Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU III - POLITIKA F'OQSMA OĦRA - Sezzjoni 3 - Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali - Artikolu III-223
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0099 - 0099
Artikolu III-223 1. Bla preġudizzju għall-artikolu III-224, il-liġi ewropea għandha tiddefinixxi l-kompiti, l-għanijiet ewlenin u l-organizzazzjoni tal-fondi strutturali, li jistgħu jinvolvu r-raggruppament tal-fondi, r-regoli ġenerali applikabbli għalihom kif ukoll id-disposizzjonjiet meħtieġa sabiex tiġi assigurata l-effikaċja tagħhom u l-kordinazzjoni tal-fondi bejn xulxin u ma' l-istrumenti finanzjarji oħra eżistenti. Fond ta' Koeżjoni stabbilit b'liġi Ewropea għandu jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għal proġetti fl-oqsma ta' l-ambjent u tar-rettikolati trans-Ewropej fil-kamp ta' l-infrastruttura tat-trasport. Fil-każijiet kollha, l-liġi Ewropea għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni u mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. 2. L-ewwel disposizzjonijiet dwar il-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni li jiġu adottati wara dawk li jkunu fis-seħħ fid-data meta t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa jiġi ffirmat għandhom jiġu stabbiliti b'liġi Ewropea tal-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jkollu l-kunsens tal-Parlament Ewropew. --------------------------------------------------