31978L0511



Official Journal L 157 , 15/06/1978 P. 0034 - 0034
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0004
Greek special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0150
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0004
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 14 P. 0118
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 14 P. 0118


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-24 ta’ Mejju 1978

li temenda d-Direttiva 74/268/KEE li tistipula kondizzjonijiet speċjali dwar il-preżenza ta’ "Avena fatua" fiż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf u taċ-ċereali

(78/511/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-bejgħ ta’ żerriegħa tal-pjanta tal-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 78/55/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 ta’ l-istess Direttiva,

Billi d-Direttiva msemmija stipulat tolleranzi fir-rigward tal-presenza ta’ l-Avena fatua fiż-żerriegħa tal-pjanta ta’ l-għalf;

Billi dawn it-tolleranzi dehru li kienu għolja wisq għal ċerti ħtiġijiet;

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 74/268/KEE tat-2 ta’ Mejju 1974 [3] għalhekk stipulat kondizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-preżenza ta’ l-Avena fatua fiż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf;

Billi l-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 78/386/KEE tat-18 ta’ April 1978 li temenda l-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf [4] stipulat kondizzjonijiet ġodda fil-livell ta’ Komunità fir-rigward tal-preżenza ta’ l-Avena fatua fiż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf;

Billi minħabba dawn l-emendi l-kondizzjonijiet speċjali li jinsabu fid-Direttiva 74/268/KEE m’għadhomx aktar meħtieġa;

Billi dawn il-kondizzjonijiet speċjali għandhom għalhekk jiġu mħassra sa fejn jolqtu ż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf;

Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żerriegħa w Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 74/268/KEE qiegħed hawnhekk jiġi mħassar.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, mhux aktar tard mill-1 Lulju 1980, il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Minn issa ‘l quddiem għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan, li imbagħad għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Mejju 1978.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66.

[2] ĠU L 16, ta’ l-20.1.1978, p. 23.

[3] ĠU L 141, ta’ l-24.5.1974, p. 19.

[4] ĠU L 113, tal-25.4.1978, p. 1.

--------------------------------------------------