1992D0260 — MT — 26.07.2014 — 029.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta’ l-10 ta’ April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati (ĠU L 130, 15.5.1992, p.67) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 138 |
11 |
9.6.1993 |
||
|
L 187 |
11 |
22.7.1994 |
||
|
L 214 |
17 |
19.8.1994 |
||
|
L 190 |
9 |
11.8.1995 |
||
|
L 190 |
11 |
11.8.1995 |
||
|
L 19 |
53 |
25.1.1996 |
||
|
L 107 |
1 |
30.4.1996 |
||
|
L 3 |
9 |
7.1.1997 |
||
|
L 62 |
39 |
4.3.1997 |
||
|
L 163 |
44 |
6.6.1998 |
||
|
L 286 |
53 |
23.10.1998 |
||
|
L 83 |
77 |
27.3.1999 |
||
|
L 243 |
12 |
15.9.1999 |
||
|
L 64 |
22 |
11.3.2000 |
||
|
L 43 |
38 |
14.2.2001 |
||
|
L 214 |
49 |
8.8.2001 |
||
|
L 215 |
55 |
9.8.2001 |
||
|
L 308 |
41 |
27.11.2001 |
||
|
L 206 |
20 |
3.8.2002 |
||
|
L 185 |
41 |
24.7.2003 |
||
|
L 36 |
20 |
7.2.2004 |
||
|
L 74 |
19 |
12.3.2004 |
||
|
COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*) |
L 362 |
1 |
20.12.2006 |
|
|
L 117 |
85 |
11.5.2010 |
||
|
L 220 |
74 |
21.8.2010 |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 158 |
74 |
10.6.2013 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-4 ta’ Diċembru 2013 |
L 326 |
49 |
6.12.2013 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-4 ta' Ġunju 2014 |
L 167 |
52 |
6.6.2014 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta' Lulju 2014 |
L 200 |
15 |
9.7.2014 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-24 ta' Lulju 2014 |
L 222 |
16 |
26.7.2014 |
|
Emendat bi:
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
||
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut b'
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-10 ta’ April 1992
dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati
(92/260/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae ( 1 ), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/130/KEE ( 2 ), u partikolarment l-Artikoli 15(a) u 16 tagħha,
Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE ( 3 ) kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/162/KEE ( 4 ), il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Stati Membri huma awtorizzati li jimportaw l-equidae kienet partikolarment ġiet stabbilita;
Billi huwa wkoll meħtieġ li jittieħed akkont tar-reġjonalizzazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi, li huma soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE ( 5 ), kif emendata bid-Deċiżjoni 92/161/KEE ( 6 );
Billi l-eżistenza tas-sitwazzjoni ekwivalenti tas-saħħa bejn uħud mill-pajjiżi terzi tiġġustifika l-istabbiliment ta’ diversi żoni tas-saħħa għall-importazjoni ta’ equidae;
Billi l-kategoriji differenti ta’ żwiemel għandhom il-fatturi tagħhom u l-importazzjoni tagħhom hija awtorizzata għal skopijiet differenti; billi, b’konsegwenza, ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa għandhom ikunu stabbiliti għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati;
Billi, meqjusa d-differenza bejn is-sitwazzjonijiet tas-saħħa, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti diversi ċertifikati tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati;
Billi din id-Deċiżjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid qabel il-31 ta’ Diċembru 1992;
Billi iżda l-miżuri kif ipprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE, Stati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati:
— li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi li jidhru fl-Anness I,
— li jkunu konformi mal-ħtiġijiet eżiġiti f’wieħed mill-mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Anness II.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Il-Grupp Sanitarju A ( 7 )
L-Isvizzera (CH), il-Groenlandja (GL), l-Islanda (IS)
Il-Grupp Sanitarju B (7)
L-Awstralja (AU), il-Belarus (BY), ►M26 ————— ◄ il-Montenegro (ME), dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ( 8 ) (MK), New Zealand(NZ), is-Serbja(RS), ir-Russja ( 9 ) (RU), l-Ukrajna (UA)
Il-Grupp Sanitarju C (9)
Il-Kanada (CA), iċ-Ċina (9) (CN), Ħong Kong (HK), l-Indja (9) (IN), il-Ġappun (JP), ir-Repubblika tal-Korea (KR), il-Makaw (MO), il-Malasja (peniżola) (MY), Singapor (SG), it-Tajlandja (TH), l-Istati Uniti tal-Amerika (US)
Il-Grupp Sanitarju D (9)
L-Arġentina (AR), Barbados (BB), Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (9) (BR), iċ-Ċile (CL), il-Kosta Rika (9) (CR), Kuba (CU), il-Ġamajka (JM), il-Messiku (9) (MX), il-Perù (9) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)
Il-Grupp Sanitarju E (9)
L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), ►M25 ————— (9) ————— ◄ l-Iżrael (IL), il-Ġordan (GO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Libja (LY), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdija (9) (SA), is-Sirja (SY), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (9) (TR)
Il-Grupp Sanitarju F (9)
L-Afrika t’Isfel (9) (ZA)
ANNESS II
|
A. |
Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp A. |
|
B. |
Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp B. |
|
Ċ. |
Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp Ċ. |
|
D. |
Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp D. |
|
E. |
Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp E. |
|
F. |
Ċertifikat tas-saħħa għad-dħul temporanju taż-żwiemel reġistrati minn pajjiżi terzi assenjati lill-grupp F. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
( 1 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.
( 2 ) ĠU L 47, tat-22.2.1992, p. 26.
( 3 ) ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.
( 4 ) ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 30.
( 5 ) ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.
( 6 ) ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 29.
( 7 ) Il-grupp sanitarju kif indikat fil-kolonna 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. Pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom assenjati lil dak il-grupp sanitarju għandhom jużaw iċ-ċertifikat tas-saħħa bl-istess ittra stipulata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
( 8 ) Dan il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun approvata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.
( 9 ) Parti mill-pajjiż terz jew territorju f’konformità mal-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 90/426/KEE kif indikat fil-kolonni 3 u 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.