Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VI: IT-TRASPORT - Artikolu 96 (ex Artikolu 76 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0086 - 0087
Artikolu 96 (ex Artikolu 76 TKE) 1. Dwar trasport effettwat fi ħdan l-Unjoni, l-applikazzjoni imposta minn Stat Membru ta' prezzijiet u kondizzjonijiet li jinvolvu element ta' sostenn jew protezzjoni, għall-benefiċċju ta' impriża jew industrija waħda jew iktar partikolari, għandha tkun projbita, sakemm ma tkunx awtoriżżata mill-Kummissjoni. 2. Il-Kummissjoni għandha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru, teżamina l-prezzijiet u l-kondizzjonijiet imsemmija f’paragrafu 1, b’kunsiderazzjoni partikolari, min-naħa l-waħda, għall-esiġenzi ta' politika ekonomika reġjonali adegwata, l-bżonnijiet ta' reġjuni sottożviluppati, u l-problemi ta' reġjuni milqutin serjament minn ċirkostanzi politiċi u, min-naħa l-oħra, għall-effetti ta' dawk il-prezzijiet u kondizzjonjiet fuq il-kompetizzjoni bejn il-forom differenti ta' trasport. Wara li tikkonsulta kull Stat Membru interessat, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa. 3. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal tariffi ta' kompetizzjoni. --------------------------------------------------