|
30.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/72 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 73/2018
tat-23 ta’ Marzu 2018
li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2020/90]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1231 tas-6 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni neċessarji biex tiġi riflessa bidla fil-proċedura tat-test regolatorju bl-iskop li jiġu ċċarati aspetti proċedurali u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied mal-punt 21aez (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32017 R 1231: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1231 tas-6 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 177, 8.7.2017, p. 11).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1231 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 177, 8.7.2017, p. 11.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) Ara paġna xxx ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.