|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/172 |
27.1.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/172
tas-26 ta’ Jannar 2026
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tal-ester etiliku tal-aċidu 3-[3-(2-isopropil-5-metil-ċikloeżil)-ureido]-butiriku fil-lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u li jikkoreġi ċerti numri CAS
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel, u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u ta’ materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
|
(3) |
Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan. |
|
(4) |
Fis-16 ta’ Marzu 2020, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni tal-ester etiliku tal-aċidu 3-[3-(2-isopropil-5-metil-ċikloeżil)-ureido]-butiriku (Nru FL 16.136), bħala sustanza aromatizzanti għall-użu f’diversi tipi tal-ikel li jidħlu f’għadd ta’ kategoriji tal-ikel imsemmija fil-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti u tal-materjali sors. L-applikazzjoni ġiet innotifikata lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex tagħti l-opinjoni tagħha. Il-Kummissjoni qiegħdet ukoll l-applikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha adottata fis-16 ta’ Diċembru 2024 (4), l-Awtorità evalwat is-sikurezza tal-ester etiliku tal-aċidu 3-[3-(2-isopropil-5-metil-ċikloeżil)-ureido]-butiriku (Nru FL 16.136) meta jintuża bħala sustanza aromatizzanti u kkonkludiet li dan l-użu fil-kundizzjonijiet u l-livelli ta’ użu proposti ma jqajjimx tħassib dwar is-sikurezza. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-Awtorità, billi l-użu tal-ester etiliku tal-aċidu 3-[3-(2-isopropil-5-metil-ċikloeżil)-ureido]-butiriku (Nru FL 16.136) bħala sustanza aromatizzanti ma jagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-kundizzjonijiet tal-użu speċifikati, u mhuwiex mistenni li l-konsumatur jitqarraq, jixraq li dan l-użu jiġi awtorizzat. |
|
(7) |
Barra minn hekk, in-numri tar-reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (Nri CAS) elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għas-sustanzi aromatizzanti Nri FL 08.017, 08.127, 16.041 u 16.132 mhumiex korretti u jenħtieġ li jiġu kkoreġuti. |
|
(8) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq biex jinkludi l-ester etiliku tal-aċidu 3-[3-(2-isopropil-5-metil-ċikloeżil)-ureido]-butiriku (Nru FL 16.136) fil-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti u biex jikkoreġi n-Nri CAS għas-sustanzi aromatizzanti Nri FL 08.017, 08.127, 16.041 u 16.132. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1334/oj.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1331/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/872/oj).
(4) EFSA Journal, 2025;23:e9201 (https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9201).
ANNESS I
Fil-Parti A, it-Taqsima 2, it-Tabella 1, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata li tikkonċerna n-Nru FL 16.135:
|
“16.136 |
ester etiliku tal-aċidu 3-[3-(2-isopropil-5-metil-ċikloeżil)-ureido]-butiriku |
1160112-20-8 |
2203 |
|
|
Fil-kategorija 1.7 – mhux aktar minn 6 mg/kg Fil-kategorija 1.8 (analogi tal-ġobon biss) – mhux aktar minn 6 mg/kg Fil-kategorija 2.1 – mhux aktar minn 8 mg/kg Fil-kategorija 4.2 (ħaxix biss) – mhux aktar minn 8 mg/kg Fil-kategorija 8.2 – mhux aktar minn 8 mg/kg Fil-kategorija 8.3 – mhux aktar minn 8 mg/kg Fil-kategorija 9.2 – mhux aktar minn 8 mg/kg Fil-kategorija 10.2 – mhux aktar minn 10 mg/kg Fil-kategorija 12.2 – mhux aktar minn 20 mg/kg Fil-kategorija 12.5 – mhux aktar minn 10 mg/kg Fil-kategorija 12.6 – mhux aktar minn 10 mg/kg Fil-kategorija 14.1 – mhux aktar minn 1,7 mg/kg Fil-kategorija 15.1 – mhux aktar minn 20 mg/kg |
|
EFSA” |
ANNESS II
Fil-Parti A, it-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, it-Tabella 1 hija kkoreġuta kif ġej:
|
(1) |
fl-entrata għan-Nru FL 08.017, in-numru fit-tielet kolonna huwa sostitwit b’“97-67-6”; |
|
(2) |
fl-entrata għan-Nru FL 08.127, in-numru fit-tielet kolonna huwa sostitwit b’“13794-15-5”; |
|
(3) |
fl-entrata għan-Nru FL 16.041, in-numru fit-tielet kolonna huwa sostitwit b’“150436-68-3”; |
|
(4) |
fl-entrata għan-Nru FL 16.132, in-numru fit-tielet kolonna huwa sostitwit b’“67604-48-2”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/172/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)