SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
21 ta’ Mejju 2026 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 – Impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ ffissar tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina – Artikolu 1(3) – Dikjarazzjoni doganali – Talba għal rettifika – Preżentazzjoni mill-importatur, wara d-dikjarazzjoni doganali, ta’ fattura kummerċjali li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni”
Fil-Kawża C‑889/24,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Qorti Amministrattiva Distrettwali), permezz ta’ deċiżjoni tal‑20 ta’ Diċembru 2024, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑20 ta’ Diċembru 2024, fil-proċedura
“DELVE 2” SIA
vs
Valsts ieņēmumu dienests,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn K. Jürimäe, Presidenta tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, F. Schalin (Relatur), M. Gavalec u Z. Csehi, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: A. Biondi,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għall-Gvern Latvjan, minn E. Bārdiņš, J. Davidoviča u K. Pommere, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Belġjan, minn S. Baeyens u M. Jacobs, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Naglis u R. Pethke, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas‑16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2022, L 36, p. 1). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn “DELVE 2” SIA (iktar ’il quddiem “Delve”), kumpannija rregolata mid-dritt Latvjan, u l-Valsts ieņēmumu dienests (l-awtorità tat-taxxa, il-Latvja) dwar iċ-ċaħda, minn din tal-aħħar, tat-talba ta’ Delve intiża għar-rettifika ta’ dikjarazzjonijiet doganali abbażi ta’ fatturi kummerċjali validi redatti wara dawn id-dikjarazzjonijiet. |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191
|
3 |
Il-premessi 606 sa 607 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 2022/191 jipprovdu:
|
|
4 |
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi: “(1) Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar, għajr tal-azzar inossidabbli, jiġifieri viti tal-injam (esklużi coach screws), viti self-tapping, viti oħrajn u boltijiet bl-irjus (bl-iskorfini jew bil-woxers tagħhom jew mingħajrhom, iżda esklużi viti u boltijiet għall-irbit ta’ materjal tal-kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija), u woxers li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM 73181290, 73181491, 73181499, 73181558, 73181568, 73181582, 73181588, ex73181595 (kodiċijiet TARIC 7318159519 u 7318159589), ex73182100 (kodiċijiet TARIC 7318210031, 7318210039, 7318210095 u 7318210098) u ex73182200 (kodiċijiet TARIC 7318220031, 7318220039, 7318220095 u 7318220098). “(2) Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
(3) L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: ‘Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz tagħha) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.’ Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha. 4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.” |
|
5 |
L-Anness tal-imsemmi regolament ta’ implimentazzjoni, intitolat “Produtturi esportaturi li kkooperaw mhumiex fil-kampjun”, huwa kkostitwit minn tabella fil-forma segwenti:
|
|
6 |
Il‑Kodiċi Doganali tal‑Unjoni
|
7 |
L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2, iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali tal-Unjoni”), intitolat “L-għoti ta’ informazzjon[i] lill-awtoritajiet doganali”, jipprovdi: “1. Kwalunkwe persuna direttament jew indirettament involuta fit-twettiq tal-formalitajiet doganali jew ta’ kontrolli doganali, fuq it-talba tal-awtoritajiet doganali u fi kwalunkwe limitu ta’ żmien speċifikat, għandha tipprovdi lil dawk l-awtoritajiet bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa, f’forma xierqa, u l-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ dawk il-formalitajiet jew kontrolli. 2. Il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid, minn persuna lill-awtoritajiet doganali, jew il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew kwalunkwe deċiżjoni oħra, tirrendi l-persuna kkonċernata responsabbli għal dan li ġej:
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-għoti ta’ kwalunkwe informazzjoni fi kwalunkwe forma oħra mitluba minn, jew mogħtija lill-awtoritajiet doganali. […]” |
|
8 |
L-Artikolu 46 ta’ dan il-kodiċi, intitolat “Il-ġestjoni tar-riskji u l-kontrolli doganali”, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħmlu kwalunkwe kontrolli doganali li jqisu meħtieġa. Il-kontrolli doganali jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari f’eżami tal-merkanzija, teħid ta’ kampjuni, verifika tal-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija f’dikjarazzjoni jew notifika u l-eżistenza, l-awtentiċità, il-preċiżjoni u l-validità ta’ dokumenti, eżami tal-kontabbiltà tal-operaturi ekonomiċi u kotba oħra, ispezzjonar ta’ mezzi tat-trasport, ispezzjonar ta’ bagalji u merkanzija oħra li jinġarru minn jew fuqhom persuni u twettiq ta’ stħarriġ uffiċjali u atti simili oħrajn.” |
|
9 |
L-Artikolu 48 tal-imsemmi kodiċi, intitolat “Il-kontroll wara r-rilaxx”, huwa fformulat kif ġej: “Għall-għanijiet tal-kontrolli doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jivverifikaw il-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija f’dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid, u l-eżistenza u l-awtentiċità, il-preċiżjoni u l-validità ta’ kull dokument ta’ sostenn u jistgħu jeżaminaw il-kontijiet tad-dikjarant u kotba oħra marbuta mal-operazzjonijiet fir-rigward tal-merkanzija inkwistjoni jew ta’ operazzjonijiet kummerċjali preċedenti jew sussegwenti li jinvolvu dik il-merkanzija wara li jkunu rilaxxawha. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jeżaminaw ukoll tali merkanzija u/jew jieħdu kampjuni fejn ikun għadu possibbli għalihom li jagħmlu dan. |
|
10 |
Tali kontrolli jistgħu jsiru fil-bini tad-detentur tal-merkanzija jew tar-rappreżentant tad-detentur, ta’ kwalunkwe persuna oħra direttament jew indirettament involuta f’dawk l-operazzjonijiet f’kapaċità ta’ negozju jew ta’ kwalunkwe persuna oħra fil-pussess ta’ dawk id-dokumenti u data għal finijiet ta’ negozju.” |
|
11 |
L-Artikolu 173 tal-istess kodiċi, intitolat “L-emendar ta’ dikjarazzjoni doganali”, jipprevedi fil-paragrafu 3 tiegħu: “Wara applikazzjoni mid-dikjarant, fi żmien tliet snin mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, l-emendar tad-dikjarazzjoni doganali jista’ jkun permess wara r-rilaxx tal-merkanzija sabiex id-dikjarant ikun jista’ jikkonforma mal-obbligi tiegħu marbuta mat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
12 |
Fix-xahar ta’ Lulju 2022, Delve ppreżentat tliet dikjarazzjonijiet doganali għall-finijiet tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera ta’ merkanzija kklassifikata bħala “woxers tal-ħadid jew tal-azzar” (iktar ’il quddiem il-“merkanzija inkwistjoni”), miksuba mingħand Tandl Industry Co., Ltd, kumpannija stabbilita fiċ-Ċina. Il-merkanzija inkwistjoni ġiet iddikjarata taħt il-kodiċi 73182200 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 tat‑12 ta’ Ottubru 2021 (ĠU 2021, L 385, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2021, L 414, p. 1, fil-ĠU 2022, L 13, p. 75 u fil-ĠU 2022, L 119, p. 115) (iktar ’il quddiem in-“NM”), u taħt il-kodiċi 7318220098 tat-tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej (TARIC) imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2658/87. |
|
13 |
Flimkien ma’ dawn id-dikjarazzjonijiet doganali, kien hemm fatturi bid-data tat‑22 ta’ Diċembru 2021 li la kienu jindikaw l-identità tal-emittent tagħhom u lanqas il-produttur tal-merkanzija inkwistjoni li kienu jirreferu għaliha. Konsegwentement, il-merkanzija inkwistjoni kienet suġġetta għar-rata ta’ dazju antidumping definittiv ta’ 86.5 % (kodiċi addizzjonali TARIC C999), applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”, konformement mat-tabella li tinsab fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191. |
|
14 |
Fix-xahar ta’ Settembru 2022, Delve ressqet talba għar-rettifika tal-imsemmija dikjarazzjonijiet doganali quddiem l-awtorità tat-taxxa. Permezz ta’ din ir-rettifika, Delve kellha l-intenzjoni li tissostitwixxi l-kodiċi addizzjonali TARIC C999 bil-kodiċi addizzjonali TARIC C797, applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-manifattur Jiashan Xiaohai Metal Products Factory, elenkat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191. Skont Delve, minn dan kellha tirriżulta l-applikazzjoni tar-rata ta’ dazju antidumping definittiv ta’ 39.6 %, applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness”, kif jipprevedi dan l-istess Artikolu 1(2). Din it-talba għal rettifika kienet akkumpanjata mit-tieni verżjoni tat-tliet fatturi msemmija fil-punt preċedenti, li madankollu kienu mill-ġdid indikati bid-data tat‑22 ta’ Diċembru 2021. |
|
15 |
Madankollu, l-awtorità tat-taxxa rrifjutat li twettaq ir-rettifiki mitluba minħabba li d-dikjarazzjoni tal-manifattur ma kinitx konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191. Minn naħa, hija rrilevat li l-prodott indikat fid-dikjarazzjoni, jiġifieri “viti”, ma setax jiġi assimilat mal-prodott iddikjarat, jiġifieri “woxers”. Min-naħa l-oħra, hija rrilevat li d-dikjarazzjoni rrettifikata la kienet tinkludi l-isem tar-rappreżentant li kien iffirmaha u lanqas id-data. |
|
16 |
Fis‑6 ta’ Marzu 2023, Delve adixxiet lill-awtorità tat-taxxa b’talba ġdida intiża għar-rettifika tat-tliet dikjarazzjonijiet doganali, flimkien mat-tielet verżjoni tat-tliet fatturi msemmija fil-punt 11 ta’ din is-sentenza. Dawn id-dokumenti l-ġodda, għalkemm redatti wara d-dikjarazzjonijiet doganali, kien għad kellhom id-data tat‑22 ta’ Diċembru 2021. Permezz ta’ tliet deċiżjonijiet adottati fil‑15 ta’ Diċembru 2023, l-awtorità tat-taxxa, minkejja li kkonstatat li dawn il-fatturi tal-aħħar kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti formali tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191, madankollu rrifjutat mill-ġdid li tirrettifika dawn id-dikjarazzjonijiet doganali. |
|
17 |
L-awtorità tat-taxxa, filwaqt li rreferiet, b’mod partikolari, għall-premessi 606 u 607 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191 u għas-sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2017, Tigers (C‑156/16, iktar ’il quddiem is-“sentenza Tigers, EU:C:2017:754), fil-fatt qieset li s-sottomissjoni, wara l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali, ta’ fattura konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu 1(3), ma kinitx suffiċjenti fiha nnifisha sabiex tintalab l-applikazzjoni awtomatika tar-rata ta’ dazju antidumping individwali. Delve kellha tippreżenta, għal dan l-għan, provi li jistabbilixxu inekwivokalment li Jiashan Xiaohai Metal Products Factory kienet il-produttur effettiv tal-merkanzija inkwistjoni, li dan l-importatur naqas milli jwettaq. |
|
18 |
Delve ppreżentat rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet tal-awtorità tat-taxxa quddiem l-Administratīvā rajona tiesa (il-Qorti Amministrattiva Distrettwali, il-Latvja), li hija l-qorti tar-rinviju. Insostenn tar-rikors tagħha, hija ssostni li hija kkonformat ruħha mar-rekwiżiti formali tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191, li kkonfermat l-awtorità tat-taxxa stess. Għaldaqstant, din tal-aħħar kien messha aċċettat ir-rettifika tad-dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati u applikat ir-rata mnaqqsa ta’ dazju antidumping applikabbli għal Jiashan Xiaohai Metal Products Factory. |
|
19 |
Il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar il-fatt li importatur jista’ jinvoka d-dritt li jirrettifika dikjarazzjoni doganali li inizjalment ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191 billi jipproduċi, wara din id-dikjarazzjoni, u għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju antidumping imnaqqsa, fattura konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. |
|
20 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirrileva kontradizzjoni potenzjali bejn il-formulazzjoni tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191, li teżiġi l-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida, u l-premessa 607 ta’ dan ir-regolament, li tipprovdi li l-preżentazzjoni ta’ tali fattura ma għandhiex tkun l-uniku element li l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni. |
|
21 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Administratīvā rajona tiesa (il-Qorti Amministrattiva Distrettwali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
22 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191 għandux jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-iffissar ta’ dazju antidumping definittiv, din id-dispożizzjoni tippermetti lill-importatur jippreżenta, wara d-dikjarazzjoni doganali, fattura kummerċjali konformi mar-rekwiżiti tagħha, redatta a posteriori. |
|
23 |
Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, hemm lok, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss it-termini tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (sentenza Tigers, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
24 |
Fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 2022/191, dan jipprevedi li l-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju individwali antidumping hija suġġetta għall-preżentazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, ta’ fattura kummerċjali valida, konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-dispożizzjoni. Fin-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ din il-fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha, mhux elenkati f’dan ir-Regolament. |
|
25 |
Minn din il-formulazzjoni jirriżulta b’mod ċar li l-preżentazzjoni ta’ fattura valida, konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-imsemmija dispożizzjoni, tikkostitwixxi kundizzjoni indispensabbli għall-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju antidumping individwali. Min-naħa l-oħra, din il-formulazzjoni ma tipprovdi ebda informazzjoni dwar il-mument li fih għandha tiġi ppreżentata tali fattura. Għaldaqstant, din ma tipprojbixxix li fattura, li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-imsemmija dispożizzjoni, tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali wara d-dikjarazzjoni doganali (ara, b’analoġija, is-sentenza Tigers, punti 23 u 24). L-istess formulazzjoni lanqas ma tipprojbixxi li tali fattura tiġi redatta jew ikkoreġuta a posteriori. |
|
26 |
Fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191, għandu jiġi kkonstatat li dan ir-regolament ma jinkludi ebda dispożizzjoni oħra li tippreċiża l-mument li fih fattura kummerċjali valida għandha tiġi ppreżentata lid-dwana. |
|
27 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191 jipprevedi li, bla ħsara għal indikazzjoni kuntrarja, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tad-dazji doganali huma applikabbli. Għalhekk, sa fejn dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni ma jinkludix indikazzjoni kuntrarja, il-modalitajiet ta’ preżentazzjoni u ta’ kontroll tad-dikjarazzjonijiet doganali ta’ prodotti suġġetti għal dazji antidumping huma rregolati mill-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza Tigers, punt 27). |
|
28 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat li dan il-kodiċi ma jippreċiżax espliċitament il-mument li fih għandha tiġi ppreżentata fattura kummerċjali. |
|
29 |
Madankollu, minn naħa, l-Artikolu 173 tal-imsemmi kodiċi jipprevedi, f’ċerti każijiet, proċedura ta’ talba għal rettifika a posteriori ta’ dikjarazzjoni doganali. Il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu jipprevedi li, fuq talba tad-dikjarant, f’terminu ta’ tliet snin mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, ir-rettifika tagħha tista’ tiġi awtorizzata wara r-rilaxx tal-merkanzija “sabiex id-dikjarant ikun jista’ jikkonforma mal-obbligi tiegħu marbuta mat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata”. B’hekk, id-dikjarant jista’ jippreżenta informazzjoni u dokumenti ta’ sostenn ġodda insostenn tat-talba għal rettifika. |
|
30 |
Min-naħa l-oħra, mill-Artikoli 46 u 48 tal-istess kodiċi jirriżulta li l-awtoritajiet doganali jistgħu jivverifikaw, fost l-oħrajn, l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta f’dikjarazzjoni jew f’notifika kif ukoll l-eżistenza, l-awtentiċità, l-eżattezza u l-validità ta’ dokumenti. |
|
31 |
Minn dawn id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jirriżulta li huwa permess, f’ċerti ċirkustanzi, li jiġu ppreżentati elementi ġodda li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet doganali, anki wara d-dikjarazzjoni doganali, taħt il-kontroll ta’ dawn l-awtoritajiet. Ma hemm xejn li jindika li huwa eskluż li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida, konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191 (ara, b’analoġija, is-sentenza Tigers, punti 31 u 32). |
|
32 |
Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-għanijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
33 |
Fil-fatt, skont il-premessa 606 tal-imsemmi regolament ta’ implimentazzjoni, sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ evitar minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji antidumping individwali. |
|
34 |
Tali applikazzjoni tiġi ggarantita meta d-dazji antidumping jiġu stabbiliti fid-dawl ta’ elementi li l-eżattezza tagħhom setgħet tiġi vverifikata, jekk neċessarju billi jsir rikors għall-Artikoli 46 u 48 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza Tigers, punt 35). |
|
35 |
Konsegwentement, fir-rigward tal-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191 għandu l-għan li jitnaqqsu r-riskji ta’ evitar permezz ta’ applikazzjoni tajba tad-dazji antidumping, għandu jitqies li jawtorizza lill-importaturi kkonċernati jippreżentaw fattura kummerċjali valida jew verżjoni kkoreġuta jew ġdida ta’ tali fattura, anki wara d-dikjarazzjoni doganali (ara, b’analoġija, is-sentenza Tigers, punt 36). |
|
36 |
Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-iffissar ta’ dazju antidumping definittiv, din id-dispożizzjoni tippermetti lill-importatur jippreżenta, wara d-dikjarazzjoni doganali, fattura kummerċjali konformi mar-rekwiżiti tagħha, redatta a posteriori. |
Fuq it-tieni domanda
|
37 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191, moqri fid-dawl tal-premessa 607 tiegħu, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali dwar merkanzija suġġetta għal rata ta’ dazju antidumping individwali, li hija valida u li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni, jiġġustifika awtomatikament, fih innifsu, l-applikazzjoni ta’ din ir-rata. |
|
38 |
Kif ġie rrilevat fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, l-ewwel nett, mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191 jirriżulta li l-preżentazzjoni ta’ fattura valida, konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-dispożizzjoni, tikkostitwixxi kundizzjoni indispensabbli għall-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju antidumping individwali. Madankollu, din il-formulazzjoni ma tinkludi ebda kjarifika dwar jekk il-preżentazzjoni ta’ tali fattura tikkostitwixxix kundizzjoni suffiċjenti għall-applikazzjoni ta’ rata individwali. |
|
39 |
Fir-rigward, it-tieni nett, tal-kuntest tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt 25 ta’ din is-sentenza, din id-dispożizzjoni għandha tiġi kkombinata mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. |
|
40 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, qabelxejn, li l-Artikolu 15(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jobbliga lid-dikjaranti jipprovdu, fid-dikjarazzjoni tagħhom, informazzjoni eżatta u kompleta. Sussegwentement, kif diġà ġie rrilevat fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, mill-Artikoli 46 u 48 ta’ dan il-kodiċi jirriżulta li l-awtoritajiet doganali jistgħu jivverifikaw, fost l-oħrajn, l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta f’dikjarazzjoni jew f’notifika kif ukoll l-eżistenza, l-awtentiċità, l-eżattezza u l-validità ta’ dokumenti. Fl-aħħar, kif jirriżulta mill-punt 27 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 173(3) tal-imsemmi kodiċi jippermetti, f’ċerti każijiet, ir-rettifika tad-dikjarazzjoni doganali f’terminu ta’ tliet snin mid-data tal-aċċettazzjoni tagħha. |
|
41 |
Madankollu, il-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida, konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191, ma tistax tipprekludi l-eżerċizzju, mill-awtoritajiet doganali, tas-setgħat tagħhom ta’ kontroll u ta’ verifika. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-produzzjoni ta’ tali fattura ma timplikax ipso facto l-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju antidumping individwali. |
|
42 |
Fir-rigward, it-tielet nett, tal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li jagħmel parti minnha l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191, għandu jitfakkar, qabelxejn, li mill-premessa 15 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jirriżulta, essenzjalment, li dan għandu bħala għan il-ġlieda kontra l-frodi u li l-kontrolli doganali huma inerenti għat-twettiq ta’ dan l-għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Ġunju 2023, Zes Zollner Electronic, C‑640/21, EU:C:2023:457, punti 45 u 46). |
|
43 |
Dan l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi huwa rifless ukoll, b’mod iktar speċifiku, fil-premessi 606 u 607 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191. Huwa minnu li, mill-ewwel waħda minn dawn il-premessi jirriżulta li huwa neċessarju, sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ evitar marbuta mad-differenza sinjifikattiva bejn id-diversi rati ta’ dazji antidumping, li l-kumpanniji li jitolbu l-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju antidumping individwali jippreżentaw fattura kummerċjali konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni. Madankollu, mit-tieni waħda minn dawn il-premessi jirriżulta li l-preżentazzjoni ta’ tali fattura ma hijiex l-uniku element li l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni. Fil-fatt, anki fil-każ ta’ preżentazzjoni ta’ fattura konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha, dawn l-awtoritajiet għandhom iwettqu l-kontrolli abitwali tagħhom billi jeżiġu, b’mod partikolari, il-produzzjoni ta’ dokumenti addizzjonali sabiex tiġi vverifikata l-eżattezza tal-informazzjoni fid-dikjarazzjoni doganali u sabiex jiġi ggarantit li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata ta’ dazju inferjuri tkun iġġustifikata, konformement mal-leġiżlazzjoni doganali. |
|
44 |
Kull interpretazzjoni kuntrarja, li skontha s-sempliċi preżentazzjoni ta’ fattura valida hija biżżejjed, anki jekk kien fiha dikjarazzjonijiet foloz, sabiex trendi applikabbli rata ta’ dazju antidumping individwali, hija ta’ natura li tneħħi l-effett ta’ dawn ir-regoli, li huma neċessarji sabiex tiġi miġġielda b’mod effettiv il-frodi, u li jiġu inkoraġġiti l-possibbiltajiet ta’ frodi li jmorru manifestament kontra l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni doganali. |
|
45 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida, konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191, tikkostitwixxi kundizzjoni neċessarja sabiex tiġi ddeterminata r-rata ta’ dazju antidumping individwali, iżda ma tiggarantixxix awtomatikament l-applikazzjoni ta’ din ir-rata. Fil-fatt, anki fil-każ ta’ preżentazzjoni ta’ tali fattura, l-awtoritajiet doganali għandhom, konformement mar-regoli doganali, ikunu f’pożizzjoni li jivverifikaw l-eżattezza tal-informazzjoni inkluża fl-imsemmija fattura. |
|
46 |
Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/191, moqri fid-dawl tal-premessa 607 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali dwar merkanzija suġġetta għal rata ta’ dazju antidumping individwali, li hija valida u li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni, ma jiġġustifikax awtomatikament, fih innifsu, l-applikazzjoni ta’ din ir-rata. |
Fuq l-ispejjeż
|
47 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.