|
25.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/142 |
LINJA GWIDA (UE) 2022/311 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Frar 2022
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2022/4)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar ċerti limiti massimi għar-remunerazzjoni tad-depożiti tal-gvern, kif speċifikat fil-Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/7) (1). |
|
(2) |
Limitazzjonijiet fuq ir-remunerazzjoni ta’ depożiti tal-gvern miżmumin għand bank ċentrali nazzjonali (BĊNi) bħala aġenti fiskali skont l-Artikolu 21.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiġu speċifikati biex tinkiseb il-politika monetarja unika, b’mod partikolari sabiex jingħataw inċentivi biex depożiti tal-gvern jitpoġġew fis-suq, biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-likwidità u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Barra minn dan, l-introduzzjoni ta’ livell massimu fuq ir-remunerazzjoni ta’ depożiti tal-gvern ibbażat fuq rati tas-suq tal-flus tiċċara l-kriterji u tiffaċilita l-monitoraġġ tal-konformità tal-BĊNi mal-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju mwettaq mill-BĊE skont l-Artikolu 271(d) tat-Trattat. |
|
(3) |
Il-Linja Gwida 2013/47/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/27) (2) fiha dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni fuq il-kontijiet tal-Modulu tal-Ħlas (Payments Module), is-subkontijiet tagħhom u l-Kontijiet ta’ Flus Dedikati TIPS. Il-gvernijiet, kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 (BĊE/2019/7), jistgħu jipparteċipaw fit-TARGET2, kif stabbilit fl-Artikolu 4(2)(a) jew (b) tal-Anness II u fl-Artikolu 5(2)(a) jew (b) tal-Anness IIb tal-Linja Gwida BĊE/2012/27, u jistgħu jżommu bilanċi f’dawn il-kontijiet mil-lum għall-għada. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar ir-remunerazzjoni ta’ tali kontijiet jistgħu jinterferixxu mal-prinċipji ġenerali dwar ir-remunerazzjoni tad-depożiti tal-gvern kif approvati mill-Kunsill Governattiv fejn wara l-waqfien tal-medja tal-indiċi ta’ matul il-lejl tal-euro (EONIA) minn Jannar 2022 il-limitu massimu ta’ remunerazzjoni applikabbli għal tali kontijiet u subkontijiet għandu jkun ir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR). |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti u effettiva tal-prinċipji ġenerali dwar ir-remunerazzjoni tad-depożiti tal-gvern, huwa meħtieġ li jiġu ċċarati u aġġornati d-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27). |
|
(5) |
Għall-finijiet tal-limitazzjoni fuq ir-remunerazzjoni tad-depożiti tal-gvern, għandha tapplika l-Linja Gwida (UE) 2019/671 (BĊE/2019/7). |
|
(6) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) għandha tiġi emendata hekk kif ġej, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
L-Annessi II u IIb għal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) huma emendati b’mod konformi mal-Anness għal din il-Linja Gwida.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mit-2 ta’ Mejju 2022. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Marzu 2022.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).
(2) Linja Gwida 2013/47/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2012/27) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
ANNESS
L-Annessi II u IIb tal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) huma emendati kif gej:
|
(1) |
fl-Anness II, it-Titolu IV, l-Artolu 12, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “5. Kontijiet PM u s-subkontijiet tagħhom għandhom jew ikunu remunerati b’żero fil-mija jew bir-rata ta’ faċilità ta’ depożitu, hi liema hi l-aktar baxxa, ħlief jekk jintużaw biex iżommu kwalunkwe minn dawn li ġejjin
Fil-każ ta’ riżervi minimi, il-kalkolu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandhom ikunu rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 (*1) u r-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) (*2). Fil-każ ta’ eċċess ta’ riżervi, il-kalkolu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandhom ikunu rregolati mid-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 (BĊE/2019/31) (*3). Fil-każ ta’ depożiti tal-gvern, ir-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet relatati ma’ dawk id-depożiti tal-gvern kif stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 (BĊE/2019/7) (*4). (*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1)." (*2) Ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1)." (*3) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12)." (*4) Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).”;" |
|
(2) |
fl-Anness IIb, it-Titolu IV, l-Artolu 15, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “5. It-TIPS DCA għandhom jew jiġu remunerati b’żero fil-mija jew ir-rata tal-faċilità tad-depożitu, liema minnhom tkun l-iktar baxxa, sakemm ma jintużawx biex iżommu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
Fil-każ ta’ riżervi minimi, il-kalkolu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandhom ikunu rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 (*5) u r-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) (*6). Fil-każ ta’ eċċess ta’ riżervi, il-kalkolu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandhom ikunu rregolati mid-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 (BĊE/2019/31) (*7). Fil-każ ta’ depożiti tal-gvern, ir-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet relatati ma’ dawk id-depożiti tal-gvern kif stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 (BĊE/2019/7) (*8). (*5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1)." (*6) Ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1)." (*7) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12)." (*8) Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).”." |
(*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1).
(*2) Ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1).
(*3) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).
(*4) Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).”;
(*5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1).
(*6) Ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1).
(*7) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).
(*8) Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).”.”