European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4548

13.8.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12066 — TRAFIGURA / ARMORINE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4548)

1.   

Fis-6 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Trafigura Group Pte. Ltd. (“Trafigura”, Singapore), permezz tas-sussidjarja kompletament tagħha Greenergy International Limited (“Greenergy”, ir-Renju Unit), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Farringford Foundation (Panama),

—

Armorine SAS (“Armorine”, Franza).

Trafigura, permezz ta’ Greenergy, se takkwista l-kontroll esklużiv ta’ Armorine kollha kemm hi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Trafigura hija negozjant tal-komoditajiet li jispeċjalizza fis-swieq tal-enerġija, tal-minerali u tal-metalli. Is-sussidjarja tagħha Greenergy hija attiva fil-provvista ta’ prodotti petrolifiċi raffinati fir-Renju Unit u fl-Irlanda u fil-manifattura u l-provvista ta’ prodotti tal-bijodiżil,

—

Armorine hija distributur ta’ prodotti taż-żejt raffinat u lubrikanti fi Franza, b’enfasi speċifika fuq ir-reġjun tal-Punent ta’ Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12066 — TRAFIGURA / ARMORINE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/IL-BELĠJU


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4548/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)