|
30.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 362/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1578
tad-29 ta’ Ottubru 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2015/1755. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li tiġi emendata l-informazzjoni dwar żewġ persuni fiżiċi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755, l-entrati 1 u 2 taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2” huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
|
“1. |
Godefroid BIZIMANA |
Ġeneru: Raġel Data tat-twelid: 23.4.1968 Post tat-twelid: Nyagaseke, Mabayi, Cibitoke Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0001520 |
“Chargé de missions de la Présidence” u eks Viċi Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali. Fil-31 ta’ Diċembru 2019, is-Sur Bizimana ġie promoss għall-grad ta’ Kap Kummissarju tal-Pulizija. Responsabbli li dgħajjef id‐demokrazija billi ħa deċiżjonijiet operazzjonali li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza u atti ta’ repressjoni vjolenti lejn dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fis-26 ta’ April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza. |
|
2. |
Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA |
Ġeneru: Raġel Data tat-Twelid: 1.8.1970 Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000761 |
Ministru għall-Intern, l-Iżvilupp tal-Komunità u s-Sigurtà Pubblika minn Ġunju 2020. Eks kap tal-Kabinett tal-Amministrazzjoni Presidenzjali (Présidence) responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-Pulizija Nazzjonali bejn Mejju 2013 u Novembru 2019 u eks Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence bejn Novembru 2019 u Ġunju 2020. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ta struzzjonijiet li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza, atti ta’ vjolenza, atti ta’ repressjoni u ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta’ persuni li ħadu sehem fi protesti mis-26 ta’ April 2015 ’ il quddiem, wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza, inkluż fis-26, 27 u t-28 ta’ April 2015 fid-distretti ta’ Nyakabiga u Musaga f’Bujumbura.” |