Official Journal L 040 , 13/02/1999 P. 0036 - 0045
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/7/KE tas-26 ta' Jannar 1999 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE dwar tagħmir għall-immanuvrar ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE tat-8 ta' Ġunju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar tagħmir għall-immanuvrar ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/62/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha, Billi d-Direttiva 70/311/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE li kienet stabbilita permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/14/KE [4], li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom; billi sussegwentement id-dispożizzjonijiet stabbiliti bid-direttiva 70/156/KEE li għandha x'taqsam mas-sistema, il-komponenti u t-taqsimiet tekniċi separati tal-vettura japplikaw għad-Direttiva 70/311/KEE; Billi, invista ta' l-applikazzjoni prattika tad-Direttiva 70/311/KEE, huwa meħtieġ li jkun assigurat li dispożizzjonijiet uniformi jkunu stabbiliti li huma wkoll allinjati mal-verżjoni l-aktar riċenti tar-Regolament UN-ECE Nru 79 fl-Istati Membri kollha; Billi l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE jistabbilixxi l-format u l-kontenut tan-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip KE; billi l-istess speċifikazzjonijiet għandhom ikunu adottati għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva; Billi d-Direttiva 70/311/KEE għandha tkun adattata kif xieraq; Billi l-miżuri li hemm previsti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-addattament tal-progress tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT L-Artikolu 1 Id-Direttiva 70/311/KEE hija emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura"; tfisser kull vettura kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE."; 2. fl-Artikolu 3, "L-Anness" huwa mibdul b"L-Annessi"; 3. l-Annessi huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. B'effett mill-1 ta' Jannar 1999, Stati Membri ma jistgħux fuq il-bażi rrelatati għat-tagħmir għall-immanuvrar: - jirrifjutaw, fir-rispett ta' tip ta' vettura, sabiex jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni jew l-approvazzjoni ta'tip nazzjonali, jew - jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz ta' vetturi, jekk il-vetturi jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/311/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva. 2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2000, l-Istati Membri - ma għandhomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE, u - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip fuq bażi nazzjonali għal vettura ġdida fuq il-bażi li jirrigwarda t-tagħmir għall-immanuvrar jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/311/KEE kif emendata permezz ta' din id-Direttiva ma jkunux aktar onorati. 3. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2001, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda tal-kategorija M2, M3, N2, jew N3 mgħammra b'tagħmir awżiljarju għall-immanuvrar li ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/311/KEE kif emendata b'din id-Direttiva. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sat-30 ta' Ġunju 1999 l-aktar tard. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif din ir-referenza għandha ssir. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 1999. Għall-Kummissjoni Martin BANGEMANN Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 133, tat-18.6.1970, p. 10. [2] ĠU L 199, tat-18.7.1992, p. 33. [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [4] ĠU L 91, tal-25.3.1998, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Id-Direttiva 70/311/KEE hija emendata kif ġej: 1. il-lista ta' l-Annessi hija emendata biex taqra: IL-LISTA TA' L-ANNESSI 1. | L-Anness I: | Skop, definizzjonijiet, applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE, għoti ta'dispożizzjonijiet ta' kostruzzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip KE, dispożizzjonijiet tat-test, modifikazzjonijiet tat-tip u emendi għall-approvazzjonijiet, b'konformità tal-produzzjoni | L-Appendiċi 1: | Dokument ta' l-informazzjoni | L-Appendiċi 2: | Certifikat ta' l-approvazzjonu tat-tip | 2. | L-Anness II: | Rendiment ta' l-ibbrejkjar għall-vetturi li jużaw l-istess sors ta' enerġija għad-direzzjoni u l-ibbrejkjar | 3. | L-Anness III: | Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-vetturi b'apparat ta' direzzjoni awżiljarja (ASE) | 4. | L-Anness IV: | Dispożizzjonijiet għal karrijiet li għandhom trasmissjoni ta' direzzjoni purament idrawlika; | 2. L-Anness I huwa emendat kif ġej: 1. it-titolu huwa emendat biex jinqara: "SKOP, DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP-KE, GĦOTI TA' DISPOŻIZZJONIJIET TA' KOSTRUZZJONI TAT-TIP APPROVAT KE, DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TEST, MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET, B'KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI" ; 2. il-punt ġdid "0" huwa miżjud kif ġej: "0. Skop 0.1. Din id-Direttiva tapplika għat-tagħmir ta' l-immanuvrar ta' vetturi tal- kategoriji M, N u O kif definit fl-Anness IIA mad-Direttiva 70/156/KEE. 0.2. Ma tkoprix tagħmir ta' l-immanuvrar bi trasmissjoni purament pnewmatika, purament elettrika jew trasmissjoni purament idrawlika ħlief: 0.2.1. Tagħmir awżiljarji ta' l-immanuvrar (ASE) bi trasmssjoni idrawlika purament elettrika jew purament idrawlika għal vetturi tal-kategoriji M u N; 0.2.2. Tagħmir ta' l-immanuvrar bi trasmissjoni purament idrawlika għal vetturi tal-kategorija O;" 3. il-punt 1.5.3.4 huwa emendat biex jinqara kif ġej: "1.5.3.4 It-tagħmir awżiljarju għall-immanuvrar (ASE) li fih ir-roti tal-fus (fusien) tal-vetturi tal-kategorija M u N huma misjuqa flimkien mar-roti li jipprovdu enerġija ta' direzzjoni prinċipali mhux purament elettrika, idrawlika jew pnewmatika, fl-istess direzzjoni jew fid-direzzjoni opposta għar-roti li jipprovdu l-enerġija tad-direzzjoni prinċipali, u jew l-angolu tad-direzzjoni ta' quddiem, taċ-ċentru u/ jew tar-roti ta' wara jistgħu ikunu aġġustati relattivament għall-komportament tal-vettura."; 4. il-punt 2.1. huwa emendat biex jinqara kif ġej: "2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE bi qbil mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE tat-tip ta' vettura fir-rigward tat-tagħmir għall-immanuvrar tagħha għandha tingħata mill-fabbrikant."; 5. il-punt 2.2 huwa emendat biex jinqara kif ġej: "2.2. Mudell għad-dokument ta' l-informazzjoni huwa mogħti fl-Appendiċi 1."; 6. il-punt 3 huwa emendat biex jinqara kif ġej: "3. L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TAT-TIP TA' VETTURA 3.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti ikunu miħuqa, l-approvazzjoni tat-tip KE bi qbil ma' l-artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata. 3.2. Mudell għall-approvazzjoni tat-tip KE iċċertifikat huwa mogħti fl-Appendiċi 2. 3.3. In-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip bi qbil ma' l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta' vettura approvata. L-istess Stat Membru m'għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura."; 7. fil-punt 4.1.1, it-tieni paragrafu, "L-Anness IV" huwa mibdul b'"L-Anness III" u "L-Anness V" huwa mibdul b' "L-Anness IV"; 8. il-punti 4.1.6 u 4.1.6.1 huma mħassra; 9. fil-punti 4.2.4.1.2 u 4.2.4.1.3, "L-Anness III" huwa mibdul b'"L-Anness II" u n-nota tal-qiegħ pertinenti hija emendata sabiex tinqara:" [(] Il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness II jistgħu ukoll ikunu mistħarrġa matul it-testijiet ta' l-approvazzjoni bi qbil mad-Direttiva 71/320/KEE."; 10. fil-punt 5.2.1, l-l-inċiżi u t-test sussegwenti huma rranġati mill-ġdid kif ġej: "— il-kategorija ta' vetturi M1: 50 km/h, — il-kategoriji ta' vetturi M2, M3, N1, N2 u N3: 40 km/h, jew id-disinn massimu ta' veloċità jekk dan huwa anqas mill-veloċità mogħtija hawn fuq."; 11. fit-tabella tal-punt 5.2.6.2., il-kolonna "Intact, Turning radius" (intatt, raġġ tat-tidwir), żid ir-referenza tan-nota tal-qiegħ "(1)" fil-linja "M3". 12. Wara l-punt 5.3.4, iż-żewġ punti ġodda 6 u 7 huma miżjuda sabiex jinqraw kif ġej: "6. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONI 6.1. Fil-każ ta' modifikazzjonijiet tat-tip approvat permezz ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw. 7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI 7.1. Il-miżuri sabiex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu bi qbil mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE."; 13. Fit-tmiem ta' l-Anness I, l-Appendiċi 1 u 2 segwenti huma miżjuda:" L-Appendiċi 1 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ L-Appendiċi 2 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ " 3. L-Annessi II, III, IV,V u VI huma emendati kif ġej: 1. L-Anness II huwa mħassar 2. L-Anness III huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-Anness II, u l-punt 3 huwa mħassar 3. L-Anness IV huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-Anness III, u l-punt 2.2.1.1 huwa mibdul kif ġej "2.2.1.1. Test Ċirkulari Il-vettura għandha tinsaq f'test ċirkolari b'radju "R"; (m) u veloċità "V"; (km/h) li jikkorrispondu għall-kategorija tagħha u għall-valuri mogħtija fit-tabella t'hawn taħt: Kategorija tal-vettura | R | V | M1, N1 | 100 | 80 | M2, N2 | 50 | 50 | M3, N3 | 50 | 45 | In-nuqqas għandu jkun introdott meta l-veloċità speċifikata tkun intlaħqet. It-test għandu jinkludi s-sewqan fid-direzzjoni ta' l-arloġġ u fid-direzzjoni kontra dik ta' l-arloġġ."; 4. L-Anness V huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-Anness IV; 5. L-Anness VI huwa mħassar. --------------------------------------------------