|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1859 |
4.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1859
tal-25 ta’ Ġunju 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet (Eurofound)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153(2), flimkien mal-Artikolu 218(9),
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet (il-“Protokoll 31”) għall-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(3) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(4) |
Għaldaqstant, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq u tali kooperazzjoni estiża jenħtieġ li sseħħ retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2024. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE NRU …
ta’ …
li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (1). |
|
(2) |
Il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fil-Eurofound huma stabbiliti fil-“Ftehim Qafas dwar il-modalitajiet għall-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol/kooperazzjoni tal-EFTA”, bid-data tat-12 ta’ Settembru 1994. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2019/127 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75, li huwa inkluż fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex tkun tista’ ssir din il-kooperazzjoni estiża mill-1 ta’ Jannar 2024, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 10 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-Istati Kontraenti għandhom ifittxu li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-qafas tal-att li ġej:
|
— |
32019 R 0127: Ir-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, …
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.
(*1) [Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1859/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)