|
29.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/685
tat-28 ta’ April 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 333/2007 fir-rigward tar-rekwiżiti tat-teħid ta’ kampjuni għall-ħut u għall-annimali terrestri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (2) jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi biex jintużaw għall-kontroll tal-livelli ta’ mikroelementi u ta’ kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel. |
|
(2) |
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 333/2007 ġew stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teħid ta’ kampjuni ta’ ħut kbir li jasal f’lottijiet kbar u skonthom il-parti tan-nofs ta’ tali ħut għandu jittieħed kampjun minnhom. Peress li f’xi każijiet dan jista’ jkollu impatt kbir fuq il-prodott, jenħtieġ li jiġu previsti rekwiżiti alternattivi għat-teħid ta’ kampjuni, sabiex ikun jistgħu jittieħdu wkoll kampjuni mir-ras jew mid-denb. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi dwar liema parti tal-ħut għandu jittieħed kampjun minnha, skont id-daqs differenti tal-ħut, peress li tali rekwiżiti jiżguraw komparabbiltà aħjar tar-riżultati analitiċi fl-Unjoni kollha. |
|
(3) |
Fir-rigward tar-rekwiżiti emendati tat-teħid ta’ kampjuni għall-ħut, jenħtieġ li tiġi emendata wkoll id-definizzjoni ta’ “lott” u jenħtieġ li tiġi pprovduta definizzjoni ta’ “daqs jew piż komparabbli”. |
|
(4) |
Fl-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (3) ġew stabbiliti rekwiżiti għat-teħid ta’ kampjuni ta’ annimali terrestri u prodotti tal-akkwakultura għall-analiżi ta’ residwi u kontaminanti. Id-Direttiva 96/23/KE tħassret bir-Regolament (UE) 2017/625, iżda skont l-Artikolu 150 ta’ dak ir-Regolament, dik id-Direttiva tibqa’ applikabbli sal-14 ta’ Diċembru 2022. Meta jitqies it-tmiem ta’ dawk il-miżuri tranżitorji relatati mal-applikazzjoni tad-Direttiva 96/23/KE, tali rekwiżiti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 333/2007 biex japplikaw mill-15 ta’ Diċembru 2022. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 333/2007 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 333/2007 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Anness għandu japplika mill-15 ta' Diċembru 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 333/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
il-punt C.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “C.2.1. Prekawzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ġenerali Il-ħtieġa bażika hija li jinkiseb kampjun tal-laboratorju rappreżentattiv u omoġenju mingħajr l-introduzzjoni ta' kontaminazzjoni sekondarja. Il-parti sħiħa li għaliha japplika l-livell massimu għandha tintuża għall-omoġenizzazzjoni tal-kampjun. Għall-prodotti għajr il-ħut, il-materjal kollu tal-kampjun li jirċievi l-laboratorju għandu jintuża għat-tħejjija tal-kampjun tal-laboratorju. Għall-ħut, il-materjal kollu tal-kampjun li jasal għand il-laboratorju għandu jiġi omoġenizzat. Mill-kampjun aggregat omoġenizzat, għandha tintuża parti/kwantità rappreżentattiva għall-preparazzjoni tal-kampjun tal-laboratorju. Il-konformità mal-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-livelli stabbiliti fil-kampjuni tal-laboratorju.” |
(*1) https://ec.europa.eu/food/safety/chemical-safety/contaminants/sampling-and-analysis”;”