31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 86/2013

tat-3 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Anness XII (Moviment Liberu ta’ Kapital) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 3 (ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b’dan li ġej:

“ 32009 R 0924: Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11), kif emendat permezz ta’:

—

32012 R 0260: Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 94, 30.3.2012. p. 22).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

L-Artikolu 2(12) jinqara kif ġej:

’ ‘mikrointrapriża’ tfisser intrapriża, li, meta jintemm il-kuntratt ta’ servizzi ta’ ħlas, tkun kwalunkwe entità marbuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma ġuridika. Dan jinkludi, b’mod partikolari, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja impenjati b’attivitajiet ta’ sengħa jew attivitajiet oħra, u sħubiji jew assoċjazzjonijiet li jkunu impenjati b’mod regolari f’attività ekonomika. Il-kategorija ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u medji (SMEs) hija magħmula minn intrapriżi li jimpjegaw anqas minn 250 persuna u li għandhom dħul annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun. Fil-kategorija tal-SMEs, mikrointrapriża hija ddefinita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 10 persuni u li d-dħul annwali tagħhom u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali ma jaqbiżx iż-EUR 2 miljuni.’ ”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 3 (ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“3a.

32012 R 0260: Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

L-Artikolu 2(23) jinqara kif ġej:

‘ ‘mikrointrapriża’ tfisser intrapriża, li, meta jintemm il-kuntratt ta’ servizzi ta’ ħlas, tkun kwalunkwe entità marbuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma ġuridika. Dan jinkludi, b’mod partikolari, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja impenjati b’attivitajiet ta’ sengħa jew attivitajiet oħra, u sħubiji jew assoċjazzjonijiet li jkunu impenjati b’mod regolari f’attività ekonomika. Il-kategorija ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u medji (SMEs) hija magħmula minn intrapriżi li jimpjegaw anqas minn 250 persuna u li għandhom dħul annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun. Fil-kategorija tal-SMEs, mikrointrapriża hija ddefinita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 10 persuni u li d-dħul annwali tagħhom u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali ma jaqbiżx iż-EUR 2 miljuni.’ ”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 u (UE) Nru 260/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11.

(2)   ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.