1982R0032 — MT — 03.12.1997 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 32/82 tas-7 ta' Jannar 1982 (ĠU L 004, 8.1.1982, p.11) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 752/82 tal-31 ta’ Marzu 1982 |
L 86 |
50 |
1.4.1982 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2304/82 ta' l-20 ta' Awissu 1982 |
L 246 |
9 |
21.8.1982 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 631/85 tat-12 ta' Marzu 1985 |
L 72 |
24 |
13.3.1985 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2688/85 tal-25 ta’ Settembru 1985 |
L 255 |
11 |
26.9.1985 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3169/87 tat-23 ta’ Ottubru 1987 |
L 301 |
21 |
24.10.1987 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2326/97 tal-25 ta’ Novembru 1997 |
L 323 |
1 |
26.11.1997 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 744/2000 ta’ l-10 ta’ April 2000 |
L 89 |
3 |
11.4.2000 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 32/82
tas-7 ta' Jannar 1982
li jistabilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' fondi speċjali ta' esportazzjoni għall-laħam taċ-ċanga u tal-vitella
IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella ( 1 ), kif emendat l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni tal-Ġreċja, u partikolarment l-Artikolu 18(6) tiegħu,
Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 885/68 ( 2 ), kif emendat l-aħħar minn Regolament (KEE) Nru 427/77 ( 3 ), stabilixxa regoli ġenerali għall-għoti lura ta' fondi ta' esportazzjoni u kriterji għall-iffissar ta' l-ammont miġjub fih;
Billi, akkont tas-sitwazzjoni tas-suq fil-Komunità u l-iskop għall-bejgħ ta' ċerti prodotti tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella li jistgħu fil-preżent ikunu l-oġġett ta' xiri ta' intervent, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu mogħtija lura fondi speċjali għall-esportazzjoni ta' prodotti bħal dawn meta jkunu intenzjonati għal ċerti pajjiżi li mhumiex membri bi ħsieb li jitnaqqas ix-xiri t'intervenzjoni;
Billi l-Kumitat ta' Tmexxija għal-Laħam taċ-Ċanga u Vitella ma tax opinjoni fiż-żmien iffissat mill-President tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jaqblu mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għall-fondi speċjali ta' esportazzjoni.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-laħam frisk jew imkessaħ, fil-forma ta' karkassi, nofs karkassi, kwarti kkompensati, kwarti tas-saqajn ta' quddiem u tas-saqajn ta' wara, esportati lil ċerti pajjiżi li mhumiex membri.
3. Meta l-karkassi jew ir-rbiegħ warranija li ma jkunux separati jiġu ppreżentati flimkien mal-fwied u/jew mal-kliewi, il-piż tal-karkassa għandu jitnaqqas bi:
— 5 kg għall-fwied u l-kliewi flimkien,
— 4,5 kg għall-fwied,
— 0,5 kg għall-kliewi.
Artikolu 2
1. L-eliġibilità għal fondi lura speċjali ta' esportazzjoni għandhom ikunu soġġetti għas-sottomissjoni ta' prova li l-prodotti esportati jiġu minn baqar maskili li jkunu kibru.
2. Din il-prova għandha tiġi pprovduta permezz ta’ ċertifikat, li l-eżemplari tiegħu qed jidher fl-Anness, maħruġ fuq talba tal-parti kkonċernata mill-aġenzija ta’ l-intervent jew minn kull awtorità oħra nnominata għal dak il-għan mill-Istat Membru fejn ikunu nqatlu l-annimali. Id-dokument għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tad-dwana meta jsiru l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni u għandu jintbagħat permezz tal-mezzi amministrattivi lill-aġenziji responsabbli għall-ħlas tar-rifużjoni wara li jitlestew il-formalitajiet imsemmija. Dawk il-formalitajiet għandhom isiru fl-Istat Membru fejn l-annimali jkunu nqatlu.
Madanakollu, fejn il-prodotti jitqiegħdu taħt l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ( 4 ) iċ-ċertifikat imsemmi fis-subparagrafu ta’ qabel għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tad-dwana fil-ħin meta jkunu qed isiru l-formalitajiet doganali msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 ( 5 ). Minkejja dak ir-Regolament, l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(4)(b), (c) u (d) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 m’għandhomx jiġu awtorizzati fejn jgħodd dan is-subparagrafu. ►M7 Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-tgeżwir tal-prodotti bil-kondizzjoni li l-marka ta' l-identifikazzjoni jew is-siġill fuq kull prodott, imsemmija fl-Artikolu 3(2), jibqgħu jidhru. ◄
Artikolu 3
Il-Pajjiżi Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-iċċekkjar tal-prodotti u għall-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 2. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinkludu l-indikazzjoni tal-kwantità minima.
Il-Pajjiżi Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li ma ssir l-ebda sostituzzjoni tal-prodotti bejn iż-żmien ta' meta ġew iċċekkjati u ż-żmien ta' meta jitilqu mit-territorju ġeografiku tal-Komunità jew meta jiġu mwassla fid-destinazzjoni imsemmija fl- ►M6 Artikolu 34 tar- Regolament (KEE) Nru 3665/87 ◄ ( 6 ). Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-identifikazzjoni ta' kull prodott permezz ta' marka li ma titħassarx fuq kull kwart jew b'siġill individwali fuq kull kwart. Il-qatla u l-identifikazzjoni għandha ssir fil-biċċerija indikata mill-parti konċernata fl-applikazzjoni imsemmija fl-Artikolu 2(2).
F’każi fejn karkassi jew nofs karkassi jinqatgħu fi rbiegħ ta’ quddiem u fi rbiegħ ta’ wara f’lokalità oħra minbarra l-biċċerija, l-awtorità msemmija f’Artikolu 2(2) tista’ tibdel iċ-ċertifikat hawn fuq imsemmi, maħruġ fir-rigward tal-karkassi jew in-nofs karkassi, ma’ ċertifikati rigward l-irbiegħ hawn fuq imsemmija, kemm-il darba l-ħtiġiet l-oħra kollha li jirrigwardaw il-ħruġ tagħhom jkunu tħarsu.
Artikolu 4
Il-Pajjiżi Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-20 ta' Jannar 1982 il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jimplimentaw dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-kummenti tagħha, jekk ikun hemm, lill-Pajjiż Membru qabel l-20 ta' Frar 1982.
▼M6 —————
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu japplika mill-1 ta' Marzu 1982.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fil-Pajjiżi Membri kollha.
ANNESS
( 1 ) ĠU Nru L 148, tat-28.6.1968, p. 24.
( 2 ) ĠU Nru L 156, ta' l-4.7.1968, p. 2.
( 3 ) ĠU Nru L 61, tal-5.3.1977, p. 16.
( 4 ) ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.
( 5 ) ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.
( 6 ) ĠU Nru L 317, tat-12.12.1979, p. 1.