistax jiġi kopert mill-allowance tal-edukazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku ta’ din il-kawża huwa ddeterminat mid-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Fil-verżjoni tagħhom applikabbli mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 67(1)(ċ) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-allowances tal-familja li għandu dritt għalihom l-uffiċjal fir-rigward tar-remunerazzjoni jinkludu l-allowance tal-edukazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-intitolament tal-allowance tal-edukazzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Suġġett għall-kondizzjonijiet imniżżla fid-disposizzjonijiet ġenerali ta’ l-implimentazzjoni, uffiċjal għandu jirċievi benefiċċju ta’ l-edukazzjoni daqs l-ispejjeż vera li ħallas, sa massimu ta’ EUR 260.95<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Dan l-ammont kien applikabbli fid-data tal-fatti. Bħalissa huwa ta’ EUR 273.60.</P></NOTE>, kull xahar għal kull tifel dipendenti […], li jkollu mill-anqas ħames snin u jkun jattendi full-time u regolarment skola primarja jew sekondarja li tieħu l-miżati, jew stabbiliment ta’ edukazzjoni ogħla. Il-ħtieġa għall-attendenza fi skola li tieħu l-miżati, ma tapplikax għar-rimborżar ta’ l-ispiża tat-trasport ta’ l-iskola.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Parlament adotta, fit‑<DATE ISO="20040518">18 ta’ Mejju 2004</DATE>, id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni dwar l-għoti tal-allowance tal-edukazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>DĠI<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Verżjoni applikabbli fid-data li fiha l-Qorti Ġenerali tat is-sentenza appellata. Il-verżjoni fis-seħħ bħalissa ġiet adottata fit‑<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>; il-formulazzjoni tal-Artikolu 5 bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Spejjeż skolastiċi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> hija identika għal dik ta’ dak li kien l-Artikolu 3.</P></NOTE>. L-Artikolu 1 tad-DĠI jagħmel distinzjoni bejn l-allowance tal-edukazzjoni A, fissa, imħallsa għat-tfal li għandhom inqas minn ħames snin jew li għadhom ma bdewx jattendu skola primarja, u l-allowance tal-edukazzjoni B. Fir-rigward ta’ din l-allowance tal-aħħar, l-Artikolu 3 tad-DĠI jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Fil-parametri tal-limiti previsti fl-ewwel u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-allowance tal-edukazzjoni B tkopri:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni u ta’ attendenza fl-istabbilimenti ta’ edukazzjoni</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ispejjeż ta’ trasport</TXT></NP></ITEM></LIST><P>bl-esklużjoni tal-ispejjeż l-oħra kollha, u b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tal-ispejjeż obbligatorji bħal ma huma l-ispejjeż għax-xiri ta’ kotba, ta’ materjal skolastiku, ta’ tagħmir sportiv, il-kopertura ta’ assigurazzjoni skolastika u ta’ spejjeż mediċi, l-ispejjeż ta’ eżamijiet, l-ispejjeż sostnuti għal attivitajiet skolastiċi esterni komuni (bħal ma huma l-ħarġiet, iż-żjarat u l-vjaġġi skolastiċi, il-korsijiet sportivi eċċ.), kif ukoll l-ispejjeż l-oħra relatati mat-twettiq tal-programm skolastiku tal-istabbiliment ta’ edukazzjoni li l-istudent jattendi,</P></ITEM><ITEM><P>tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tal-wild fi vjaġġi organizzati lejn lokalitajiet għall-isports tax-xitwa, lokalitajiet ħdejn il-baħar u lokalitajiet fil-kampanja, kif ukoll f’attivitajiet simili.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fl-appell (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>appellanti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) huma rispettivament membri tal-persunal temporanju u uffiċjali tal-Parlament Ewropew u jirrisjedu ġewwa l-Belġju. Uliedhom jattendu stabbilimenti ta’ tagħlim<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Dawn huma l-Athénée Ganenou fi Brussell (il-Belġju) u l-École internationale Le Verseau f’Bierges (il-Belġju). L-ewwel waħda hija skola konfessjonali li, mal-programm ta’ edukazzjoni tal-Komunità Franċiża tal-Belġju, iżżid diversi sigħat fil-ġimgħa għat-tagħlim tal-lingwa Ebrajka, tal-istorja tal-Ġudaiżmu, tal-Bibbja u tal-Ingliż mis-sezzjoni primarja ’il fuq. It-tieni waħda hija skola mhux konfessjonali fejn il-klassijiet huma mgħallma bil-Franċiż u bl-Ingliż mill-klassijiet infantili minn għalliema li għalihom dawn il-lingwi hija l-lingwa materna tagħhom.</P></NOTE> li l-karatteristika komuni tagħhom hija li jiġu ssussidjati, iżda mhux fit-totalità tagħhom, mill-Komunità Franċiża tal-Belġju. Iż-żewġ stabbilimenti kkonċernati għandhom ukoll riżorsi proprji li b’mod partikolari jiġu pprovduti lilhom minn assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>assoċjazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) li l-ġenituri tal-istudenti rispettivi jiġu mistiedna jħallsu kontribuzzjoni lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Sas-sena skolastika 2013/2014, biha inkluża, il-Parlament irrimborsa, fir-rigward tal-ispejjeż skolastiċi u sal-limitu massimu previst, il-kontribuzzjoni mħallsa lill-assoċjazzjonijiet mill-appellanti li wliedhom kienu diġà jattendu dawn l-istabbilimenti. Fl‑<DATE ISO="20150424">24 ta’ April 2015</DATE>, il-Parlament ċaħad it-talbiet għar-rimbors tal-kontribuzzjoni mħallsa lill-assoċjazzjonijiet mill-appellanti għas-sena skolastika 2014/2015, għar-raġuni li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ma ġewx issodisfatti (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>deċiżjonijiet ta’ ċaħda<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Skont il-Parlament, iż-żewġ skejjel ikkonċernati ma kinux stabbilimenti ta’ tagħlim li jieħdu l-miżati fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, peress li l-kontribuzzjonijiet fakultattivi tal-appellanti lill-assoċjazzjonijiet jaqgħu barra mill-kuntest tat-tagħlim obbligatorju bla ħlas u kif previst mil-leġiżlazzjoni Belġjana.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Għalkemm l-ilmenti mressqa mill-appellanti kontra d-deċiżjonijiet ġew miċħuda wkoll fis‑17 u d-<DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-Parlament xorta ddeċieda li jagħti lill-appellanti, b’mod volontarju u eċċezzjonali, l-allowance tal-edukazzjoni għas-sena 2014/2015, iżda li ma jagħtihiex iktar għas-snin skolastiċi li ġejjin għall-attendenza fl-istabbilimenti kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, l-appellanti talbu l-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-Parlament, madankollu bl-eċċezzjoni tal-għoti b’mod volontarju u eċċezzjonali tal-allowance tal-edukazzjoni għas-sena 2014/2015, u l-kundanna ta’ dan tal-aħħar sabiex iħallashom l-allowance tal-edukazzjoni għas-sena 2015/2016. Insostenn tar-rikors tagħhom, l-appellanti invokaw tliet motivi bbażati, l-ewwel nett, fuq il-ksur tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, it-tieni nett, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u, it-tielet nett, fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tat‑<DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Azoulay <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑580/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:291">EU:T:2017:291</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti Ġenerali ċaħdet kull wieħed minn dawn il-motivi u, għaldaqstant, it-talbiet għal annullament tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda. Fid-dawl ta’ din iċ-ċaħda, din iddeċidiet li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi għall-kundanna tal-Parlament sabiex iħallas lill-appellanti l-allowance tal-edukazzjoni għas-sena 2015/2016.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz tan-nota tat‑<DATE ISO="20170628">28 ta’ Ġunju 2017</DATE>, l-appellanti ppreżentaw flimkien dan l-appell mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza mill-appellanti fil-kuntest tar-rikors fil-Kawża T‑580/16<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Azoulay <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑580/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:291">EU:T:2017:291</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Parlament jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-appell ta lok għal proċedura bil-miktub.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni fid-dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’diversi żbalji ta’ liġi, b’mod partikolari l-iżnaturament tal-punti ta’ fatt u tal-assenza ta’ motivazzjoni. B’mod partikolari, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali allegatament wettqet żball ta’ liġi u żnaturat il-fatti billi ma kkunsidratx interpretazzjoni awtonoma u uniformi tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>spejjeż skolastiċi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fi ħdan l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Din il-kritika tikkonċerna l-punti 31 sa 36, 38 u 40 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. It-tieni nett, is-sentenza appellata allegatament fiha ineżattezza materjali fil-konstatazzjonijiet<?PAGE NO="5"?> magħmula mill-Qorti Ġenerali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Din il-kritika tikkonċerna l-punti 45 u 46 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali allegatament wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza stabbilita applikabbli fir-rigward tar-regola ta’ konkordanza bejn l-ilment u r-rikors<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Din il-kritika tikkonċerna l-punt 47 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Finalment, il-Qorti Ġenerali allegatament naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta wieġbet għall-motiv ibbażat fuq il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Din il-kritika tikkonċerna l-punti 55 u 56 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ammissibbiltà</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Ninnota li, quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti talbu l-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet tagħhom għall-ispejjeż skolastiċi għas-sena skolastika 2014/2015. Issa, fid-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti tagħhom, li l-appellanti talbu wkoll l-annullament tagħhom bl-eċċezzjoni ta’ dan il-punt, il-Parlament tahom b’mod volontarju u eċċezzjonali l-allowance tal-edukazzjoni għal din l-istess sena. Għalhekk, l-appellanti effettivament ibbenefikaw mill-allowance mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-snin skolastiċi ulterjuri, fid-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti tiegħu biss, il-Parlament ippreċiża li l-allowance tal-edukazzjoni ma kinitx ser tingħata iktar lill-appellanti għas-snin skolastiċi li ġejjin<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sakemm l-istabbilimenti kkonċernati ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet previsti għall-għoti tal-allowance tal-edukazzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qieset li d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti kellhom nuqqas ta’ natura awtonoma u li għalhekk hija kienet adita biss b’rikors dirett kontra d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Punt 12 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, li huma relatati biss mas-sena skolastika 2014/2015. Dan il-punt ma ġiex ikkritikat mill-appellanti fl-appell tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sena skolastika 2015/2016 b’mod partikolari, l-appellanti talbu wkoll lill-Qorti Ġenerali tikkundanna lill-Parlament sabiex iħallas l-allowance tal-edukazzjoni għal din is-sena. Quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Parlament enfasizza l-inammissibbiltà ta’ din it-talba minħabba li l-allowance tal-edukazzjoni ngħatat mill-amministrazzjoni għal sena skolastika waħda biss u li l-appellanti kellhom isegwu l-proċedura amministrattiva qabel il-preżentata tar-rikors tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Punti 68 sa 74 tar-risposta tal-Parlament quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, fid-dawl taċ-ċaħda tat-talbiet għal annullament tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda (fir-rigward tas-sena skolastika 2014/2015), ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward tat-talba dwar is-sena skolastika 2015/2016<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Punt 65 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Lanqas dan il-punt ma ġie kkritikat mill-appellanti fl-appell tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra neċessarju li tiġi eżaminata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-kundizzjoni ta’ ammissibbiltà tar-rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Fuq il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, għall-ewwel darba fl-istadju tal-proċedura ta’ appell, l-inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sahlstedt <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:243">EU:C:2009:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> marbuta mal-interess ġuridiku, jien tal-opinjoni li l-appellanti għandhom interess ġuridiku fil-konfront tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda għas-sena skolastika 2014/2015, li jkun biżżejjed sabiex jiġġustifika l-ammissibbiltà tar-rikors. Ċertament, l-allowance tal-edukazzjoni ngħatatilhom għal dik is-sena. Madankollu, għalkemm fil-fatti l-appellanti ġew irrimborsati, dan huwa biss bis-saħħa ta’ miżura eċċezzjonali u volontarja adottata mill-Parlament sabiex jikkumpensa għall-ħin eċċessiv li ħa sabiex ittratta t-talbiet tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Punti 66 u 67 tar-risposta tal-Parlament quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></NOTE>. Madankollu, id-deċiżjonijiet li jiċħdu t-talbiet tagħhom u li fihom teħid ta’<?PAGE NO="6"?> pożizzjoni definittiva tal-amministrazzjoni fir-rigward tagħhom ma ġewx irtirati u jiddeterminaw id-drittijiet tagħhom. Għalhekk, l-appellanti jżommu l-interess ġuridiku kontra d-deċiżjonijiet li, jekk permezz tagħhom jiġu rrifjutati d-dritt għall-allowance tal-edukazzjoni, dawn ikunu ta’ preġudizzju għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-appell, il-Parlament ma kkontestax l-ammissibbiltà tiegħu u ma nara l-ebda raġuni għalfejn l-inammissibbiltà tar-rikors għandha titqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq l-iżnaturament tal-fatti fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ spejjeż skolastiċi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-interpretazzjoni awtonoma tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>spejjeż skolastiċi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-appellanti jakkużaw lill-Qorti Ġenerali li ma pproċedietx għal interpretazzjoni awtonoma u uniformi tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>spejjeż skolastiċi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fi ħdan l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Huma jinvokaw il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li bis-saħħa tagħha, konformement mal-Artikolu 1a tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali għandhom dritt għall-ugwaljanza fit-trattament fl-applikazzjoni ta’ dawn tal-aħħar, li jirrikjedi, b’mod ġenerali, interpretazzjoni awtonoma u uniformi tar-Regolamenti tal-Persunal fl-Unjoni kollha. Din l-interpretazzjoni għandha tiġi mfittxija billi jitqies il-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>F’dan ir-rigward, l-appellanti jiċċitaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Axa Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑494/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:692">EU:C:2015:692</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>B’mod partikolari fir-rigward tal-ispejjeż skolastiċi, l-appellanti jibbażaw ruħhom fuq is-sentenza Bovagnet vs Il-Kummissjoni sabiex isostnu li għall-finijiet tar-rimbors, dan il-kunċett ma jistax jiddependi mid-denominazzjonijiet eżistenti jew mill-klassifikazzjonijiet magħmula fuq livell nazzjonali, iżda biss fuq in-natura stess u l-komponenti tal-ispiża li għandha tiġi rrimborsata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bovagnet vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑89/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:129">EU:F:2011:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali interpretat dan il-kunċett fid-dawl tal-leġiżlazzjoni Belġjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-argumenti tal-appellanti ma jikkonvinċunix. Bħall-Parlament, naħseb li l-Qorti Ġenerali pproċediet għal interpretazzjoni awtonoma tal-kunċett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>spejjeż skolastiċi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li tikkunsidra l-iskop tal-allowance tal-edukazzjoni u li ma tiddependix fuq klassifikazzjonijiet stabbiliti fuq livell nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-punt 30 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ispejjeż skolastiċi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> rimborsabbli fir-rigward tal-allowance tal-edukazzjoni bħala dawk li jkopru kemm l-ispejjeż li jippermettu lil student ikollu aċċess għall-istabbiliment ta’ tagħlim (spejjeż ta’ reġistrazzjoni) kif ukoll l-ispejjeż li jippermettulu jsegwi l-korsijiet u jipparteċipa b’mod utli fil-programmi ta’ dan l-istess stabbiliment (spejjeż ta’ attendenza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Din id-definizzjoni tirriproduċi lil dik stabbilita mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-sentenza Bovagnet vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bovagnet vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑89/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:129">EU:F:2011:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li l-fatti tagħha kienu parti minn kuntest nazzjonali ieħor minħabba li l-istabbiliment ta’ tagħlim ikkonċernat kien jinsab fil-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Billi eżaminat jekk l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti kinux jikkostitwixxu kemm l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni kif ukoll dawk ta’ attendenza fis-sens tas-sentenza Bovagnet vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bovagnet vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑89/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:129">EU:F:2011:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punti 31 u 32 tas-sentenza appellata, li r-reġistrazzjoni fl-istabbilimenti kkonċernati u t-tagħlim li jingħata fihom ma kinux suġġetti għall-ħlas ta’ somma flus li tkopri l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni u ta’ attendenza. Bl-istess mod, in-nuqqas ta’ ħlas lill-assoċjazzjonijiet tal-kontribuzzjoni mitluba ma jwassalx, bħala konsegwenza, għar-rifjut tar-reġistrazzjoni jew<?PAGE NO="7"?> għall-esklużjoni tal-istudent. Fi kliem ieħor, l-istabbilimenti ma <HT TYPE="ITALIC">eżiġewx</HT> il-ħlas ta’ somma flus sabiex l-ulied ikollhom aċċess għalihom u jsegwu l-korsijiet fihom, u lanqas il-ġenituri ma kienu <HT TYPE="ITALIC">meħtieġa</HT> jħallsu l-ispejjeż. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti ma setgħux jiġu kklassifikati bħala spejjeż skolastiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali interpretat l-ispejjeż skolastiċi fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal bħala li għandhom ikunu <HT TYPE="ITALIC">obbligatorji</HT> għall-uffiċjal sabiex jirreġistra lill-wild tiegħu fi stabbiliment iddeterminat u jippermetti lil dan li jsegwi l-korsijiet fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Din il-kundizzjoni diġà kienet stabbilita fis-sentenza Bovagnet vs Il-Kummissjoni. L-ispejjeż rimborsabbli ġew iddefiniti fiha bħala spejjeż li jikkundizzjonaw l-ammissjoni nnifisha tal-istudent fl-iskola u fil-programm tagħha, għalhekk fl-edukazzjoni, u li l-ħlas tagħhom huwa obbligatorju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bovagnet vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑89/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:129">EU:F:2011:129</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-Persunal. Infatti, kif ifakkar il-Parlament, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jagħtu dritt għal benefiċċji finanzjarji għandhom ikunu interpretati strettament<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19941130">30 ta’ Novembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Dornonville de la Cour vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑498/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1994:278">EU:T:1994:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Petsch vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑124/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:69">EU:F:2015:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Ir-rimbors tal-kontribuzzjoni mħallsa mill-uffiċjal fuq bażi fakultattiva u volontarja ma jissodisfax dan ir-rekwiżit ta’ interpretazzjoni stretta. Barra minn hekk, dan jikkontradixxi r-rieda tal-leġiżlatur li, fl-okkażjoni tar-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal fl‑2004, issuġġetta r-rimbors tal-ispejjeż għall-kundizzjoni li l-wild jattendi stabbiliment li jieħu l-miżati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Fil-każ tal-attendenza fi skola primarja jew sekondarja.</P></NOTE> u temm il-ħlas tal-allowance tal-edukazzjoni taħt forma ta’ rata fissa li kienet disponibbli għall-uffiċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-punt 2 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Għaldaqstant, ir-Regolamenti tal-Persunal ma jippermettux li l-allowance tal-edukazzjoni tiġi kkunsidrata bħala suppliment ta’ remunerazzjoni li l-uffiċjal jagħti b’mod ħieles, b’mod partikolari billi jħallas xi kontribuzzjonijiet volontarji jew għotjiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ma interpretatx il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>spejjeż skolastiċi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> konformement mad-dritt Belġjan. Għalkemm hija ssemmi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-punti 31, 33 u 36 tas-sentenza appellata li huma espressament is-suġġett tal-kritika tal-appellanti.</P></NOTE> ċirkulari nazzjonali tal-Komunità Franċiża tal-Belġju bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Aċċess bla ħlas għall-edukazzjoni obbligatorja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ċirkulari Nru 4516 tad‑<DATE ISO="20130829">29 ta’ Awwissu 2013</DATE>.</P></NOTE>, dan huwa biss bħala indizju insostenn tal-konstatazzjoni, li ma hijiex ikkontestata mill-appellanti, li l-istabbilimenti ma kinux jimponulhom il-ħlas ta’ spejjeż ta’ reġistrazzjoni u ta’ attendenza. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ssostni li din iċ-ċirkulari, applikabbli għall-istabbilimenti inkwistjoni, tipprevedi li stabbiliment issussidjat ma jistax jikkundizzjona reġistrazzjoni għall-ħlas ta’ somma flus, u li n-nuqqas ta’ ħlas tal-ispejjeż li stabbiliment jista’ jitlob<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Bħall-ispejjeż għall-pixxina u l-attivitajiet kulturali u sportivi.</P></NOTE> ma jistax ikollu konsegwenza fuq l-attendenza fl-istabbiliment mill-istudent ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tiddetermina jekk il-ħlas tal-ispejjeż li l-appellanti qegħdin jitolbu r-rimbors tagħhom jissuġġettax l-ammissjoni ta’ wliedhom fl-istabbilimenti kkonċernati, il-Qorti Ġenerali rreferiet għad-dritt Belġjan bħala indizju rilevanti u mhux bħala kriterju deċiżiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>tagħlim primarju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040629">29 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Hivonnet vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑188/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:194">EU:T:2004:194</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u, fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>spejjeż skolastiċi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bovagnet vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑89/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:129">EU:F:2011:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, liema ħaġa tintwera permezz tal-użu tal-avverbju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>barra minn hekk<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/><HT TYPE="ITALIC">Barra minn hekk</HT>, il-każ oppost, kif jirriżulta miċ-Ċirkulari Nru 4516 […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (punt 31 tas-sentenza appellata); <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[…] kif tikkonferma, <HT TYPE="ITALIC">barra minn hekk</HT>, iċ-Ċirkulari Nru 4516<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (punt 36 tas-sentenza appellata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li l-interpretazzjoni restrittiva stabbilita mill-Qorti Ġenerali tagħmel ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi dipendenti fuq diversi sistemi edukattivi tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Dan huwa żbaljat. Ma huwiex ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor, jew minn stabbiliment għal ieħor, iżda l-eżistenza nnifisha u l-ammont tal-ispejjeż skolastiċi li jridu jiġu rrimborsati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għalhekk, meta stabbiliment jissuġġetta r-reġistrazzjoni u l-attendenza ta’ student għall-ħlas ta’ spejjeż, huma n-natura u l-komponenti ta’ dawn l-ispejjeż li, konformement mas-sentenza Bovagnet vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bovagnet vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑89/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:129">EU:F:2011:129</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u indipendentement mid-denominazzjonijiet jew mill-klassifikazzjonijiet nazzjonali, jiddeterminaw ir-rimbors tagħhom. Għall-kuntrarju, meta l-istabbiliment ma jissuġġettax ir-reġistrazzjoni u l-attendenza ta’ student għall-ħlas ta’ spejjeż, tkun xi tkun ir-raġuni, l-uffiċjal ikkonċernat ma jkollux raġuni sabiex jibbenefika mill-allowance tal-edukazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-appellanti huma tal-opinjoni li interpretazzjoni awtonoma kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li mingħajr il-kontribuzzjonijiet li huma jiġu mistiedna jħallsu, l-istabbilimenti kkonċernati ma jkunux jistgħu jiffinanzjaw it-tagħlim speċifiku li l-appellanti jkunu għażlu li jirreġistraw lil uliedhom għalih. Għalhekk, il-kontribuzzjonijiet jikkostitwixxu spejjeż effettivament sostnuti mill-appellanti għall-edukazzjoni ta’ wliedhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Billi sostniet li l-ispejjeż skolastiċi ma jkoprux l-ispejjeż kollha effettivament sostnuti għall-edukazzjoni, iżda biss dawk li stabbiliment jeżiġi bħala spejjeż ta’ reġistrazzjoni u ta’ attendenza, il-Qorti Ġenerali madankollu interpretat dan il-kunċett konformement mal-formulazzjoni u mal-iskop tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Finalment, l-appellanti jsostnu li bl-assimilazzjoni, fil-punt 40 tas-sentenza appellata, tal-kontribuzzjonijiet imħallsa ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>spejjeż oħra<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 3 tad-DĠI, il-Qorti Ġenerali llimitat kunsiderevolment il-kunċett awtonomu u tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>spejjeż skolastiċi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-kontribuzzjonijiet imħallsa jaqgħu taħt il-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>spejjeż oħra<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għall-unika raġuni li dawn ma humiex marbuta mal-programm edukattiv uffiċjali Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Dan ma jirriżultax mill-qari tiegħi tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali. Wara li kkonkludiet, għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Punti 32 sa 36 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, li l-kontribuzzjonijiet imħallsa ma jaqgħux fil-kategorija tal-ispejjeż skolastiċi rimborsabbli, il-Qorti Ġenerali kklassifikathom b’esklużjoni fil-kategorija li jifdal ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>l-ispejjeż l-oħra kollha<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, mhux rimborsabbli. Peress li l-lista tal-każijiet previsti li jidħlu f’din il-kategorija ma hijiex eżawrjenti, il-Qorti Ġenerali setgħet ġustament tikkunsidrahom bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>l-ispejjeż l-oħra relatati mat-twettiq tal-programm skolastiku tal-istabbiliment ta’ edukazzjoni li l-istudent jattendi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-punt 40 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għalhekk, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-iżnaturament tal-fatti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li bl-affermazzjoni, fil-punt 31 tas-sentenza appellata, li l-fatturazzjoni tal-ispejjeż skolastiċi mill-assoċjazzjonijiet ma hijiex konformi mad-dritt Belġjan, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, tali żnaturament jeżisti meta, mingħajr ma jsir riferiment għal elementi ġodda, l-evalwazzjoni tal-elementi eżistenti tidher manifestament żbaljata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>PKK u KNK vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑229/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:32">EU:C:2007:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, tali żnaturament tad-dritt nazzjonali ma ġiex ipprovat, minħabba li l-appellanti la wrew li ċ-ċirkulari inkwistjoni ma kinitx vinkolanti u lanqas li l-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni li tmur manifestament kontra l-kontenut tagħha. B’mod partikolari, huma ma pprovawx, insostenn tal-argument tagħhom, li l-istabbilimenti jew l-assoċjazzjonijiet huma awtorizzati li jitolbu l-ħlas tal-ispejjeż li jirrigwardaw il-proġett ta’ tagħlim speċifiku f’dawn l-istabbilimenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għalhekk, anki dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel aggravju huwa infondat kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni aggravju bbażat fuq l-ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li, fis-sentenza appellata, it-tweġiba għall-motiv tagħhom ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi fiha ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet. Skonthom, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-formola mħejjija mill-Parlament, li għandha timtela mill-istabbilimenti kkonċernati, kinitx turi l-eżistenza ta’ spejjeż ta’ reġistrazzjoni. Min-naħa l-oħra, hija ma ddeċidietx dwar l-eżistenza ta’ prattika stabbilita tal-Parlament li ħolqot aspettattivi leġittimi fl-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-punti 44 u 45 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wieġbet għall-motiv tal-appellanti bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Wara li fakkret it-tliet kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tiġi invokata l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, anki jekk garanziji preċiżi, inkundizzjonati u konkordanti kienu ngħataw mill-amministrazzjoni, dawn ma setgħux joħolqu aspettattivi leġittimi għall-appellanti minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-tweġiba tal-Qorti Ġenerali għal dan il-motiv hija bbażata fuq ġurisprudenza stabbilita<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860206">6 ta’ Frar 1986</DATE>, <NAME.CASE>Vlachou vs Il-Qorti tal-Awdituri</NAME.CASE> (<NO.CASE>162/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:56">EU:C:1986:56</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-Qorti Ġenerali tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900327">27 ta’ Marzu 1990</DATE>, <NAME.CASE>Chomel vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑123/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1990:24">EU:T:1990:24</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150707">7 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kur vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑53/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:81">EU:F:2015:81</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-formola mibgħuta lill-istabbilimenti kkonċernati, li l-Qorti Ġenerali tippreċiża li ma ppermettietx li jiġi stabbilit li l-appellanti kienu ħallsu xi spejjeż ta’ reġistrazzjoni, tissemma fil-punt 46 biss bħala tweġiba għall-argument tal-partijiet li jgħid li l-ispedizzjoni ta’ din il-formola kienet ikkaratterizzata minn garanziji li wasslu għal aspettattivi leġittimi min-naħa tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni aggravju huwa manifestament infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza li tirrigwarda r-regola ta’ konkordanza bejn l-ilment u r-rikors</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-appellanti jaffermaw li billi ċaħdet l-argument tagħhom ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali bħala inammissibbli minħabba li dan ma tressaqx fl-ilment, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 47 tas-sentenza appellata, injorat il-ġurisprudenza li tirrigwarda l-konkordanza bejn l-ilment u r-rikors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, kien biss fid-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti li l-Parlament iddikjara li l-allowance tal-edukazzjoni kienet suġġetta għal evalwazzjoni annwali. Dawn jiċċitaw il-ġurisprudenza li tipprevedi eċċezzjoni għar-regola ta’ konkordanza bejn l-ilment u r-rikors: fl-ipoteżi fejn il-persuna li tagħmel l-ilment issir taf bil-motivazzjoni tal-att li jkun ta’ preġudizzju għaliha permezz tar-risposta għall-ilment tagħha, kull motiv imressaq għall-ewwel darba fil-fażi tar-rikors u intiż li jikkontesta l-fondatezza tal-motivi esposti fir-risposta għall-ilment għandu jitqies li huwa ammissibbli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ir-rikorrenti jiċċitaw is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140521">21 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mocová vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑347/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:268">EU:T:2014:268</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, l-appellanti jsostnu li kienu fondati li jqajmu għall-ewwel darba fir-rikors tagħhom il-kunflitt mal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prerogattiva tal-Parlament li jissuġġetta l-allowance tal-edukazzjoni għal evalwazzjoni annwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-Parlament joġġezzjona li d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti ma fihomx motivazzjoni li tibdel jew tikkompleta b’mod sostanzjali l-motivazzjoni li tinsab fid-deċiżjonijiet ta’ ċaħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa minnu li l-Parlament jafferma għall-ewwel darba, fir-risposta tiegħu għall-ilmenti tal-appellanti, li l-allowance tal-edukazzjoni tiġi evalwata annwalment. Madankollu, din l-affermazzjoni ssostni l-argument tiegħu li jgħid li ma tax garanziji preċiżi u inkundizzjonati lill-appellanti fir-rigward tal-benefiċċju tal-allowance tal-edukazzjoni. Huwa għalhekk bħala risposta għall-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi, imqajjem mill-appellanti fl-ilment tagħhom, li l-Parlament afferma li l-allowance tal-edukazzjoni kienet suġġetta għal evalwazzjoni annwali. Dan l-argument ma jikkostitwixxix motiv tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda li jidher biss fl-istadju tar-risposta għall-ilmenti, iżda huwa raġuni li għaliha ma setgħux jinħolqu aspettattivi leġittimi għar-rikorrenti fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sentenza li jirreferu għaliha l-appellanti ngħatat f’ċirkustanzi fejn l-amministrazzjoni, biċ-ċaħda tal-ilment, ma segwietx il-motivazzjoni li dehret fid-deċiżjoni inizjali tagħha u minflok qieset motivi oħra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140521">21 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mocová vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑347/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:268">EU:T:2014:268</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża. Il-motiv ta’ ċaħda tat-talba għar-rimbors huwa l-istess fid-deċiżjonijiet inizjali u fiċ-ċaħda tal-ilmenti: l-istabbilimenti inkwistjoni ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala stabbilimenti li jieħdu l-miżati skont ir-Regolamenti tal-Persunal u għalhekk ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet li bihom l-appellanti jistgħu jibbenefikaw mill-allowance tal-edukazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, billi ċaħdet bħala inammissibbli l-argumenti tagħhom li jirrigwardaw il-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba li dawn ma tqajmux fl-ilment, il-Qorti Ġenerali ma injoratx il-ġurisprudenza dwar ir-regola ta’ konkordanza bejn l-ilment amministrattiv u r-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">E.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ aggravju bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>L-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi ddikjarat, fil-punt 56 tas-sentenza appellata, li l-ewwel parti tat-tielet motiv tagħha, ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, kienet ineffettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti affermaw li xi uffiċjali ta’ istituzzjoni oħra tal-Unjoni komplew jibbenefikaw mir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi għal uliedhom li jattendu l-istess stabbilimenti. L-appellanti jsostnu li rċevew trattament differenti abbażi tal-istess Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għalkemm fil-qosor, il-Qorti Ġenerali wieġbet darbtejn għal dan l-ilment. Wara li fakkret is-sisien u l-kontenut tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, din enfasizzat, fil-punt 55 tas-sentenza appellata, li dan il-prinċipju kellu jiġi rrikonċiljat mal-osservanza tal-prinċipju ta’ legalità. Għaldaqstant, u skont ġurisprudenza stabbilita<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850704">4 ta’ Lulju 1985</DATE>, <NAME.CASE>Williams vs Il-Qorti tal-Awdituri</NAME.CASE> (<NO.CASE>134/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:297">EU:C:1985:297</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-Qorti Ġenerali tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Centeno Mediavilla <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑58/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:218">EU:T:2007:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0155">155</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140121">21 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Van Asbroeck vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑102/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:4">EU:F:2014:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, uffiċjal ma jistax jinvoka, għall-benefiċċju tiegħu, illegalità li kienet ġiet imwettqa favur xi ħaddieħor. Barra minn hekk, billi l-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-għoti tar-rimbors ta’ spejjeż bħal dawk sostnuti mill-appellanti ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, hija ddeduċiet li l-appellanti ma setgħux jinvokaw din l-illegalità li minnha bbenefikaw uffiċjali oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kien ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Ma jidhirlix li b’dan il-mod il-Qorti Ġenerali naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha li jirriżulta mill-Artikoli 36 u 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan l-obbligu ma jobbligax lill-Qorti Ġenerali tipprovdi espożizzjoni li ssegwi, b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed, l-argumenti kollha mressqa mill-partijiet fil-kawża. Il-motivazzjoni tas-sentenza għandha tippermetti lill-partijiet ikkonċernati li jkunu jafu r-raġunijiet għalfejn il-Qorti Ġenerali ma laqgħetx l-argumenti tagħhom u lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha elementi biżżejjed sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Gogos vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑583/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:287">EU:C:2010:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-Qorti Ġenerali tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100702">2 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Kerstens vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑266/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:273">EU:T:2010:273</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan huwa l-każ f’din il-kawża. Il-motivazzjoni pprovduta mill-Qorti Ġenerali fil-punti 55 u 56 tas-sentenza appellata tippermetti l-fehim tar-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-invokazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kienet ineffettiva u ma ġietx ikkunsidrata bħala neċessarja sabiex twieġeb l-argumenti kollha li jirrigwardaw dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-appellanti jaffermaw li l-Qorti Ġenerali kienet żammet lura milli tieħu deċiżjoni dwar l-allegat ksur tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jobbliga lill-Unjoni tosserva d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika. Jien nikkunsidra li, għalkemm l-appellanti għamlu riferiment għal din id-dispożizzjoni fir-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tat-tieni parti tat-tielet motiv, li tirrigwarda l-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, huma għamlu dan f’termini wisq ipotetiċi u ġenerali sabiex ikun possibbli li jitqies li qegħdin jinvokaw il-ksur tiegħu. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma ħaditx deċiżjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Minn dan kollu jirriżulta li, fl-opinjoni tiegħi, ir-raba’ aggravju għandu wkoll jiġi miċħud bħala infondat u li, għaldaqstant, l-appell għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Minħabba li l-Parlament talab il-kundanna tal-appellanti għall-ispejjeż u dawn tal-aħħar tilfu, hemm lok li jiġu kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Parlament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-appell huwa miċħud.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Irit Azoulay, Andrew Boreham, Mirja Bouchard u Darren Neville huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Parlament.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>