2006R1670 — MT — 01.01.2007 — 001.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1670/2006

tal-10 ta’ Novembru 2006

li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-iffissar u l-għoti ta’ rifużjonijietaġġustati fir-rigward ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż

(Versjoni kodifikata)

▼B

(ĠU L 312, 11.11.2006, p.33)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1913/2006 of 20 December 2006 (*)

  L 365

52

21.12.2006


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 084M, 31.3.2009, p. 537  (1670/06)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1670/2006

tal-10 ta’ Novembru 2006

li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-iffissar u l-għoti ta’ rifużjonijietaġġustati fir-rigward ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż

(Versjoni kodifikata)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali ( 1 ), u b’mod partikulari l-Artikolu 18 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-EUR ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2825/93 tal-15 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-iffissar u l-għoti ta’ rifużjonijietaġġustati fir-rigward ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż ( 3 ) ġie sostanzjalment emendat diversi drabi ( 4 ). Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, ir-regolament imsemmi għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, safejn hu neċessarju li jiġu kkunsidrati l-kwalitajiet partikolari tal-produzzjoni ta’ ċertu xorb spirituż li jkun ġej miċ-ċereali, il-kriterji għall-għoti ta’ rifużjonijiettal-esportazzjoni jistgħu jiġu adattati għal din is-sitwazzjoni partikolari. Jidher neċessarju li jkun hemm provvediment għal tali aġġustament għal ċertu xorb spirituż fejn, min-naħa waħda, il-prezz taċ-ċereali fil-mument tal-esportazzjoni mhux marbut mal-prezz taċ-ċereali fil-mument tal-produzzjoni u, min-naħa l-oħra, il-prodott finali jkun ġej minn taħlita ta’ ħafna prodotti, tant li tkun saret impossibbli li tiġi monitorata l-identità taċ-ċereali inkorporati fil-prodott finali għall-esportazzjoni, aktar u aktar la darba dak ix-xorb spirituż huwa wkoll suġġett għall-maturazzjoni obbligatorja ta’ mill-anqas tliet snin.

(3)

Diffikultajiet ta’ din in-natura nstabu b’mod partikolari fir-rigward tal-whisky Skoċċiż, whiskey Irlandiż u whisky Spanjol.

(4)

Is-sistema normali ta’ rimborż għandha, sakemm hu possibbli, tiġi applikata fuq bażi simili. Għalhekk għandu jingħata rimborż fuq ċereali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 23(2) tat-Trattat użati pro rata f’termini ta’ kwantitajiet ta’ xorb spirituż esportat. Għal dan il-għan, il-kwantitajiet ta’ tali ċereali distillati għandhom ikunu mmoltiplikati b’ko-effiċjent totali, b’rata unika kkalkulata skont l-istatistika nazzjonali pprovduta mill-Istati Membri konċernati. L-użu tal-proporzjon bejn il-kwantitajiet totali ta’ xorb spirituż li ġie esportat u l-kwantitajiet totali li nbiegħu jidher li jipprovdi bażi ġusta u soda. Huwa neċessarju li wieħed jiddefinixxi t-tifsira ta’ “kwantitajiet totali esportati” u “kwantitajiet totali mqiegħda fuq is-suq”. Għall-iskop li jkunu determinati l-kwantitajiet ta’ ċereali distillati u l-ko-effiċjent, il-kwantitajiet soġġetti għal ftehimiet ta’ proċessar attiv għandhom jiġu esklużi.

(5)

Huwa neċessarju li jsir provvediment ħalli l-ko-effiċjent ikun aġġustat, b’mod partikolari sabiex tiġi evitata l-possibilità li l-pagamenti tar-rimborż jistgħu jservu biex iżidu l-istokks b’mod mhux normali.

(6)

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi għall-possibilità li jkun hemm distinzjoni fir-rimborż skont id-destinazzjoni. Għalhekk, għandhom jiġu pprovduti kriterji oġġettivi li jwasslu għall-abolizzjoni tar-rimborż lejn ċertu destinazzjonijiet.

(7)

Il-ġurnata li tiddetermina r-rata applikabbli tar-rimborż għandha tkun iffissata. L-ewwelnett dik il-ġurnata għandha tkun konnessa maż-żmien meta ċ-ċereali jitqiegħdu taħt kontroll u, għall-kwantitajiet distillati sussegwentement, ma’ kull perjodu fiskali tad-distillazzjoni. Qabel jitħallas ir-rimborż trid tingħata prova fil-forma ta’ dikjarazzjoni tad-distillazzjoni li ċ-ċereali ġew distillati. Dikjarazzjoni bħal din irid ikollha l-informazzjoni neċessarja għall-kalkolu tar-rimborż. L-ewwel ġurnata ta’ kull perjodu fiskali ta’ distillazzjoni tista’ tkun ukoll l-avveniment operattiv għar-rata ta’ konverżjoni agrikola skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98.

(8)

Huwa neċessarju li għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jiġi rreġistrat li l-prodotti ħarġu mill-Komunità u f’ċerti każijiet tiġi identifikata wkoll id-destinazzjoni tagħhom. Għalhekk huwa neċessarju li tintuża d-definizzjoni ta’ esportazzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li tistabbilixxil-Kodiċi Komunitarju tad-Dwana ( 5 ) u biex tintuża l-evidenza pprovduta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li tistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rimborż tal-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli ( 6 ).

(9)

Sabiex jiġi stabbilit il-ko-effiċjent, għandu jkun obbligatorju li wieħed jipprovdi provi li l-kwantitajiet ta’ xorb spirituż ġew esportati. Huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiemgħal prodotti agrikoli ( 7 ), għandu japplika għall-prodotti li jkunu ġejjin lura fit-territorju Komunitarju jekk il-kundizzjonijiet speċjali jkunu ġew sosisfatti.

(10)

L-Istati Membri għandhom jiġu obbligati jgħaddu l-informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-iffissar u għall-għoti ta’ rimborż tal-esportazzjoni fir-rigward ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ xorb spirituż hekk kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u li għalih perjodu obbligatorju ta’ maturazzjoni ta’ mill-anqas tliet snin huwa parti mill-proċess ta’ manifattura.

2.  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ( 8 ) mhux se japplika għal xorb spirituż imsemmi fil-paragrafu 1, ħlief kif hu pprovdut fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-rimborż msemmi fl-Artikolu 1 jista’ jingħata għaċ-ċereali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(2) tat-Trattat u li jintużaw fil-produzzjoni ta’ xorb spirituż li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2208 30 32, 2208 30 38, 2208 30 52, 2208 30 58, 2208 30 72, 2208 30 78, 2208 30 82 u 2208 30 88 manifatturat skontskont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 ( 9 ).

Artikolu 3

Għal finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) “il-perjodu mogħti ta’ distillazzjoni” jfisser perjodu korrispondenti ma’ perjodu ta’ distillazzjoni miftiehem bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tad-dwana jew awtoritajiet kompetenti oħra għal skopijiet ta’ vverifikar fuq is-sisa (perjodu fiskali);

(b) “il-kwantitajiet totali esportati” tfisser il-kwantitajiet ta’ xorb spirituż li jissodisfaw it-termini tal-Artikolu 23(2) tat-Trattat u li huma esportati lejn destinazzjoni li għalihom huwa applikabbli r-rimborż;

(c) “il-kwantitajiet totali mqiegħdha fis-suq” tfisser il-kwantitajiet ta’ xorb spirituż li jissodisfaw it-termini tal-Artikolu 23(2) tat-Trattat li ġew mibgħuta minn faċilitajiet tal-produzzjoni jew tal-ħażna bl-iskop li jinbiegħu għall-konsum mill-bniedem;

(d) “imqiegħda taħt kontroll” tfisser it-tqegħid taħt proċedura tal-kontroll tad-dwana, jew taħt proċedura amministrattiva li toffri assigurazzjonijiet ekwivalenti, ta’ ċereali maħsuba għall-manifattura ta’ xorb spirituż imsemmi fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

1.  Il-kwantitajiet ta’ ċereali eliġibbli għar-rimborż għandhom ikunu l-kwantitajiet imqiegħda taħt kontroll u ddistillati minn dawk li għandhom dritt għar-rimborż tul perjodu mogħti ta’ distillazzjoni, b’ko-effiċjent li għandu jiġi ffissat annwalment għal kull Stat Membru kkonċernat u applikabbli għall-partijiet eliġibbli kkonċernati kollha. Il-ko-effiċjent għandu jesprimi l-proporzjon medju bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet totali mqiegħdha fis-suqtax-xorb spirituż ikkonċernat, abbażi tat-tendenza nnotata għal dawk il-kwantitajiet waqt in-numru ta’ snin li jikkorrespondu mal-perjodu medju ta’ maturazzjoni tax-xorb spirituż ikkonċernat.

Għall-iskop li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet ta’ ċereali distillati u l-ko-effiċjent, għandhom jiġu esklużi l-kwantitajiet li kienu soġġetti għal ftehimiet ta’ proċessar attiv.

Meta l-ko-effiċjent jiġi kkalkulat, tittieħed ukoll konsiderazzjoni tal-varjazzjonijiet fl-istokks ta’ wieħed mix-xorb spirituż ikkonċernat.

Il-ko-effiċjent jista’ jvarja skont iċ-ċereal użat.

2.  Il-korpi kompetenti għandhom jivverifikaw f’intervalli regolari l-volum attwalment esportat u l-volum ta’ stokks.

Artikolu 5

Il-ko-effiċjent imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandu jiġi ffissat qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.

Dan il-ko-effiċjent għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara.

Il-ko-effiċjent għandu jiġi ffissat skont l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-snin li jippreċedu s-sena tal-iffissar.

Artikolu 6

1.  Ir-rata ta’ rimborż applikabbli għandha tkun tkun dik iffissata skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005.

▼

2.  Ir-rata tar-rifużjoni se tkun dik li tkun tapplika fil-ġurnata li fiha ċ-ċereali jitpoġġew taħt kontroll. Madankollu, fir-rigward tal-kwantitajiet iddistillati f’kull wieħed mill-perjodi fiskali ta’ distillazzjoni wara dak li fih ikun tqiegħed taħt kontroll, ir-rata għandha tkun dik li tkun tapplika fl-ewwel ġurnata ta’ kull perjodu ta’ distillazzjoni kkonċernat.

L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju li tkun tapplika għar-rifużjoni għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 ( 10 ).

▼C1

Artikolu 7

1.  Fejn is-sitwazzjoni fis-suq dinji jew fejn il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq jiddettaw hekk, ir-rimborż għal ċertu destinazzjonijiet għandu jiġi abolit.

2.  Jekk ir-rimborż ikun abolit skontskont paragrafu 1, jew jekk jerġa’ jiġi introdott, u jekk xi swieq jsiru ineliġibbli għar-rifużjonijiettal-esportazzjoni skont Att ta’ Adeżjoni jew skont ftehim ma’ pajjiżi terzi, il-ko-effiċjent imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandu jiġi aġġustat. Dan l-aġġustament għandu jinvolvi skont il-każ, l-esklużjoni jew l-inklużjoni, fil-kwantitajiet totali esportati użati għall-kalkolu ta’ dak il-ko-effiċjent, tal-kwantitajiet esportati lejn dawk is-swieq li għalihom ir-rimborż huwa abolit jew introdott mill-ġdid. Il-ko-effiċjent aġġustat għandu japplika mill-ewwel ġurnata tal-perjodu fiskali tad-distillazzjoni wara l-bidla fl-eliġibilità tas-swieq ikkonċernati.

Artikolu 8

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċereali jistgħu jinbidlu mal-malt.

F’dak il-każ il-ko-effiċjent għall-kalkolu tal-barli ekwivalenti tal-malt għandu jkun ta’ 1,30.

Madanakollu, fejn il-malt li jitqiegħed taħt kontroll ikun malt aħdar b’kontenut ta’ ndewwa bejn 43 % u 47 %, il-ko-effiċjent għall-kalkolu tal-piż ekwivalenti tal-malt b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 7 % għandu jkun 0,57.

Artikolu 9

1.  Distillers li huma stabbiliti fil-Komunità biss se jkunu intitolati għal rimborż.

2.  Qabel il-bidu ta’ kull perjodu fiskali tad-distillazzjoni, id-distiller għandu jikkomunika mal-awtoritajiet kompetenti, dikjarazzjoni li tinkludi l-partikularijiet kollha li huma neċessarji biex jiġi ddeterminat ir-rimborż, b’mod partikolari:

(a) deskrizzjoni taċ-ċereali jew malt skont in-nomenklatura tat-tariffa doganali komuni, fejn hemm bżonn mqassmin fi gruppi omoġenji;

(b) il-piż nett tal-prodotti u tal-kontenut ta’ ndewwa, imqassmin skont kull grupp imsemmi taħt (a);

(c) konferma li ċ-ċereali jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(2) tat-Trattat;

(d) il-post tal-ħażna u tad-distillazzjoni.

Waqt il-perjodu fiskali tad-distillazzjoni d-dikjarazzjoni tista’ tiġi aġġornata waqt li jkun għaddej il-proċess tad-distillazzjoni sabiex jittieħed qies tal-kwantitajiet akbar u iżgħar li attwalment ikunu qed jiġu ddistillati.

3.  Wara kull perjodu fiskali ta’ distillazzjoni, id-distiller għandu jiddepożita dikjarazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, minn issa ‘l quddiem imsejħa “dikjarazzjoni ta’ distillazzjoni”, li fiha huwa jikkonferma li waqt il-perjodu kkonċernat ta’ distillazzjoni, huwa ddistilla ċ-ċereali hekk kif imniżżla fid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, sabiex jipproduċi wieħed mix-xorb spirituż ikkonċernat; huwa għandu jindika l-kwantità ta’ prodotti distillati. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ċċertifikata mill-awtoritajiet responsabbli mill-proċess ta’ tqegħid taħt kontroll.

4.  Ir-rimborż għandu jitħallas meta tingħata prova li ċ-ċereali tqiegħdu taħt kontroll u ġew iddistillati.

5.  il-piż taċ-ċereali li jrid jitqies għall-kalkolu tal-pagament għandu jkun il-piż nett, f’każ li l-kontenut ta’ ndewwa ma jkunx aktar minn 15 %. Jekk il-kontenut ta’ ndewwa taċ-ċereali użat ikun iżjed minn 15 % iżda mhux aktar minn 16 %, il-piż li jrid jitqies għandu jkun il-piż nett imnaqqas b’ 1 %. Jekk il-kontenut ta’ ndewwa taċ-ċereali użati ikun iżjed minn 16 % iżda mhux aktar minn 17 %, it-tnaqqis għandu jkun ta’ 2 %. Jekk il-kontenut ta’ ndewwa taċ-ċereali użati jkun iżjed minn 17 % it-tnaqqis għandu jkun żewġ punti ta’ persentaġġ għal kull punt ta’ persentaġġ ta’ ndewwa ogħla minn 15 %.

Il-piż tal-malt minbarra l-malt aħdar, hekk kif imsemmi fl-Artikolu 8, li għandu jitqies għall-kalkolu tal-pagament għandu jkun il-piż nett, f’każ li l-kontenut ta’ ndewwa ma jkunx aktar minn 7 %. Jekk il-kontenut ta’ ndewwa tal-malt użat ikun iżjed minn 7 % iżda mhux aktar minn 8 %, il-piż li għandu jitqies għandu jkun il-piż nett imnaqqas b’ 1 %. Jekk il-kontenut ta’ ndewwa tal-malt użat ikun iżjed minn 8 % it-tnaqqis għandu jkun żewġ punti ta’ persentaġġ għal kull punt ta’ persentaġġ ta’ ndewwa ogħla minn 7 %.

Il-metodu ta’ referenza tal-Komunità li jiddetermina l-kontenut ta’ ndewwa ta’ ċereali u ta’ malt maħsuba għall-produzzjoni tax-xorb spirituż imsemmija f’dan ir-Regolament għandu jkun dak muri fl-Anness IV mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 ( 11 ).

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jivverifikaw l-akkuratezza tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 u ta’ dawk relatati mal-kontroll fiżiku taċ-ċereali, il-proċess tad-distillazzjoni u l-użu tal-prodott distillat miksub.

Artikolu 11

1.  Il-prodotti sekondarji tal-ipproċessar għandhom jiġu eżentati mill-kontroll f’każ li jiġi stabbilit li ma jeċċedux il-kwantità miksuba normalment ta’ prodotti sekondarji.

2.  L-ebda rimborż ma għandu jingħata fejn iċ-ċereali jew il-malt ma jkunux ta’ kwalità tajba biżżejjed li jistgħu jinbiegħu.

Artikolu 12

1.  Ir-rimborż għandu jitħallas mill-Istat Membru fejn id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 ikunu aċċettati.

2.  Ir-rimborż għandu jingħata biss fuq applikazzjoni miktuba min-negozjant. L-Istati Membri jistgħu jordnaw formoli speċjali biex jintużaw għal dan il-għan.

3.  Ħlief għal każijiet ta’ force majeure, id-dokumenti meħtieġa għall-għoti tar-rimborż iridu jiġi ddikjarati fi żmien tnax-il xahar mill-ġurnata li fiha l-awtoritajiet responsabbli għall-proċess tat-tqegħid taħt kontroll ikunu aċċettaw id-dikjarazzjoni tad-distillazzjoni, jekk le id-dritt għar-rimborż jintilef.

4.  Fejn il-ko-effiċjent ikun aġġustat skont l-Artikolu 7(2), ir-rimborżi mħallsa inkorrettament mid-data tal-applikazzjoni tal-ko-effiċjent aġġustat għandhom jitħallsu lura mill-benefiċjarji.

Artikolu 13

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 4, għandha tingħata prova li l-kwantitajiet ta’ xorb spirituż li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(2) tat-Trattat ġew esportati.

2.  Il-prova applikabbli għanda tkun dik prevista fir-Regolament (KE) Nru 800/1999.

3.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “esportazzjoni” tfisser:

(a) esportazzjoni fis-sens tal-Artikoli 161 u 162 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

u

(b) kunsinni lejn destinazzjonijiet koperti mill-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

4.  Prodotti li jitpoġġew fi mħażen tal-ikel approvati skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandhom jiġu wkoll ikkunsidrati bħala prodotti esportati. Meta prodotti jitpoġġew fi mħażen bħal dawn, l-Artikoli 40 sa 43 tar-Regolament imsemmi hawn fuq, għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 14

1.  Xorb spirituż jiġi kkunsidrat bħala prodott esportat f’dik il-ġurnata meta jkunu tlestew il-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni.

2.  Id-dikjarazzjoni sottomessa meta jkunu tlestew il-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni trid tinkludi:

(a) deskrizzjoni tax-xorb spirituż ikkonċernat, skont in-nomenklatura magħquda;

(b) il-kwantitajiet, espressi f’litri ta’ alkoħol pur, ta’ xorb spirituż li qed jiġi esportat;

(c) deskrizzjoni ta’ jew referenza oħra għall-kompożizzjoni tax-xorb spiritużb’mod li jista’ jiġi ddeterminat it-tip ta’ ċereali użat;

(d) l-Istat Membru tal-produzzjoni.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2(c), jekk ix-xorb spirituż ikun magħmul minn tipi differenti ta’ ċereali u jirriżulta minn taħlita sussegwenti, dan għandu jkun biżżejjed biex jiġi affermat f’din id-dikjarazzjoni.

Artikolu 15

1.  Biex kwantità ta’ xorb spirituż tiġi kkunsidrata li ġiet esportata, il-prova msemmija fl-Artikolu 13 trid tiġi sottomessa lill-awtoritajiet imsemmija sa sitt xhur mill-ġurnata li fiha jkunu tlestew il-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni.

2.  Jekk il-prova ma tkunx ġiet ipprovduta fil-limitu ta’ żmien preskritt minkejja l-aħjar sforzi possibbli tal-esportatur biex jiksibha fil-limitu taż-żmien, tista’ tingħata estensjoni għal-limitu taż-żmien ta’ mhux aktar minn sittxhur b’kollox.

Madanakollu, jekk il-prova tal-esportazzjoni tiġi pprovduta barra mil-limitu taż-żmien li jippermetti l-operazzjoni tal-esportazzjoni tiġi inkluża mal-esportazzjonijiet magħmula tul l-istess sena kalendarja, l-operazzjoni tal-esportazzjoni inkwistjoni għandha tiġi aggregata ma’ esportazzjonijiet magħmula tul is-sena kalendarja li jmiss.

Artikolu 16

1.  Fejn tapplika l-proċedura tal-Komunità dwar it-tranżitu, ix-xorb imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandu jitqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Komunità.

2.  Għall-finijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, ix-xorb spirituż imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għandu jitqies bħala prodott li fir-rigward tiegħu, il-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni meħtieġa biex jingħata r-rimborż tal-esportazzjoni jkunu tlestew. Xarbiet bħal dawn ma jistgħux jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa sakemm ma jitħallasx lura l-ammont korrispondenti għar-rimborż tal-esportazzjoni mħallas.

Artikolu 17

Fejn japplika l-Artikolu 7, trid tingħata wkoll prova li x-xorb spirituż ikkonċernat wasal fid-destinazzjoni li għaliha r-rimborż ġie ffissat.

F’dak il-każ, il-prova ta’ importazzjoni f’pajjiż ieħor li għaliha japplika r-rimborż, għandha tkun il-prova mitluba fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Artikolu 18

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-entitajiet kompetenti biex japplikaw dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja sas-16 ta’ Lulju ta’ kull sena:

(a) il-kwantitajiet ta’ ċereali u malt li jissodisfaw it-termini tal-Artikolu 23(2) tat-Tratta u ddistillati fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel, imqassma skont in-nomenklatura magħquda;

(b) il-kwantitajiet ta’ ċereali u malt, imqassma skont in-nomenklatura magħquda, li kienu s-suġġett ta’ ftehimiet ta’ proċessar attiv waqt l-istess perjodu;

(c) il-kwantitajiet ta’ xorb spirituż kopert mill-Artikolu 2, imqassma skont il-kategoriji li jidhru fl-Artikolu 19, li jinkludu kemm il-kwantitajiet esportati kif ukoll kwantitajiet mqiegħda fis-suq waqt l-istess perjodu;

(d) il-kwantitajiet ta’ xorb spirituż prodott skont ftehimiet ta’ proċessar attiv u esportati lejn pajjiżi oħra waqt l-istess perjodu, imqassma skont il-kategoriji li jidhru fl-Artikolu 19;

(e) il-kwantitajiet ta’ xorb spirituż maħżuna fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u l-kwantitajiet prodotti waqt dak il-perjodu.

3.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li tidher taħt il-punti (a) sa (d) għal kull tliet xhur kalendarji qabel is-16 ta’ Ottubru, is-16 ta’ Jannar u s-16 ta’ April, fejn disponibbli.

4.  Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu wkoll l-informazzjoni neċessarja biex jiġi aġġustat il-ko-effiċjent imsemmi fl-Artikolu 7(2).

Artikolu 19

Għall-finijiet tal-Artikolu 18:

(a) “grain whisky” tfisser whisky magħmul mill-malt u ċ-ċereali;

(b) “whisky tal-malt” tfisser whisky magħmul esklussivament mill-malt;

(c) “whiskey Irlandiż, kategorija A” tfisser whiskey magħmul mill-malt u miċ-ċereali, b’inqas minn 30 % malt;

(d) “whiskey Irlandiż, kategorija B” tfisser whiskey magħmul mill-barli u mill-malt, b’mill-anqas 30 % malt;

(e) il-persentaġġi tad-diversi tipi ta’ ċereali użati fil-manifattura tax-xorb spirituż imsemmi fl-Artikolu 14(3) għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-kwantitajiet totali tat-tipi varji taċ-ċereali użati fil-manifattura tax-xorb spirituż imsemmi fl-Artikolu 2.

Artikolu 20

Ir-Regolament (KEE) Nru 2825/93 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Ir-Regolament imħassar, bl-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2825/93

(ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3098/94

(ĠU L 328, 20.12.1994, p. 12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1633/2000

(ĠU L 187, 26.7.2000, p. 29)




ANNESS II



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 2825/93

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1), l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(1), it-tielet subparafu

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13(1) u (2)

Artikolu 13(1) u (2)

Artikolu 13(3), sentenza introduttorja

Artikolu 13(3), sentenza introduttorja

Artikolu 13(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 13(3)(a)

Artikolu 13(3), it-tieni inċiż

Artikolu 13(3)(b)

Artikolu 13(4)

Artikolu 13(4)

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

—

—

Artikolu 20

Artikolu 21, l-ewwel paragrafu

Artikolu 21

Artikolu 21, it-tieni paragrafu

—

—

Anness I

—

Anness II



( 1 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

( 2 ) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

( 3 ) ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6. Ir-Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1633/2000 (ĠU L 187, 26.7.2000, p. 29).

( 4 ) Ara Anness I.

( 5 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

( 6 ) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

( 7 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

( 8 ) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.

( 9 ) ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1.

( 10 ) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.

( 11 ) ĠU L 100, 20.4.2000, p. 31.