<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-421/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0421</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:432">EU:C:2018:432</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180613">13.6.2018</DATE> - Kawża C‑421/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Polfarmex</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ oġġetti magħmula bi ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment, minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, ta’ proprjetà immobbli għall-benefiċċju ta’ azzjonist b’korrispettiv għax-xiri mill-ġdid tal-azzjonijiet tiegħu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑421/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Suprema Amministrattiva, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Szef Krajowej Administracji Skarbowej</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Polfarmex Spółka Akcyjna w Kutnie,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, President tal-Awla, C. Toader (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan,, minn N. Grünberg, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. De Socio, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal u M. Owsiany‑Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet imressqa fil-kuntest ta’ tilwima bejn Szef Krajowej Administracji Skarbowej (id-Direttur tal-Amministrazzjoni Fiskali Nazzjonali, il-Polonja) u Polfarmex Spółka Akcyjna w Kutnie (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Polfarmex<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar deċiżjoni tat-taxxa indirizzata lil din il-kumpannija mill-Minister Finansów (il-Ministru tal-Finanzi, il-Polonja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li biha dan tal-aħħar ikkunsidra li tranżazzjoni li fil-kuntest tagħha Polfarmex beħsiebha tittrasferixxi proprjetajiet immobbli lil kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, proprjetarja ta’ azzjonijiet maħruġa minn Polfarmex, bi ħlas ta’ dawn tal-aħħar, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ xiri mill-ġdid ta’ azzjonijiet awtorizzata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, hija suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 7 u 35 tad-Direttiva dwar il-VAT jinqraw kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(7)</NO.P><TXT>Is-sistema komuni ta’ VAT għandha twassal, anki jekk ir-rati u l-eżenzjonijiet ma jkunux armonizzati b’mod sħiħ, għal newtralità fil-kompetizzjoni, b’mod li fit-territorju ta’ kull pajjiż merkanzija u servizzi simili jġorru l-istess piż ta’ taxxa, hu x’inhu t-tul tal-produzzjoni u l-katina tad-distribuzzjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(35)</NO.P><TXT>Għandha titfassal lista komuni ta’ eżenzjonijiet sabiex ir-riżorsi tal-Komunitajiet infushom ikunu jistgħu jinġabru b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Din id-direttiva tistipula, fl-Artikolu 2(1) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ merkanzija magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(1) u (2) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw bħala persuna taxxabbli lil kull min iwettaq transazzjoni, fuq bażi okkażjonali, li jkollha x’taqsam ma’ l-attivitajiet imsemmija fit–tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) u partikolarment waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-provvista, qabel l-ewwel okkupazzjoni, ta’ bini jew parti minn bini u ta’ l-art li fuqha jinstab il-bini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ art għall-bini.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> għandha tfisser kull struttura fissa ma’ jew fl-art.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a) għal bdil ta’ bini u jistgħu jistabbilixxu t-tifsira ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>l-art li fuqha jinstab il-bini<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu japplikaw kriterji oħra barra dak ta’ l-ewwel okkupazzjoni, bħalma huwa l-perijodu ta’ żmien bejn id-data tat-tlestija tal-bini u d-data ta’ l-ewwel provvista, jew il-perijodu bejn id-data ta’ l-ewwel okkupazzjoni u d-data tal-provvista sussegwenti, sakemm dawk il-perijodi ma jaqbżux il-ħames snin u s-sentejn rispettivament.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, jitqies <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> it-trasferiment tas-setgħa li wieħed jiddisponi minn proprjetà tanġibbli bħala proprjetarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 135(1) ta’ din id-direttiva, li jinsab fil-Kapitolu 3 ta’ din, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>transazzjonijet, inkluż negozjar iżda mhux l-immaniġġjar jew iż-żamma fiż-żgur, f’ishma, interessi [ishma] f’kumpanniji jew assoċjazzjonijet, obbligazzjonijiet (debentures) u sigurtajiet oħrajn, iżda esklużi dokumenti li jistabbilixxu titolu għal merkanzija, u d-drittijiet jew sigurtajiet imsemmija fl-Artikolu 15(2);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ bini jew partijiet minnu, u ta’ l-art li fuqha hija tinsab, ħlief il-provvista msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 12(1);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-liġi li timplimenta l-liġi dwar l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 206(1) tal-Przepisy wprowadzające ustawę o Krajowej Administracji Skarbowej (il-Liġi li timplimenta l-Liġi dwar l-Amministrazzjoni Fiskali Nazzjonali), kif emendata (Dz. U. de 2016, pożizzjoni 1948), li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE>, fil-proċeduri ġudizzjarji marbuta<?PAGE NO="4"?> ma’ talbiet għal deċiżjonijiet tat-taxxa li fihom il-Ministru kompetenti fil-qasam tal-finanzi pubbliċi huwa parti jew jista’ jkun parti abbażi ta’ dispożizzjonijiet preċedenti, id-Direttur tal-Amministrazzjoni Fiskali nazzjonali jassumi d-drittijiet u l-obbligi, b’riżerva għal dispożizzjonijiet kuntrarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-VAT</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-VAT ġie traspost fid-dritt Pollakk mill-punt 1 tal-Artikolu 5(1) tal-ustawa o podatku od towarów i usług (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Oġġetti u s-Servizzi), tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (Dz. U. n<HT TYPE="SUP">o</HT> 54, pożizzjoni 535), kif emendata (Dz. U. de 2011, n<HT TYPE="SUP">o</HT> 177, pożizzjoni 1054) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), li biha huma suġġetti għall-VAT il-provvisti ta’ oġġetti u servizzi, bi ħlas, fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-Liġi dwar il-VAT jipprevedi li d-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi ma japplikawx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>għat-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ stabbiliment organizzat tal-impriża<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-VAT hija trasposta fid-dritt Pollakk permezz tal-Artikolu 7(1) tal-Liġi dwar il-VAT, li jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>il-provvista ta’ oġġetti, li hemm riferiment għaliha fil-punt 1 tal-Artikolu 5(1), tinkludi t-trasferiment tad-dritt li wieħed jiddisponi mill-oġġetti bħala proprjetarju<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15(1) sa (2) tal-Liġi dwar il-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni ġuridiċi, l-organizzazzjonijiet li ma għandhomx personalità ġuridika u l-persuni fiżiċi li jwettqu, fuq bażi indipendenti, waħda mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 2, irrispettivament mill-iskop u mir-riżultati ta’ din l-attività, huma kkunsidrati bħala persuni taxxabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produttur, kummerċjant jew persuna li tagħti servizzi, inklużi l-attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u dawk tal--professjonijiet liberi, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>. B’mod partikolari, attività ekonomika tfisser ukoll l-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Kumpanniji Kummerċjali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 359 tal-Kodeks spółek handlowych (il-Kodiċi tal-Kumpanniji Kummerċjali), tal-<DATE ISO="20000915">15 ta’ Settembru 2000</DATE>, kif emendat (Dz. U. tal-2016, pożizzjoni Nru 1578, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Kodiċi dwar il-Kumpanniji Kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="359.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-azzjonijiet jistgħu jiġu rtirati meta l-istatuti jipprevedu dan. L-azzjoni tista’ tiġi rtirata kemm bi ftehim mal-azzjonist permezz ta’ akkwist mill-kumpannija (irtirar volontarju), jew ukoll mingħajr il-ftehim tal-azzjonist (irtirar furzat). L-irtirar volontarju ma jistax iseħħ aktar minn darba kull sena finanzjarja. Huma l-istatuti li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet u l-mod tal-irtirar furzat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="359.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-irtirar ta’ azzjoni jirrikjedi riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali. Ir-riżoluzzjoni għandha tiddefinixxi b’mod partikolari l-bażi legali tal-irtirar, l-ammont tar-remunerazzjoni li jiġi għand l-azzjonist li l-azzjonijiet tiegħu ġew irtirati, jew ir-raġunijiet għall-irtirar tal-azzjonijiet mingħajr remunerazzjoni u l-mod tat-tnaqqis tal-kapital azzjonarju. L-irtirar furzat iseħħ bi skambju għal remunerazzjoni li ma tistax tkun inqas mill-valur tal-attiv nett li jikkorrispondi għal azzjoni, kif indikat fil-kont annwali tal-aħħar sena finanzjarja, nieqes l-ammont allokat għall-qsim bejn l-azzjonisti. […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 360(1) ta’ dan il-kodiċi jipprevedi li l-irtirar ta’ azzjonijiet jirrikjedi tnaqqis tal-kapital azzjonarju. Ir-riżoluzzjoni tat-tnaqqis tal-kapital azzjonarju għandha tiġi adottata matul il-laqgħa ġenerali jew meta r-riżoluzzjoni dwar l-irtirar tal-azzjonijiet tkun ġiet adottata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Polfarmex, kumpannija b’responsabbiltà limitata bis-sede tagħha f’Kutno (il-Polonja) teżerċita l-attività ekonomika tagħha fil-qasam tal-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi. Bħala tali, hija suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Polfarmex ipprevediet li tirristruttura l-kapital azzjonarju tal-impriża billi tipproċedi b’xiri mill-ġdid ta’ parti mill-azzjonijiet miżmuma f’dan il-kapital minn kumpannija b’responsabbiltà limitata, skont wieħed mill-modalitajiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>irtirar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> previsti fil-Kodiċi tal-Kumpanniji Kummerċjali, jiġifieri l-irtirar awtomatiku, obbligatorju jew volontarju. Il-kumpens li jkun dovut minħabba dan l-irtirar jikkonsisti fit-trasferiment, għall-benefiċċju ta’ din il-kumpannija b’responsabbiltà limitata l-oħra, tal-proprjetà ta’ ċerti artijiet kif ukoll ta’ binjiet li jinsabu hemmhekk u tat-tagħmir tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, Polfarmex ressqet talba għal deċiżjoni tat-taxxa quddiem il-Ministru sabiex jiġi ddeterminat jekk l-irtirar tal-azzjonijiet miżmuma mill-kumpannija b’responsabbiltà limitata, minn naħa, u t-trasferiment tal-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli għall-benefiċċju ta’ din tal-aħħar, min-naħa l-oħra, ikunux suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-talba tagħha, Polfarmex issostni li t-tranżazzjonijiet inkwistjoni ma għandhomx ikunu suġġetti għall-VAT, sa fejn, billi tagħmel hekk, hija ma taġixxix fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-attività ekonomika tagħha, kemm jekk tkun fi stadju ta’ irtirar ta’ azzjonijiet jew dak ta’ trasferiment ta’ proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli. L-imsemmija kumpannija hija tal-opinjoni li dawn it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu tranżazzjoni kumplessa unika, li tinkludi l-irtirar tal-azzjonijiet u l-ħlas magħmul għal dan il-għan u li teżisti relazzjoni kawżali bejn dawn iż-żewġ tranżazzjonijiet, b’tali mod li jkun żbaljat li jiġu ttrattati separatament, għal skopijiet fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tat-taxxa tiegħu, il-Ministru qies li t-trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli bħala korrispettiv tal-irtirar ta’ azzjonijiet għandha titqies bħala provvista ta’ oġġetti bi ħlas suġġetta għall-VAT, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 5(1) tal-Liġi dwar il-VAT. Skont il-Ministru, teżisti bejn il-partijiet fit-tranżazzjoni relazzjoni ta’ obbligu, Polfarmex timpenja ruħha li tittrasferixxi lill-kumpannija b’responsabbiltà limitata detentriċi ta’ azzjonijiet fil-kapital tagħha l-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli u l-azzjonijiet li huma s-suġġett tal-irtirar li jikkostitwixxi l-korrispettiv ta’ dan it-trasferiment. Fi kliem ieħor, peress li ser ikun hemm provvista ta’ oġġetti bi skambju ta’ korrispettiv, it-tranżazzjoni għandha tkun suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Polfarmex ppreżentat rikors għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni tat-taxxa quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ voïvodie ta’ Łódź, il-Polonja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20150310">10 ta’ Marzu 2015</DATE>, din il-qorti annullat l-istess deċiżjoni tat-taxxa, billi qieset mhux biss li t-tranżazzjoni prevista minn Polfarmex ma hijiex tranżazzjoni mwettqa fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha, iżda wkoll li l-eżami dwar l-applikabbiltà tal-VAT għandha tkun dwar din it-tranżazzjoni kollha. Issa, f’dan il-każ, hemm tranżazzjoni waħda u unika ta’ natura kumplessa, ikkostitwita minn irtirar ta’ azzjonijiet flimkien ma’ trasferiment lil azzjonist ta’ korrispettiv ta’ natura ta’ skambju ta’ azzjonijiet irtirati. L-irtirar tal-azzjonijiet huwa għalhekk strettament marbut mat-trasferiment tal-proprjetà ta’ oġġetti bħala kumpens, peress li dawn iż-żewġ naħat tat-tranżazzjoni huma interdipendenti. Minn dan jirriżulta li t-trasferiment tal-proprjetajiet immobbli lill-azzjonist ma tkunx analizzata bħala tranżazzjoni awtonoma u distinta suġġetta għall-VAT, peress li, konformement mal-Liġi dwar il-VAT, l-irtirar tal-azzjonijiet ma huwiex suġġett għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Din is-sentenza kienet is-suġġett ta’ appell fil-kassazzjoni mill-Ministru quddiem il-qorti tar-rinviju, jiġifieri n-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Suprema Amministrattiva, il-Polonja).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, din il-qorti tindika li, skont il-ġurisprudenza tagħha fil-qasam ta’ kumpanniji b’ responsabbiltà limitata, it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli, minn tali kumpannija, lil assoċjat b’korrispettiv tal-akkwist tal-ishma li jżomm f’din il-kumpannija, tikkostitwixxi tranżazzjoni taxxabbli, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 5(1) u tal-Artikolu 7(1) tal-Liġi dwar il-VAT. Fir-rigward ta’ din il-ġurisprudenza, il-qorti tar-rinviju tispeċifika li, minkejja x-xebh bejn l-irtirar tal-kapital azzjonarju u dak tal-azzjonijiet, l-issuġġettar għall-VAT tat-tranżazzjoni prevista fil-kawża quddiemha jqajjem dubji dwar il-kundizzjoni li wieħed jaġixxi bħala persuna taxxabbli u l-karattru oneruż tal-imsemmija tranżazzjoni sa fejn, wara l-irtirar tal-azzjonijiet, kumpannija b’responsabbiltà limitata, bħal ma hija Polfarmex, ma tirċievi ebda korrispettiv dirett, peress li l-azzjonijiet li jirrappreżentaw parti tal-kapital azzjonarju tagħha jitneħħew u l-imsemmi kapital azzjonarju jitnaqqas fuq bażi <HT TYPE="ITALIC">pro</HT> <HT TYPE="ITALIC">rata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Suprema Amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>It-trasferiment ta’ proprjetà immobbli minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata lil azzjonist bħala korrispettiv għall-fidi tal-ishma tiegħu, huwa suġġett għal taxxa fuq il-valur miżjud [l-oġġetti u s-servizzi] skont l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2006/112?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment, minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata lil wieħed mill-azzjonisti tagħha, tal-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli, li serviet bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħala korrispettiv għax-xiri mill-ġdid, mill-imsemmija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, fil-kuntest ta’ mekkaniżmu ta’ irtirar ta’ azzjonijiet previst mill-leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ azzjonijiet miżmuma fil-kapital azzjonarju tagħha minn dan l-azzjonist, tikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti bi ħlas suġġetta għal VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jitfakkar li d-Direttiva tal-VAT tistabbilixxi sistema komuni tal-VAT ibbażata, b’mod partikolari, fuq definizzjoni uniformi tat-tranżazzjonijiet taxxabbli (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Newey</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑653/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:409">EU:C:2013:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, skont l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-VAT, il-provvisti ta’ oġġetti magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali, huma suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-VAT, jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> kull min jeżerċita, indipendentement u fi kwalunkwe post, attività ekonomika, irrispettivament mill-għanijiet jew mir-riżultati ta’ din l-attività. B’mod partikolari għandha tiġi meqjusa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> l-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-VAT jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>provvista ta’ merkanzija [oġġetti]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> bħala t-trasferiment tad-dritt li wieħed jiddisponi minn oġġett tanġibbli bħala proprjetarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li tranżazzjoni tista’, fil-prinċipju, tkun suġġetta għall-VAT biss jekk tinvolvi t-trasferiment, għal remunerazzjoni, ta’ dritt ta proprjetà li jappartjeni lil persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali fit-territorju ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ tranżazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa paċifiku, l-ewwel nett, li t-tranżazzjoni prevista bejn Polfarmex u l-azzjonarju tagħha timplika t-trasferiment ta’ dritt ta’ proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli u, it-tieni nett, li Polfarmex għandha l-kwalità ta’ persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-kundizzjoni tal-post tal-provvista tal-oġġetti hija inkontestabbilment issodisfatta, peress li t-tranżazzjoni twettqet fit-territorju ta’ Stat Membru, jiġifieri fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward, ir-raba’ nett, tan-natura possibbilment oneruża tat-tranżazzjoni tat-trasferiment, minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, tal-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli, b’korrispettiv ta’ xiri mill-ġdid ta’ azzjonijiet miżmuma minn dan l-azzjonist, fil-kuntest ta’ mekkaniżmu previst mill-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandu jiġi rrilevat li provvista ta’ oġġetti ssir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-VAT, biss jekk ikun hemm bejn il-fornitur u x-xerrej relazzjoni legali li fil-kuntest tagħha jiġu skambjati prestazzjonijiet reċiproċi, fejn il-prezz irċevut mill-fornitur jikkostitwixxi l-korrispettiv effettiv tal-oġġett ipprovdut (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990427">27 ta’ April 1999</DATE>, <NAME.CASE>Kuwait Petroleum</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑48/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:203">EU:C:1999:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Dixons Retail</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:758">EU:C:2013:758</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja, ċertament, diġà ddeċidiet li t-trasferiment tal-proprjetà ta’ proprjetà immobbli, minn persuna suġġetta għall-VAT, favur it-Teżor ta’ Stat Membru jew awtorità lokali ta’ tali Stat, li jsir bi ħlas ta’ arretrati tat-taxxa, ma huwiex suġġett għall-VAT għar-raġuni li ma jikkostitwixxix, fir-rigward tan-natura unilaterali tal-ħlas ta’ dejn fiskali, provvista ta’ oġġetti magħmula bi ħlas (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Posnania Investment</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑36/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:361">EU:C:2017:361</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għandu jiġi kkonstatat, f’dan il-każ, li teżisti bejn il-fornitur tal-proprjetà immobbli u l-benefiċjarju ta’ dawn relazzjoni legali fil-kuntest ta’ liema Polfarmex tittrasferixxi l-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli lill-azzjonist tagħha bi skambju tal-azzjonijiet miżmuma minn dan tal-aħħar. Għalhekk, billi jittrasferixxu drittijiet ta’ proprjetà lil xulxin, iż-żewġ partijiet huma involuti fit-tranżazzjoni kemm bħala fornitur kif ukoll bħala xerrej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan huwa każ ta’ relazzjoni legali li abbażi tagħha jiġu skambjati prestazzjonijiet reċiproċi, waħda minnhom tikkostitwixxi l-korrispettiv tal-oħra, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 34 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward, il-ħames nett, tal-kundizzjoni li wieħed jaġixxi bħala persuna taxxabbli fil-kuntest tat-tranżazzjoni prevista, għandu jiġi rrilevat li persuna taxxabbli, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-VAT taġixxi, fil-prinċipju, f’din il-kwalità jekk tagħmel dan fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951004">4 ta’ Ottubru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Armbrecht</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑291/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:304">EU:C:1995:304</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan għandu jinftiehem bħala li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ produttur, ta’ negozjant jew ta’ fornitur ta’ servizzi. L-analiżi ta’ dawn id-definizzjonijiet turi l-portata tal-kamp ta’ applikazzjoni kopert minn dan il-kunċett kif ukoll in-natura oġġettiva tiegħu, fis-sens li l-attività hija kkunsidrata fiha nnifisha, indipendentement mill-għanijiet tagħha jew mir-riżultati tagħha. Għalhekk, attività hija, bħala regola ġenerali, ikklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> meta tkun ta’ natura kontinwa u ssir bl-għoti ta’ remunerazzjoni lill-awtur tat-tranżazzjoni (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Gmina Wrocław</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/13</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:197">EU:C:2014:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva jassenja kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ ħafna lill-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Saudaçor</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:733">EU:C:2015:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fil-kuntest tal-proċedura quddiem l-amministrazzjoni fiskali, Polfarmex sostniet li ż-żewġ tranżazzjonijiet inkwistjoni kienu jikkostitwixxu tranżazzjoni kumplessa unika, li tinkludi l-irtirar tal-azzjonijiet u l-ħlas imwettaq għal dan, jiġifieri l-provvista ta’ oġġetti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirriżulta mill-punt 36 ta’ din is-sentenza, fid-dawl tan-natura reċiproka tal-prestazzjonijiet bejn iż-żewġ kumpanniji u l-kwalità doppja ta’ kull parti fil-kuntest tar-relazzjoni legali tagħhom, bħala fornitur, minn naħa, u ta’ benefiċjarju, min-naħa l-oħra, għandha ssir distinzjoni bejn iż-żewġ tranżazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tranżazzjoni ta’ provvista tal-proprjetajiet immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk jidher li dawn l-oġġetti, li l-proprjetà tagħhom ser tkun ittrasferita minn Polfarmex bħala korrispettiv tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>irtirar<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> previst, huma beni assenjati għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ta’ din il-kumpannija, fis-sens wiesa’, kif stabbilit mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 38 u 39 ta’ din is-sentenza, li għandha tkun il-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan, għandu jiġi kkunsidrat li tali tranżazzjoni hija suġġetta għall-VAT. F’dan ir-rigward, is-sempliċi fatt li dan it-trasferiment tal-proprjetà kien ikkawżat mill-ħlas ta’ dawn l-azzjonijiet u li din it-tranżazzjoni kienet tagħmel parti minn ristrutturazzjoni ta’ Polfarmex ma tistax twassal għall-konklużjoni li tali provvista ta’ proprjetajiet immobbli hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Dan kollu jibqa’, madankollu, mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi eżenzjoni mill-VAT għall-benefiċċju ta’ provvisti ta’ bini, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1)(a) tiegħu, li jirreferi għall-provvista ta’ binja jew frazzjoni ta’ binja u l-art tagħha, imwettqa qabel l-ewwel okkupazzjoni tagħha. Fil-fatt, għandu jitfakkar, b’mod partikolari, li dawn id-dispożizzjonijiet, moqrija flimkien, wasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħmel distinzjoni bejn in-natura antika u n-natura ġdida ta’ binja, bil-bejgħ ta’ proprjetà immobbli antika ma huwiex, fil-prinċipju, suġġett għall-VAT (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑326/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:461">EU:C:2012:461</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171116">16 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Kozuba Premium Selection</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:869">EU:C:2017:869</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Peress li d-domanda għal deċiżjoni preliminari ma hijiex rigward l-imsemmija dispożizzjonijiet u l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha ebda informazzjoni fuq dan il-pjan, hija l-qorti tar-rinviju li għandha, skont il-każ, tiddetermina s-sistema applikabbli, f’dan ir-rigward, għall-proprjetajiet immobbli li huma s-suġġett tal-provvista inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tranżazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>irtirar<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ta’ azzjonijiet, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-sempliċi akkwist u s-sempliċi detenzjoni ta’ azzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>attivitajiet ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tad-Direttiva tal-VAT. Fil-fatt, is-sempliċi teħid ta’ ishma finanzjarji f’impriżi oħra ma jikkostitwixxix sfruttament ta’ proprjetà li jħalli dħul fuq bażi kontinwa peress li d-dividend eventwali, il-frott ta’ din il-parteċipazzjoni, jirriżulta mis-sempliċi proprjetà tal-oġġetti u ma huwiex il-kontroparti ta’ ebda attività ekonomika fis-sens ta’ din id-direttiva (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050526">26 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Kretztechnik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:320">EU:C:2005:320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk l-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet finanzjarji f’impriżi oħra ma jikkostitwixxix, fih innifsu, attività ekonomika fis-sens tal-imsemmija direttiva, l-istess għandu jingħad għat-tranżazzjonijiet li jikkonsistu fit-trasferiment ta’ parteċipazzjonijiet bħal dawn (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960620">20 ta’ Ġunju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Wellcome Trust</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:243">EU:C:1996:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandha tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment, minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata lil wieħed mill-azzjonisti tagħha, tal-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli, li serviet,, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħala korrispettiv għax-xiri mill-ġdid, mill-imsemmija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, fil-kuntest ta’ mekkaniżmu ta’ irtirar ta’ azzjonijiet previst mill-leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ azzjonijiet miżmuma fil-kapital azzjonarju tagħha minn dan l-azzjonist, tikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti bi ħlas suġġetta għal VAT sakemm l-imsemmija proprjetajiet immobbli huma allokati għall-attività ekonomika ta’ din l-istess kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment, minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, lil wieħed mill-azzjonisti tagħha, tal-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli, li serviet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħala korrispettiv għax-xiri mill-ġdid, mill-imsemmija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, fil-kuntest ta’ mekkaniżmu ta’ irtirar ta’ azzjonijiet previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ azzjonijiet miżmuma fil-kapital azzjonarju tagħha minn dan l-azzjonist, tikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti bi ħlas suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud sakemm l-imsemmija proprjetajiet immobbli huma allokati għall-attività ekonomika ta’ din l-istess kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>