31985R1748



Official Journal L 167 , 27/06/1985 P. 0026 - 0027
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0065
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 13 P. 0226
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0065
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 13 P. 0226


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1748/85

tal-25 ta' Ġunju 1985

dwar il-proċedura biex jiġi stabbilit il-kontenut tax-xaħam fid-dqiq tal-qamħirrun li jaqa' taħt is-subintestatura 11.01 E u n-nuħħala u l-granza tal-qamħirrun li jaqgħu taħt is-subintestatura 11.02 A V tat-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,

Billi, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar il-klassifika ta' dqiq tal-qamħirrun u n-nuħħala u l-granza tal-qamħirrun;

Billi, skond is-subintestaturi 11.01 E u 11.02 A V tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3400/84 [4], in-nuħħala u l-granza tal-qamħirrun jiġu klassifikati skond il-kontenut tax-xaħam;

Billi metodu biex jiġi stabbilit il-kontenut tax-xaħam għandu jiġi stabbilit;

Billi wara studji li saru, il-proċedura stabbilita fl-Anness ma' dan ir-Regolament tidher li toffri l-aħjar salvagwardji;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni;

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kontenut tax-xaħam ta' dqiq tal-qamħirrun li jaqa' taħt is-subintestatura 11.01 E u tan-nuħħala u tal-granza tal-qamħirrun li jaqgħu taħt is-subintestatura 11.02 A V tat-Tariffa Doganala Komuni għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 1985.

F'isem il-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, p. 1.

[3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

[4] ĠU L 320, ta' l-10.12.1984, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Proċedura biex jiġi determinat il-kontenut tax-xaħam fid-dqiq tal-qamħirrun li jaqa’ taħt is-subintestatura 11.01 E u l-granza u n-nuħħala tal-qamħirrun li jaqgħu taħt is-subintestatura 11.02 A V tat-Tariffa Doganali Komuni

ID-DQIQ TAL-QAMĦIRRUN

Il-metodu ta' l-analiżi li għandu jintuża huwa dak li jidher f'Anness I (metodu A) mad-Direttiva tal-Kummissjoni 84/4/KEE (ĠU L 15, tat-18.1.1984, p. 29).

IN-NUĦĦALA U L-GRANZA TAL-QAMĦIRRUN

Il-kampjun għandu jintaħan biex aktar minn 90 % tiegħu jkun jista’ jgħaddi minn għarbiel b'malji ta' qies ta' 500 mikroni, waqt li 100 % jkun jista’ jgħaddi minn għarbiel b'malji ta' qies ta' 1000 mikroni.

Il-metodu ta' l-analiżi li għandu jintuża huwa dak li jidher f'Anness I (metodu A) tad-Direttiva tal-Kummissjon 84/4/KEE.

--------------------------------------------------