|
5.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 238/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-24 ta' Lulju 2008
dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit
(2008/713/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet li saru mir-Renju Unit,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 104 tat-Trattat ifassal proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (EDP) biex jiżgura li l-Istati Membri jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern jew li jikkoreġu dawn l-iżbilanċi meta jiġru. |
|
(2) |
Skond il-punt 5 tal-Protokoll fuq ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq, l-obbligu skond l-Artikolu 104(1) tat-Trattat li jiġu evitati żbilanċi eċċessivi ma japplikax għar-Renju Unit sakemm ma jipparteċipax fit-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja. Waqt li jkun fit-tieni stadju ta’ unjoni ekonomika u monetarja, ir-Renju Unit għandu jagħmel ħiltu biex jevita żbilanċi eċċessivi, skond l-Artikolu 116(4) tat-Trattat. |
|
(3) |
Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir huwa msejjes fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabilità tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien ta’ l-impjiegi. |
|
(4) |
Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv skond l-Artikolu 104 tat-Trattat, kif iċċarata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (1), li tagħmel parti mill-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, jistabbilixxi deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv. Il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat jistipula dispożizzjonijiet ulterjuri relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 (2) jistabbilixxi definizzjonijiet u regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ dan il-Protokoll. |
|
(5) |
L-Artikolu 104(5) tat-Trattat jitlob lill-Kummissjoni tindirizza opinjoni lill-Kunsill jekk il-Kummissjoni tqis li jeżisti żbilanċ eċċessiv fi Stat Membru jew li jista’ jiġri li jkun hemm. Wara li qieset ir-rapport tagħha skond l-Artikolu 104(3) tat-Trattat u wara li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skond l-Artikolu 104(4), il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit. Il-Kummissjoni għalhekk indirizzat opinjoni ta’ din ix-xorta lill-Kunsill fir-rigward tar-Renju Unit fit-2 ta’ Lulju 2008. |
|
(6) |
L-Artikolu 104(6) tat-Trattat jgħid li l-Kunsill għandu jikkunsidra kwalunkwe osservazzjonijiet li l-Istat Membru kkonċernat jixtieq li jagħmel qabel ma jiddeċiedi, wara valutazzjoni globali, jeżistix żbilanċ eċċessiv. Fil-każ tar-Renju Unit, din il-valutazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin. |
|
(7) |
Ir-Renju Unit għamel sforzi fiskali qawwija matul tmiem is-snin disgħin. Minn hemm ‘il quddiem, il-gvern adotta pożizzjoni fiskali iktar laxka, l-iktar minħabba għan politiku espliċitu li jiżdied l-infiq fuq is-servizzi pubbliċi. Minħabba f’hekk, il-bilanċ tal-gvern ġenerali mar minn qagħda ta’ bilanċ fi tmiem is-snin disgħin għal żbilanċ ta’ 3,2 % tal-PGD fl-2003/04 u 3,5 % fl-2004/05. Bid-diskrepanza fil-produzzjoni tibqa’ pożittiva matul dan il-perjodu, dan kien l-ekwivalenti ta’ deterjorament tal-bilanċ strutturali b’4
|
|
(8) |
Skond id-dejta ta’ l-EDP notifikata mill-awtoritajiet tar-Renju Unit f’Marzu 2008, l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali tar-Renju Unit fl-2008/09 kien ippjanat li jlaħħaq it-3,2 % tal-PGD, b’hekk jaqbeż it-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD; dan il-proporzjon kien identiku għal dak ippubblikat fil-baġit tar-Renju Unit ta’ Marzu 2008, li ppreżenta wkoll pjanijiet baġitarji li juru żbilanċ tal-gvern ġenerali ta’ 2,8 % tal-PGD fl-2009/10. Iċ-ċifra ta’ l-iżbilanċ fis-sena msemmija l-aħħar hija iktar baxxa miċ-ċifra korrispondenti fit-tbassir tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ 3,3 % tal-PGD, l-iktar minħabba differenzi fit-tkabbir mistenni tal-PGD fl-2009/10. Wara l-pubblikazzjoni tal-baġit ta’ Marzu 2008, stqarrija ta’ linja politika fit-13 ta’ Mejju li tnaqqas it-taxxa fuq id-dħul personali fl-2008/09, ser tiswa GBP 2,7 biljun fl-2008/09. Iż-żieda ta’ dan mal-previżjonijiet tar-Rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni timplika defiċit ta’ 3,5 % tal-PGD. Għalkemm l-iżbilanċ ippjanat għall-2008/09 huwa ta’ iktar mill-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD, kif notifikat f’Marzu 2008, huwa kien qrib. L-eċċess ogħla mill-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD ma kienx eċċezzjonali fis-sens ta’ l-Artikolu 104(2) tat-Trattat. B’mod partikolari, huwa ma jirriżultax minn avveniment mhux tas-soltu barra mill-kontroll ta’ l-awtoritajiet tar-Renju Unit, u lanqas ma kien ir-riżultat ta’ bidla severa għall-ħażin fl-ekonomija. It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2008 jipprevedi li t-tkabbir fir-Renju Unit jonqos fl-2008 u l-2009 għal rati annwali taħt il-potenzjal. Madankollu, it-tkabbir tal-PGD huwa mistenni li jilħaq il-1,7 % fl-2008 u l-1,6 % fl-2009. L-eċċess ‘il fuq minn 3 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD huwa meqjus ukoll bħala mhux temporanju, bis-servizzi tal-Kummissjoni jbassru, fuq il-bażi ta’ linji ta’ politika li ma jinbidlux, proporzjon ta’ żbilanċ fl-2009/10 ogħla minn 3 % (3,3 %). Dan jindika li r-rekwiżit tat-Trattat li jikkonċerna l-kriterju ta’ l-iżbilanċ mhuwiex sodisfatt. |
|
(9) |
Il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali jibqa’ ferm taħt is-60 % tal-valur ta’ referenza (id-dejta ta’ l-EDP f’Marzu rrapportat proporzjon ta’ 43,0 % tal-PGD (4) fis-sena finanzjarja 2007/08), għalkemm b’tendenza li jogħla sa l-2009/10. Fit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-proporzjon tad-dejn huwa mbassar li jilħaq madwar 47
|
|
(10) |
Skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, “fatturi rilevanti oħrajn” jistgħu jitqiesu biss fid-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv b’konformità ma’ l-Artikolu 104(6) jekk il-kundizzjoni doppja – li l-iżbilanċ jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u li l-eċċess tiegħu ‘il fuq mill-valur ta’ referenza jkun temporanju – tiġi sodisfatta għal kollox. Din il-kundizzjoni doppja ma ġietx sodisfatta. Għalhekk, fatturi rilevanti oħrajn ma jitqisux fil-passi li jwasslu għal din id-deċiżjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni kumplessiva jirriżulta li jeżisti żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.
Ghall-Kunsill
Il-President
B. HORTEFEUX
(2) ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.
(3) Stmati mis-servizzi tal-Kummissjoni, b’applikazzjoni tal-metodoloġija komuni għall-istima tad-diskrepanzi fil-produzzjoni.
(4) Bl-użu ta’ PGD aġġustat għal Servizzi Intermedjarji Finanzjarji Kkalkulati Indirettament (FISIM).