|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 78/2011
tal-1 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tħassar, b’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, id-Direttivi tal-Kunsill 64/225/KEE (3), 73/239/KEE (4), 73/240/KEE (5), 76/580/KEE (6), 78/473/KEE (7), 84/641/KEE (8), 87/344/KEE (9), 88/357/KEE (10) u 92/49/KEE (11) u d-Direttivi 98/78/KE (12), 2001/17/KE (13), 2002/83/KE (14) u 2005/68/KE (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentament għandhom jitħassru skont il-Ftehim b’effett mill-1 ta’ Novembru 2012. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tfassal mill-ġdid uħud mill-atti mħassra u għalhekk l-adattamenti attwali taż-ŻEE għal dawn tal-aħħar għandhom jinżammu parzjalment, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-titolu “(i) Assigurazzjoni mhux tal-ħajja” fil-Kapitolu I (Assigurazzjoni) għandu jinbidel għal “(i) Assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja”. |
|
2. |
Il-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE) għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 1a. |
|
3. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal qabel il-punt il-ġdid 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE):
|
|
4. |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 31d (id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat permezz ta’:
|
|
5. |
It-testi tal-punti 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE), 2 (l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE), 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 73/240/KEE), 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE), 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE), 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE), 7 (it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE), 7a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE), 7b (id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 12c (id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 13a (id-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandhom jitħassru b’effett mill-1 ta’ Novembru 2012. |
|
6. |
It-test tal-punt 11 u t-titolu relatat miegħu (id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandhom jitħassru b’effett mill-1 ta’ Novembru 2012. |
|
7. |
It-titoli “(iv) Sorveljazzjoni u kontijiet” u“(v) Kwistjonijiet oħrajn” fil-Kapitolu I (L-Assigurazzjoni) għandhom jerġgħu jiġu nnumerati bħala titoli “(iii) Sorveljazzjoni u kontijiet” u“(iv) Kwistjonijiet oħrajn” b’effett mill-1 ta’ Novembru 2012. |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/138/KE fil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(2) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(3) ĠU 56, 4.4.1964, p. 878/64.
(4) ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.
(5) ĠU L 228, 16.8.1973, p. 20.
(6) ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13.
(7) ĠU L 151, 7.6.1978, p. 25.
(8) ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21.
(9) ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77.
(10) ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1.
(11) ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.
(12) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1.
(13) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28.
(14) ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.
(15) ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.
Deċiżjoni Unilaterali mil-Liechtenstein dwar id-Deciżjoni Nru 78/2011 li tinkorpora d-Direttiva 2009/138/KE fil-Ftehim
“Il-Prinċipat tal-Liechtenstein ikkonkluda ftehim bilaterali mal-Isvizzera fl-1996 dwar l-assigurazzjoni diretta. Fuq il-bażi tar-reċiproċità, il-Ftehim għandu l-għan li jirregola l-kondizzjonijiet li huma neċessarji u suffiċjenti biex jippermettu lill-impriżi tal-assigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju ewlieni fit-territorju ta’ Pajjiż Kontraenti biex jibbenefikaw mil-libertà tal-istabbiliment u s-servizzi fir-rigward tal-assigurazzjoni diretta fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra.”