|
20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/44 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1531
tal-17 ta’ Settembru 2021
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-aklonifen, għall-akrinatrina, għall-Bacillus pumilus QST 2808, għall-etirimol, għall-pentijopirad, għall-pikloram u għar-razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp. f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għall-aklonifen, għall-akrinatrina u għall-etirimol ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għall-pentijopirad u għall-pikloram ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Għall-Bacillus pumilus QST 2808 u għar-razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp. ma ġewx stabbiliti MRLs speċifiċi fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u dawk is-sustanzi ma ġewx inklużi fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament lanqas, u għaldaqstant japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tiegħu. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva aklonifen fuq iż-żerriegħa tal-bużbież u l-frott tal-karwija, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-modifika tal-MRLs eżistenti. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-akrinatrina, tressqet applikazzjoni ta’ dan it-tip għall-ħass. Fir-rigward tal-pentijopirad, tressqet applikazzjoni ta’ dan it-tip għall-krafes u għall-bużbież ta’ Firenze. Fir-rigward tal-pikloram, tressqet applikazzjoni ta’ dan it-tip għall-brassika li tagħmel il-fjuri. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni, u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumatur u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat l-opinjonijiet motivati tagħha dwar l-MRLs proposti (2). L-Awtorità bagħtet dawk l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u qegħdithom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-data ġew issodisfati u li, abbażi tal-valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumatur, il-modifiki tal-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-iktar tagħrif reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista’ jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment tul perjodu qasir minħabba livell għoli ta’ konsum tal-prodotti rilevanti, ma wrew li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-etirimol, ġew modifikati diversi MRLs permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1566 (3). Dak ir-Regolament naqqas l-MRL għall-etirimol fil-ħjar għal 0,05 mg/kg minħabba żball ta’ rappurtar. L-etirimol huwa l-metabolita ewlenija tal-bupirimat li attwalment jintuża fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f’diversi Stati Membri. B’konsegwenza ta’ dan, it-tnaqqis tal-MRL għall-etirimol jista’ jirriżulta f’eċċessi potenzjali tal-MRL wara l-użu legali tal-bupirimat. Sabiex dan jiġi evitat, fil-25 ta’ Awwissu 2020 l-Istat Membru Relatur ressaq rapport ta’ evalwazzjoni emendat lill-Awtorità, li min-naħa tagħha ppubblikat korrezzjoni tal-opinjoni motivata rilevanti fit-30 ta’ Settembru 2020 (4), fejn irrakkomanda li l-MRL għall-etirimol fil-ħjar jiġi stabbilit għal 0,2 mg/kg. Fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jixraq li l-MRL għall-etirimol fil-ħjar, previst f’dan ir-Regolament, japplika mill-istess data bħad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1566. |
|
(8) |
Għall-Bacillus pumilus QST 2808 u għar-razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp., l-Awtorità ressqet opinjonijiet motivati (5) (6) f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. F’dawk l-opinjonijiet, l-Awtorità rrakkomandat l-inklużjoni taż-żewġ sustanzi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(9) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki rispettivi tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-17 ta’ Mejju 2021 fir-rigward tal-MRL għall-etirimol fil-ħjar.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-17 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA huma disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu:
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for aclonifen in fennel seed and caraway fruit (Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta’ residwi għall-aklonifen fiż-żerriegħa tal-bużbież u fil-frott tal-karwija). EFSA Journal 2020;18(7):6219.
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue level for acrinathrin in lettuce (Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livell massimu ta’ residwi eżistenti għall-akrinatrina fil-ħass). EFSA Journal 2020;18(7):6218.
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for penthiopyrad in Florence fennels and celeries (Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-limiti massimi ta’ residwi eżistenti għall-pentijopirad fil-bużbież ta’ Firenze u fil-krafes). EFSA Journal 2020;18(9):6259.
Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for picloram in flowering brassica (Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRL eżistenti għall-pikloram fil-brassika li tagħmel il-fjuri). EFSA Journal 2020;18(10):6272.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1566 tas-27 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi tal-bupirimate, tal-carfentrazone-ethyl, tal-ethirimol, u tal-pyriofenone f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 358, 28.10.2020, p. 30).
(4) Reasoned opinion on the Review of the existing maximum residue levels for bupirimate according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005 (Opinjoni motivata dwar ir-Rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-bupirimat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005). EFSA Journal 2019;17(7):5757.
(5) Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for Bacillus pumilus QST 2808 according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005 (Opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-Bacillus pumilus QST 2808 skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005). EFSA Journal 2020;18(5):6115.
(6) Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for Pseudomonas sp. strain DSMZ 13134 according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005 (Opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għar-razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp. skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005). EFSA Journal 2020;18(8):6234.
ANNESS
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għall-aklonifen, għall-akrinatrina u għall-etirimol huma sostitwiti b’dan li ġej: Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonni għall-pentijopirad u għall-pikloram huma sostitwiti b’dan li ġej: Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
|
(3) |
Fl-Anness IV, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu f’ordni alfabetika: “Bacillus pumilus QST 2808” u “razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp.”. |
(*1) Limitu ta’ kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa ta’ prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs tinsab fl-Anness I.
(*2) Limitu ta’ kwantifikazzjoni analitika
(2) Il-lista sħiħa ta’ prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs tinsab fl-Anness I.