4.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M. 10181 — Entega/Viessmann/EMS/EPS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 164/04)

1.   

Fis-26 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Entega AG (“Entega”, il-Ġermanja),

—

Viessmann Werke GmbH & Co. KG (“Viessmann”, il-Ġermanja),

—

Energy Market Solutions GmbH (“EMS”, il-Ġermanja) u

—

Energy Project Solutions GmbH (“EPS”, il-Ġermanja), li t-tnejn bħalissa huma proprjetà kollha kemm huma ta’ Viessmann permezz ta’ Digital Energy Solutions GmbH & Co. KGA (il-Ġermanja).

Entega u Viessmann jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ EMS u Entega takkwista l-kontroll esklużiv ta’ EPS fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Entega hija attiva fl-oqsma tan-negozju tal-produzzjoni tal-enerġija, il-kummerċ tal-enerġija, il-provvista tal-enerġija, in-networks tal-enerġija, il-ġestjoni operattiva pubblika u s-servizzi kondiviżi, flimkien mas-sussidjarji tagħha,

—

Viessmann hija attiv fil-manifattura ta’ sistemi ta’ tisħin, industrijali u ta’ refriġerazzjoni inkluż l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ sistemi effiċjenti tal-enerġija,

—

EMS tipprovdi prodotti tal-elettriċità ddisinjati apposta lid-djar u entitajiet kummerċjali kif ukoll soluzzjonijiet intelliġenti ta’ servizz lil parteċipanti ġodda tas-suq tal-enerġija,

—

EPS toffri servizzi ta’ konsultazzjoni, ippjanar u ġestjoni ta’ proġetti biex tagħmel l-aħjar użu mill-potenzjal tal-enerġija għall-kumpaniji u n-negozji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10181 - Entega/Viessmann/EMS/EPS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).