31982D0495



Official Journal L 219 , 28/07/1982 P. 0052 - 0052
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0123
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0006
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0123
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0006


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Lulju 1982

fuq il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja fuq il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka

(82/495/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka huwa fl-interess kemm ta' parti kif ukoll ta' l-oħra,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim li bih jorbot il-Komunità.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

K. OLESEN

Proofread by Stephen Zammit