<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0600484101.case.xml"><NO.CASE>C-445/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0445</NO.CELEX><NO.SEQ>0019.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>4844</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4858</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TA' L-<DATE ISO="20070614">14.6.2007</DATE> — KAWŻA C-445/05</LEFT><RIGHT>HADERER</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20070614">14 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-445/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja), permezz ta' deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="20051020">20 ta Ottubru 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20051214">14 ta' Diċembru 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Werner Haderer,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Finanzamt Wilmersdorf,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, President ta' l-Awla, J. Klučka, J. N. Cunha Rodrigues, A. Ó Caoimh (Relatur) u P. Lindh, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-4845"?><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta ta' l-<DATE ISO="20061214">14 ta' Diċembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkursidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Finanzamt Wilmersdorf, minn D. Bak, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn S. Spyropoulos u S. Trekli, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn L M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn G. De Bellis, avvocato dello stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn D. Triantafyllou u W. Molls, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20070308">8 ta Marzu 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-4846"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13A(1) (j) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq larmonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn W. Haderer, rikorrent fil-kawża prinċipali, u Finanzamt Wilmersdorf (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Finanzamt<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) firrigward tar-rifjut ta' din ta' l-aħħar li teżentah mit-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/> ) li kien taxxabbli għaliha, għas-sena 1990, fuq l-attivitajiet ta tagħlim li wettaq bħala għalliema estern (<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>freier Mitarbeiter<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>) fil-Land ta' Berlin.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva jipprovdi li:</TXT><?PAGE NO="I-4847"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>A.</NO.P><TXT>Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħra tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġejjin taħt il-kondizzjonijiet li huma għandhom jistabilixxu għal skopijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara tat-tali eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta' kwalunkwe evażjoni, evitar u abbuż possibbli:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, skola jew edukazzjoni ta' l-università, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid, inklużi l-provvista ta' servizzi u ta' oġġetti li huma relatati mill-qrib magħhom, [ipprovduti minn] entitajiet regolati mid-dritt pubbliku li għandhom [i] t-tali għan tagħhom jew minn organizzazzjonijiet definiti mill-Istat Membru konċernat [bħala] li għandhom oġġettifvi] simili;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>tagħlim mogħti privatament minn għalliema u jkopri edukazzjoni ta' l-iskola jew ta l-università;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></NP></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4848"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li skond il-ġurisprudenza tal-Bundesfinanzhof:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 4(21)(b) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, (Umsatzsteuergesetz), fil-verżjoni tagħha li kienet fis-seħħ fiż-żmien meta seħħew il-fatti tal-kawża (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>UStG<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>), jibbenifikaw minnha biss l-iskejjel privati jew stabbilimenti ta' taħriġ ġenerali jew professjonali, iżda mhijiex intiża għal għalliema esterni li jagħtu korsijiet f'dawn l-iskejjel jew fi stabbilimenti ta' taħriġ oħra, u</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 4(22) (a) ta' l-UStG jeżenta biss lill-istituzzjonijiet imsemmija f'din l-istess dispożizzjoni, jiġifieri, il-persuni ġuridiċi regolati mid-dritt pubbliku, l-iskejjel ta' edukazzjoni superjuri ta' l-amministrazzjoni u l-ekonomija, iċ-ċentri ta' tagħlim għall-adulti jew l-istabbilimenti li għandhom għanijiet ta' interess pubbliku jew dawk ta' taħriġ professjonali. Konsegwentement, is-servizzi pprovduti mill-persuni fiżiċi lejn dawn l-istess istituzzjonijiet mhumiex eżenti.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skond id-deċiżjoni tar-rinviju, W. Haderer ħadem għal numru ta' snin għal-Land ta' Berlin bħala għalliem estern. Fl-1990, huwa ta' diversi korsijiet f'ċentru ta' tagħlim għall-adulti (<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Volkshochschule<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>) kif ukoll korsijiet taċ-ċeramika u tal-fuħħar f'ċentru ieħor ta' tagħlim għall-adulti u f'ċentru għall-ġenituri (<QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Elternzentrum<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>). Matul din is-sena, l-attivitajiet ta' tagħlim imwettqa minn W. Haderer kienu spiss jilħqu total ta iktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4849"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-kuntratti li fuq il-bażi tagħhom W. Haderer kien jipprovdi l-imsemmija servizzi kienu jiġġeddu kull semestru mal-Land ta' Berlin għal terminu ta' sitt xhur. Huma kien fihom klawżoli li kienu jgħidu li dawn ma kinux <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>kuntratti ta' xogħol<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> fis-sens ta dawn it-termini taħt id-dritt Ġermaniż dwar ix-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-remunerazzjoni ta' W. Haderer, imħallsa mil-Land ta' Berlin, kienet tiġi kkalkolata bis-siegħa. Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, l-assigurazzjoni u tat-taxxi ma kinux inklużi. Huwa ma kellux dritt għal dawn il-ħlasijiet jekk għal xi raġuni ma setax jaħdem, u kien hu li jbati r-riskju tat-telf tagħhom fil-każ li l-korsijiet jiġu kkanċellati, anki jekk ir-raġuni għal tali kanċellazzjoni kienet tkun in-nuqqas ta' parteċipanti.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta' l-imsemmija kuntratti, W. Haderer kien ibbenefika minn għajnuna finanzjarja fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-pensjoni u għall-assiguraz-zjoni tas-saħħa, kif ukoll leave allowance' ikkalkolata b'mod proporzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Peress li ma rċevietx id-dikjarazzjoni tal-VAT ta' W. Haderer għas-snin 1989 sa 1991, il-Finanzamt iddeterminat l-ammont ta' VAT li kellu jħallas għas-sena 1990, minħabba l-fatt li ma kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(21) jew (22) ta' l-UStG sabiex jibbenifika minn eżenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Finanzgericht ċaħdet, bħala infondat, ir-rikors imressaq kontra din id-deċiżjoni li tirrigwarda r-responsabbiltà ta' W. Haderer għall-ħlas tal-VAT, billi kkunsidrat li dan ta' l-aħħar ma kienx jibbenifika minn eżenzjoni skond l-UStG.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4850"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-appell tiegħu quddiem il-Bundesfinanzhof dwar punt ta' dritt, W. Haderer isostni, b'mod partikolari, li s-servizzi ta' tagħlim li huwa pprovda matul is-sena 1990 huma eżenti mill-VAT fuq il-bażi ta' l-Artikolu 13A(1)(i) u (j) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Bundesfinanzhof tikkunsidra li l-imsemmija servizzi ma jistgħux ikunu eżenti blapplikazzjoni ta' l-Artikolu 13A(1)(i) tas-Sitt Direttiva peress li persuna fiżika mhijiex meqjusa bħala li taqa' taħt <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>organizzazzjonijiet definiti mill-Istat Membru konċernat [bħala] li għandhom oġġettifvi] simili<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>. Għall-kuntrarju, f'dak li jirrigwarda l-Artikolu 13A(1)(j), hija tistaqsi jekk, sabiex wieħed jibbenifika mill-eżenzjoni prevista f'din id-dispożizzjoni ta' l-aħħar, huwiex meħtieġ li servizz ta tagħlim ta' għalliem indipendenti jiġi pprovdut direttament lill-istudenti bħala destinatarji ta' dan is-servizz, li jimplika li dawn ta' l-aħħar iħallsu lill-għalliem tagħhom, jew huwiex biżżejjed li dan is-servizz jitwettaq fi skola jew f'università bħal fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li kkunsidrat li s-soluzzjoni tal-kawża quddiemha teħtieġ interpretazzjoni tas-Sitt Direttiva, il-Bundesfinanzhof iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti quddiemha u tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>It-tagħlim għall-iskola jew l-università li jingħata minn għalliem privat għandu jkun eżentat mit-taxxa taħt l-Artikolu 13A(1)(j) tad-Direttiva 77/388/KEE fil-każ biss li l-għalliem privat jipprovdi s-servizzi tiegħu ta' tagħlim direttament lill-istudenti bħala benifiċjarji ta' dawn is-servizzi — u għalhekk ikun imħallas minnhom — jew huwa suffiċjenti li l-għalliem jipprovdi s-servizzi tiegħu ta' tagħlim — bħal f'dan il-każ — lil skola jew università bħala l-benifiċjarju ta' dawn is-servizzi?<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4851"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk l-attivitajiet ta' tagħlim, imwettqa minn individwu fil-kwalità tiegħu ta' għalliem estern fċirkustanzi simili għal dawk tal-kawża prinċipali, jistgħux jibbenifikaw minn eżenzjoni tal-VAT b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva. B'mod partikolari, din il-qorti tistaqsi jekk, għall-finijiet ta' din l-eżenzjoni, għandhiex teżisti rabta diretta bejn l-għalliem, bħala l-persuna li tagħti l-lezzjonijiet, u l-istudenti, bħala d-destinatarji tagħhom, li jimplika, fl-opinjoni tagħha, li dawn ta' l-aħħar iħallsu direttament lill-għalliem.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>II-Finanzamt u l-Gvern Taljan isostnu li attivitajiet bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali m'għandhomx jiġu eżentati mill-VAT. Għall-kuntrarju, il-Gvern Grieg u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej isostnu li dawn l-attivitajiet għandhom ikunu eżentati.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 13A tas-Sitt Direttiva huwa intiż sabiex jeżenta mill-VAT ċerti attivitajiet ta' interess ġenerali. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma teżentax l-attivitajiet ta' interess ġenerali kollha mill-applikazzjoni tal-VAT, iżda dawk biss li huma mniżżla u deskritti f'din id-dispożizzjoni b'mod dettaljat ħafna (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19981112">12 ta' Novembru 1998</DATE>, Institute of the Motor Industry, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/97" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-7053">C-149/97, Ġabra p. I-7053, punt 18</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="20051201">1 ta' Diċembru 2005</DATE>, Ygeia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-394/04+C-395/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10373">C-394/04 u C-395/04, Ġabra p. I-10373</REF.DOC.ECR>, punt 16, u ta' l-<DATE ISO="20061214">14 ta' Diċembru 2006</DATE>, VDP Dental Laboratory, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-401/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-12121">C-401/05, Ġabra p. I-12121, punt 24</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżenzjonijiet fl-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt Komunitarju li għandhom l-għan<?PAGE NO="I-4852"?> li jevitaw diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT minn Stat Membru għal ieħor (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19990225">25 ta' Frar 1999</DATE>, CPP, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-349/96" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-973">C-349/96, Ġabra p. I-973, punt 15</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20010308">8 ta' Marzu 2001</DATE>, Skandia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-240/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-1951">C-240/99, Ġabra p. I-1951, punt 23</REF.DOC.ECR>, u Ygeia, iċċitata iktar 'il fuq, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>It-termini użati sabiex jindikaw l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati b'mod strett, peress li dawn l-eżenzjonijiet huma derogi mill-prinċipju ġenerali li jipprovdi li l-VAT tinġabar fuq kull prowista ta servizzi mwettqa bi ħlas minn persuna taxxabbli (ara s-sentenzi ta' l-<DATE ISO="20020620">20 ta' Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-287/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-5811">C-287/00, Ġabra p. I-5811, punt 43</REF.DOC.ECR>, u ta' l-<DATE ISO="20031120">20 ta Novembru 2003</DATE>, Taksatorringen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-8/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-13711">C-8/01, Ġabra p. I-13711, punt 36</REF.DOC.ECR>). Madankollu, l-interpretazzjoni ta' dawn it-termini għandha tkun konsistenti ma' l-għanijiet li dawn l-eżenzjonijiet iridu jilħqu u għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-prinċipju ta' newtralità fiskali inerenti fis-sistema komuni tal-VAT (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20031106">6 ta' Novembru 2003</DATE>, Dornier, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-12911">C-45/01, Ġabra p. I-12911, punt 42</REF.DOC.ECR>; tas-<DATE ISO="20050526">26 ta Mejju 2005</DATE>, Kingscrest Associates u Montecello, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-498/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-4427">C-498/03, Ġabra p. I-4427, punt 29</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20060608">8 ta' Ġunju 2006</DATE>, L.u.P., <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-5123">C-106/05, Ġabra p. I-5123, punt 24</REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, din ir-regola ta' interpretazzjoni stretta ma tfissirx li t-termini użati sabiex jiġu ddefiniti l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 13 għandhom jiġu interpretati b'mod li jipprivahom mill-effetti tagħhom (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20041118">18 ta' Novembru 2004</DATE>, Temco Europe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-284/03" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-11237">C-284/03, Ġabra p. I-11237, punt 17</REF.DOC.ECR>, kif ukoll, fir-rigward tat-tagħlim universitarju, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Dan għandu jkun il-każ ukoll fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi li huma meħtieġa sabiex wieħed jibbenefika minn dawn l-eżenzjonijiet u, b'mod partikolari, dawk li jikkonċernaw il-kwalità jew l-identità ta' l-operatur ekonomiku li jipprovdi servizzi koperti mill-eżenzjoni (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="19990907">7 ta' Settembru 1999</DATE>, Gregg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-216/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-4947">C-216/97, Ġabra p. I-4947, punti 16 sa 20</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa paċifiku li, fil-Ġermanja, W. Haderer mhuwiex ikkunsidrat li għandu għanijiet simili għal dawk ta' l-entitajiet irregolati mid-dritt pubbliku previsti fl-Artikolu 13A(1)(i) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4853"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk l-attivitajiet bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħux jaqgħu taħt l-Artikolu 13A(1)(j) ta' l-imsemmija Direttiva, li jipprovdi li t-<QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>tagħlim mogħti privatament minn għalliem u jkopri l-edukazzjoni ta l-iskola jew ta' l-università<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> huwa eżenti mill-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva ma jinkludi ebda kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>edukazzjoni ta' l-iskola u ta' l-università<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> għall-finijiet ta din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Filwaqt li l-qorti tar-rinviju ma esprimietx dubji dwar jekk l-attivitajiet in kwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħux jaqgħu taħt l-imsemmi kunċett, il-Finanzamt issostni madankollu li, fid-dawl ta' l-interpretazzjoni stretta meħtieġa fir-rigward ta' l-eżenzjonijiet mill-VAT, il-korsijiet taċ-ċeramika u tal-fuħħar mogħtija minn W. Haderer ma jinvolvux l-istess rekwiżiti bħal dawk għall-korsijiet normalment mogħtija fl-iskejjel u fl-universitajiet Għall-kuntrarju, tali korsijiet huma intiżi biss bħala rikreazzjoni. Il-Finanzamt tenfasizza li, filwaqt li l-Artikolu 13A(1)(i) tas-Sitt Direttiva jipprovdi, barra mill-edukazzjoni ta' l-iskola u ta' l-università, l-<QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> jew it-<QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>, dan l-istess Artikolu 13A(1)(j) jillimita ruħu li jsemmi l-imsemmi tagħlim, bl-esklużjoni ta' kull forma oħra ta' edukazzjoni jew ta' taħriġ.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għalkemm it-termini użati għad-deskrizzjoni ta' l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati b'mod strett, interpretazzjoni partikolarment stretta ta' <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>edukazzjoni ta' l-iskola u ta' l-università<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> tista toħloq diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT minn Stat Membru għal ieħor, minħabba l-fatt li s-sistemi ta' edukazzjoni rispettivi ta' l-Istati Membri jiġu organizzati skond regoli differenti. Tali diverġenzi mhumiex kompatibbli mal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 17 ta' din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4854"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, safejn l-argument tal-Finanzamt fuq dan il-punt huwa bbażat fuq interpretazzjoni partikolari tal-kunċetti ta' <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>skola<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/> u <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>università<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/> fis-sens tas-sistema edukattiva Ġermaniża, għandu jiġi mfakkar li, il-fatt li tranżazzjoni partikolari tiġi suġġetta għal jew eżentata mill-VAT, ma jiddependix mill-mod kif tkun kwalifikata taħt il-liġi nazzjonali (ara s-sentenza Kingscrest Associates u Montecello, iċċitata iktar 'il fuq, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Mingħajr m'huwa neċessarju f'din is-sentenza li tingħata definizzjoni preċiża tal-kunċett Komunitarju ta' <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>edukazzjoni ta' l-iskola u ta' l-università<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/> għall-finijiet tas-sistema tal-VAT, huwa biżżejjed f'dan il-każ li jiġi rrilevat li dan il-kunċett mhuwiex limitat biss għat-tagħlim li jwassal għal eżamijiet sabiex tinkiseb kwalifikazzjoni jew li jippermetti li jinkiseb taħriġ sabiex titwettaq attività professjonali, iżda jinkludi attivitajiet oħra li t-tagħlim tagħhom jingħata ġewwa skejjel jew universitajiet sabiex jiġu żviluppati l-konoxxenzi u l-kapaċitajiet ta' l-istudenti, sakemm dawn l-attivitajiet ma jkollhomx natura purament rikreattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li, meta jkun meħtieġ, għandha tiwerifika mill-ġdid, fid-dawl ta' dawn l-elementi jekk l-attivitajiet in kwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħux taħt <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>edukazzjoni ta' l-iskola u ta' l-università<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex wieħed jibbenefika mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13A (1)(j) tas-Sitt Direttiva, mhuwiex biżżejjed li l-lezzjonijiet jaqgħu taħt l-edukazzjoni ta l-iskola u ta' l-università, iżda dan it-tagħlim għandu jkun ukoll <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>mogħti privatament minn għalliema<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4855"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, għalkemm mill-proċess jirriżulta li W. Haderer ta' xi lezzjonijiet bħala għalliem u dan il-fatt ma ġiex ikkontestat, la mill-Finanzamt u lanqas mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħhom ippreżentati skond l-Artikolu 23 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu tqum il-kwistjoni li jsir magħruf jekk dawn il-lezzjonijiet ingħatawx <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>privatament<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Din l-espressjoni ta' l-aħħar tippermetti li ssir distinzjoni bejn is-servizzi pprovduti mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13A(1)(i) tas-Sitt Direttiva, previsti fl-Artikolu 13A(1)(j), li jitwettqu mill-għalliema f'isimhom u taħt ir-responsabbiltà tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fost dawn is-servizzi ta' l-aħħar jidhru, per eżempju, korsijiet partikolari, f liema każ teżisti bħala prinċipju relazzjoni bejn il-kontenut proprju tal-lezzjonijiet u l-kwalifiki ta' l-għalliem. F'dan ir-rigward, il-kliem ta' l-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva blebda mod ma jipprekludi l-lezzjonijiet mogħtija lil ħafna persuni f'daqqa milli jaqgħu taħt l-eżenzjoni stabbilita minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif issostni wkoll il-Kummissjoni, il-ħtieġa li l-lezzjonijiet għandhom jingħataw privatament ma teħtieġx neċessarjament li teżisti rabta kuntrattwali diretta bejn id-destinatarji ta' dawn il-lezzjonijiet u l-għalliem li jagħtihom. Fil-fatt, tali rabta kuntrattwali teżisti spiss ma' persuni li mhumiex l-imsemmija destinatarji, bħalma huma l-ġenituri ta' l-istudenti.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, kif jirriżulta mill-punti 5 sa 8 ta' din is-sentenza, ċerti elementi li jidhru fil-proċess tal-Qorti tal-Ġustizzja, meħuda b'mod individwali, jistgħu jwasslu sabiex jindikaw li W. Haderer wettaq xi attivitajiet għal rasu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, b'mod li huwa eżerċita dawn l-attivitajiet <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>privatament<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/>. Dan<?PAGE NO="I-4856"?> japplika, b'mod partikolari, għan-nuqqas tad-dritt li jitħallas fil-każ ta' kanċellazzjoni u l-fatt li kien ibati r-riskju tat-telf tal-ħlas tiegħu fil-każ tal-kanċellazzjoni tal-korsijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, mill-istess punti ta' din is-sentenza jirriżulta li W. Haderer ipprovda sservizzi in kwistjoni fil-kawża prinċipali fuq il-bażi ta' kuntratti suċċessivi konklużi mal-Land ta' Berlin. Jidher li, ħlief fil-każ ta' kanċellazzjoni tal-korsijiet minħabba nuqqas ta' studenti, il-ħlas li kien jirċievi kien ikkalkolat bis-siegħa, irrispettivament min-numru ta' persuni li jipparteċipaw fil-kors. Barra minn hekk, anki jekk l-imsemmija kuntratti kienu jippreċiżaw li dawn ma kinux <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>kuntratti ta' xogħol<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/> fissens ta' dawn it-termini taħt id-dritt Ġermaniż dwar ix-xogħol, W. Haderer ibbenifika minn għajnuna finanzjarja fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-pensjoni u l-assigurazzjoni tas-saħħa kif ukoll leave allowance', ikkalkolata b'mod proporzjonali. Fl-aħħar, dan ta' l-aħħar wettaq l-attivitajiet in kwistjoni fil-kawża prinċipali ġewwa ċentri ta' tagħlim għall-adulti amministrati mil-Land ta' Berlin.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>L-elementi esposti fil-punt preċedenti jindikaw li, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali, li W. Haderer, mhux talli ma kienx jagħti lezzjonijiet għalih innifsu, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, kien fir-realtà tqiegħed, bħala għalliem, għad-dispożizzjoni tal-Land ta' Berlin, li kien ħallsu in kwantu fornitur ta' servizzi għall-benefiċċju tas-sistema edukattiva amministrata mill-imsemmi Land.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-rifjut ta' l-eżenzjoni f'sitwazzjonijiet bħal dawk li huma s-suġġett tal-kawża prinċipali jmur kontra l-għan komuni ta' l-eżenzjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikolu 13A(1)(i) u (j) tas-Sitt Direttiva u toħloq lakuna fis-sistema stabbilita minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet Fil-fatt, il-lezzjonijiet mogħtija mill-għalliema indipendenti jistgħu, f'ċerti ċirkustanzi jitqabblu mat-tagħlim mogħti mill-<QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>organizzazzjonijiet<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/> imsemmija fl-Artikolu 13A(1)(i).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4857"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt biss li ż-żewġ kategoriji ta' eżenzjonijiet li jidhru fl-Artikolu 13A (1)(i) u (j) tas-Sitt Direttiva huma intiżi, b'mod partikolari, sabiex jippromwovu <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>edukazzjoni ta' l-iskola u ta' l-università<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> , bħala attività ta' interess ġenerali, ma jistax ikun ta' bażi għat-teżi li ż-żewġ dispożizzjonijiet flimkien jifformaw sistema ta' natura li tippermetti li jibbenifikaw minn eżenzjoni tal-VAT, attivitajiet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet rispettivament stabbiliti minn waħda jew mill-oħra fost l-imsemmija dispożizzjonijiet li t-termini tagħhom, kif ġie mfakkar fil-punti 16 sa 19 ta' din is-sentenza, għandhom jingħataw interpretazzjoni stretta u jkopru biss l-attivitajiet li huma elenkati u deskritti b'mod dettaljat.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' l-osservazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun li, fċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-attivitajiet ta' individwu li jaġixxi bħala għalliem estern, li jikkonsistu fl-għoti ta' lezzjonijiet li fihom jgħin lill-istudenti bix-xogħol ta' l-iskola kif ukoll ta' korsijiet taċ-ċeramika u tal-fuħħar fiċ-ċentri ta' tagħlim għall-adulti, jistgħu jibbenifikaw biss mill-eżenzjoni tal-VAT prevista fl-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva fil-każ li tali attivitajiet jikkonsistu flezzjonijiet mogħtija minn għalliem li jaħdem għal rasu, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u li jirrigwardaw l-edukazzjoni ta' l-iskola u ta' l-università. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4858"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta' u tiddeċiedi li:</P></INTRO><P>F'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-attivitajiet ta' individwu li jaġixxi bħala għalliem estern, li jikkonsistu fl-għoti ta' lezzjonijiet li fihom jgħin lill-istudenti bix-xogħol ta' l-iskola u kif ukoll ta' korsijiet taċ-ċeramika u tal-fuħħar fiċ-ċentri ta' tagħlim għall-adulti, jistgħu jibbenifikaw biss mill-eżenzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud prevista fl-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE> dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema Komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, fil-każ li tali attivitajiet jikkonsistu flezzjonijiet mogħtija minn għalliem li jaħdem għal rasu, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u li jirrigwardaw l-edukazzjoni ta' l-iskola u ta' l-università, Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>