|
19.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 48/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Frar 2009
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-Influwenza tat-Tjur fir-Renju Unit fl-2008
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 977)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2009/142/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 3a(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Influwenza tat-Tjur hija marda virali infettiva tat-tjur u għasafar oħra mrobbija b’impatt serju fuq il-profitabilità tat-trobbija tat-tjur u li toħloq xkiel fil-kummerċ intra-Komunitarju u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Fil-każ ta’ tifqigħa tal-Influwenza tat-Tjur, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinfirex f’irziezet oħra tat-tjur f’dak l-Istat Membru, imma wkoll fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fit-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE li tintroduċi l-miżuri għall-kontroll tal-Influwenza tat-Tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (2) tistipula miżuri li f’każ ta’ tifqigħa għandhom jiġu implimentati immedjatament mill-Istati Membri b’urġenza sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-vajrus. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skont l-Artikolu 3a ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż ta’ ċerti miżuri għall-qerda tal-Influwenza tat-Tjur. |
|
(5) |
L-Artikolu 3a(3), l-ewwel u t-tieni inċiżi tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistabbilixxu regoli dwar il-perċentwali tal-ispejjeż imġarrba mill-Istat Membru li jista’ jkun kopert mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. |
|
(6) |
Il-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-Influwenza tat-Tjur huwa suġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3). |
|
(7) |
Fl-2008 kien hemm tifqigħat tal-Influwenza tat-Tjur fir-Renju Unit. Ir-Renju Unit ħa miżuri, b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE, biex jiġġieled dawn it-tifqigħat. |
|
(8) |
Ir-Renju Unit ikkonforma għal kollox mal-obbligi tekniċi u amministrattivi tiegħu kif stipulati fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
|
(9) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2008 u t-3 ta’ Settembru 2008, ir-Renju Unit ippreżenta stima tal-ispejjeż imġarrba fit-teħid tal-miżuri biex tinqered l-Influwenza tat-Tjur. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lir-Renju Unit
Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tingħata lir-Renju Unit għall-ispejjeż imġarrba minn dak l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri skont l-Artikolu 3a(2) u (3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, fil-ġlieda kontra l-Influwenza tat-Tjur fl-2008.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
(2) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 5.
(3) ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 158.