<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0800881901.case.xml"><NO.CASE>C-295/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0295</NO.CELEX><NO.SEQ>0028.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-8822</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-8848</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>27</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20110922">22.9.2011</DATE> – KAWŻA C-295/10</LEFT><RIGHT>VALČIUKIENĖ <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-295/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100513">13 ta’ Mejju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20100615">15 ta’ Ġunju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Genovaitė Valčiukienė,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Julija Pekelienė,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Lietuvos žaliųjų judėjimas,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Petras Girinskis,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Laurynas Arimantas Lašas</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Pakruojo rajono savivaldybė,</HT></P><?PAGE NO="I-8823"?><P><HT TYPE="BOLD">Šiaulių visuomenės sveikatos centras,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Šiaulių regiono aplinkos apsaugos departamentas,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Sofita UAB,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Oltas UAB,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Šiaulių apskrities viršininko administracija,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Rimvydas Gasparavičius,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Rimantas Pašakinskas,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><?PAGE NO="I-8824"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, K. Schiemann, L. Bay Larsen (Relatur), C. Toader u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110518">18 ta’ Mejju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal G. Valčiukienė u J. Pekelienė, il-Lietuvos žaliųjų judėjimas kif ukoll għal P. Girinskis u L. Arimantas Lašas, minn S. Dambrauskas, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas u J. Balčiūnaitė, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Oliver u A. Steiblytė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="I-8825"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3(2)(a), (3) u (5), kif ukoll 11(1) u (2) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20010627">27 ta’ Ġunju 2001</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 6, p. 157).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn G. Valčiukienė u J. Pekelienė, il-Lietuvos žaliųjų judėjimas (Il-moviment tal-ħodor fil-Litwanja) kif ukoll P. Girinskis u L. Arimantas Lašas kontra l-Pakruojo rajono savivaldybė (Kunsill tad-distrett ta’ Pakruojas), is-Šiaulių visuomenės sveikatos centras (Ċentru tas-saħħa pubblika ta’ Šiauliai) u s-Šiaulių regiono aplinkos apsaugos departamentas (Dipartiment reġjonali tal-protezzjoni tal-ambjent ta’ Šiauliai) li tirrigwarda, b’mod partikolari, żewġ deċiżjonijiet tat-23 ta’ Marzu u tal-<DATE ISO="20060420">20 ta’ April 2006</DATE>, li permezz tagħhom il-Pakruojo rajono savivaldybė approva żewġ pjanijiet dettaljati li kull wieħed minnhom jirregola l-kostruzzjoni ta’ kumpless immobbli ddestinat għat-trobbija intensiva ta’ kapaċità ta’<?PAGE NO="I-8826"?> 4,000 ħanżir kif ukoll it-tqassim tal-art ta’ żewġ għelieqi li għandhom jilqgħu dawn il-kumplessi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2001/42</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 10 sa 12 u l-premessa 19 tad-Direttiva 2001/42 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(10)</NO.P><TXT>Il-pjanijiet u l-programmi kollha li huma ppreparati għal numru ta’ setturi u li jistabilixxu qafas għal kunsens ta’ żvilupp fil-futur tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati dwar l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-<DATE ISO="19970303">3 ta’ Marzu 1997</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 85/337<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/>)], […] li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, u għandhom bħala regola jsiru suġġetti għall-istima sistematika ambjentali. Meta dawn jistabilixxu l-użu<?PAGE NO="I-8827"?> ta’ żoni żgħar fil-livell lokali […], dawn għandhom ikunu stmati biss meta l-Istati Membri jistabilixxu li dawn x’aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Pjanijiet u programmi oħra li jistabbilixxu l-qafas għall-kunsens ta’ żvilupp futur ta’ proġetti jistgħu ma jkollhomx effetti sinifikanti fuq l-ambjent fil-każijiet kollha u għandhom jiġu stmati biss meta l-Istati Membri jistabilixxu li dawn x’aktarx ikollhom dawk l-effetti.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Meta l-Istati Membri jagħmlu dawk l-għażliet, dawn għandhom jikkunsidraw il-kriterji rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Meta l-obbligazzjoni li ssir stima ta’ l-effetti fuq l-ambjent tinħoloq simultanjament minn din id-Direttiva u minn leġislazzjoni oħra tal-Komunità, bħad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-<DATE ISO="19790402">2 ta’ April 1979</DATE>, dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98)], id-Direttiva 92/43/KEE [tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102)] jew id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-<DATE ISO="20001023">23 ta’ Ottubru 2000</DATE>, li tistabilixxi qafas għall-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275)], sabiex tkun evitata duplikazzjoni ta’ l-istima, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjoni għall-proċeduri kordinati u konġunti li jilħqu l-ħtiġiet tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/42, din għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u li tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u fl-adozzjoni ta’ pjanijiet u ta’ programmi bil-għan li jiġi promoss żvilupp sostenibbli, billi jkun żgurat li, skont din id-direttiva, issir<?PAGE NO="I-8828"?> evalwazzjoni ambjentali ta’ ċerti pjanijiet u programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/42 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>pjanijiet u programmi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser pjanijiet u programmi […] kif ukoll xi modifiki li jsirulhom:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li huma suġġetti għall-preparazzjoni u/jew adozzjoni minn xi awtorita nazzjonali, reġjonali jew livell lokali jew li jkunu preparati minn xi awtorita għall-adozzjoni, permezz ta’ proċedura leġislattiva mill-Parlament jew il-Gvern, u</P></ITEM><ITEM><P>li huma meħtieġa permezz ta’ disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>stima ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser il-preparazzjoni ta’ xi rapport ambjentali, l-għemil ta’ konsultazzjonijiet, it-teħid tal-kont tar-rapport ambjentali u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet u d-disposizzjoni ta’ l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni skond l-Artikoli 4 sa 9;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8829"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-istima ambjentali, skond l-Artikoli 4 sa 9, għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 li x’aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-paragrafu 3, stima ambjentali għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi kollha,</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li huma ppreparati għall-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, l-enerġija, l-industrija, it-trasport, l-immaniġġjar ta’ l-iskart, l-amministrazzjoni ta’ l-ilma, it-telekomunikazzjonijiet, it-turiżmu, pjanar ta’ bliet u l-kampanja jew l-użu ta’ l-art u li jistabilixxu l-qafas għall-kunsens futur għall-iżvilupp tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva [85/337], […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Pjanijiet u programmi msemmija fil-paragrafu 2 li jistabbilixxu l-użu ta’ żoni żgħar fil-livell lokali […] jkunu jeħtieġu stima ambjentali biss meta l-Istati Membri jistabbilixxu li dawn x’aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="I-8830"?><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabilixxu jekk il-pjanijiet jew il-programmi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 hux ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti jew billi kull każ jiġi eżaminat jew billi jkunu speċifikati t-tipi ta’ pjanijiet u programmi jew billi jkunu kombinati iż-żewġ metodi. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom fil-każijiet kollha jikkunsidraw il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness II, sabiex ikun assigurat li l-pjanijiet u l-programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent ikunu koperti b’din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/42, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Relazzjoni mal-leġislazzjoni l-oħra tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Stima ambjentali magħmula skond din id-Direttiva għandha ssir mingħajr preġudizzju għal xi ħtiġiet skond id-Direttiva [85/337] u għal xi ħtiġiet oħra tal-liġi tal-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għar-rigward ta’ pjanijiet u programmi li dwarhom l-obbligazzjoni li jsiru stimi ta’ l-effetti fuq l-ambjent tirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u minn leġislazzjoni oħra tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjonijiet għal proċeduri kordinati jew konġunti li jaqblu mal-ħtiġiet tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità sabiex, fost l-oħrajn, jevitaw duplikazzjoni ta’ stimi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Anness II tad-Direttiva 2001/42 jelenka l-kriterji li jippermettu li tiġi ddeterminata l-portata probabbli tal-effetti kkunsidrati fl-Artikolu 3(5) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8831"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 85/337</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 85/337, il-proġetti elenkati fl-Anness I tagħha għandhom jiġu suġġetti għal evalwazzjoni, ħlief għall-każijiet eżentati eċċezzjonalment taħt l-Artikolu 2(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-punt 17 tal-Anness I tad-Direttiva 85/337 jirrigwarda l-installazzjonijiet għat-tkabbir intensiv tal-ħnieżer b’iktar minn 3,000 post għal ħnieżer tal-produzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 85/337 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Bla ħsara għall-Artikolu 2(3), għall-proġetti mniżżla fil-lista fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu permezz ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>eżami każ b’każ,</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-għetiebi jew il-kriterji stabbiliti mill-Istat Membru,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jekk il-proġett għandux jiġi sottomess għal stima b’mod konformi ma’ l-Artikoli 5 sa 10.</P><?PAGE NO="I-8832"?><P>L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li japplikaw iż-żewġ proċeduri msemmija fil-(a) u fil-(b).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1, punti 10, 17 u 18, tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent (Aplinkos apsaugos istatymas), kif emendata bil-liġi tad-<DATE ISO="20040219">19 ta’ Frar 2004</DATE> (Žin., 2004, Nru 36-1179, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, għall-finijiet tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>10)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Stima tal-impatt fuq l-ambjent</HT>, tfisser il-proċess ta’ identifikazzjoni, ta’ definizzjoni u ta’ stima tal-effetti li l-attività ekonomika ppjanata jista’ jkollha fuq l-ambjent;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>17)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Stima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent</HT>, tfisser il-proċess ta’ identifikazzjoni, ta’ definizzjoni u ta’ stima tal-effetti li l-implementazzjoni ta’ ċerti pjanijiet u programmi jista’ jkollha fuq l-ambjent, li matulha, xi dokumenti relattivi għall-istima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent ikunu stabbiliti, ikunu saru xi konsultazzjonijiet, ir-riżultati tal-istima u tal-konsultazzjonijiet jittieħdu inkunsiderazzjoni qabel l-adozzjoni u/jew<?PAGE NO="I-8833"?> l-approvazzjoni ta’ kull pjan jew programm, u tiġi pprovduta xi informazzjoni dwar id-deċiżjoni sabiex il-pjan jew il-programm jiġi adottat u/jew ikkonfermat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">pjanijiet u programmi</HT>, tfisser dokumenti relattivi għall-ippjanar fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali ([…] dokumenti ta’ ppjanar tat-territorju, […] li huma mfassla, approvati u/jew adottati b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ jew b’mod konformi mas-setgħat ta’ eżekuzzjoni tal-awtoritajiet amministrattivi pubbliċi u li l-implementazzjoni tagħhom jista’ jkollha effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, inklużi l-emendi magħmula, b’mod totali jew parzjali, għal tali pjanijiet u programmi.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) ta’ din il-liġi jipprovdi li l-pjanijiet u l-programmi li l-implementazzjoni tagħhom jista’ jkollha effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent għandhom ikunu mfassla u implementati b’mod konformi mal-imsemmija liġi u mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi oħra li jirregolaw l-istima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent, l-ippjanar tat-territorju u s-sorveljanza tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-liġi dwar l-ippjanar tat-territorju</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Mill-punt 4 tal-Artikolu 4(3) tal-liġi dwar l-ippjanar tat-territorju (Teritorijų planavimo įstatymas), kif emendata bil-liġi tal-<DATE ISO="20040115">15 ta’ Jannar 2004</DATE> (Žin., 2004, Nru 21-617, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>liġi dwar l-ippjanar tat-territorju<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jirriżulta li l-pjanijiet dettaljati, bħal dawk ikkontestati fil-kawża prinċipali, huma dokumenti relattivi għall-ippjanar tat-territorju fuq livell lokali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8834"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(4) ta’ din il-liġi jipprovdi li, meta jkun stabbilit pjan dettaljat, għandha ssir evalwazzjoni strateġika tal-effetti fuq l-ambjent ta’ dan id-dokument ta’ ppjanar tat-territorju biss meta dan ikun previst mil-leġiżlazzjoni jew minn atti regolamentari jew amministrattivi oħra.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Digriet Nru 967 tat-<DATE ISO="20040818">18 ta’ Awwissu 2004</DATE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42 ġew implementati fid-dritt Litwan b’mod partikolari bid-Digriet Nru 967 tal-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja li stabbilixxa l-qafas li jirregola l-proċedura ta’ evalwazzjoni strateġika tal-effetti tal-pjanijiet u tal-programmi fuq l-ambjent (Nutarimas dėl planų ir programų strateginio pasekmių aplinkai vertinimo tvarkos aprašo patvirtinimo), tat-<DATE ISO="20040818">18 ta’ Awwissu 2004</DATE> (Žin., 2004, Nru 130-4650, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-punt 7.1 tal-qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967 jipprovdi li għandha ssir, b’mod obbligatorju, evalwazzjoni strateġika fil-każ fejn pjanijiet u programmi jkunu ppjanati għat-tqassim tal-artijiet jew għall-ippjanar tat-territorju u li jistabbilixxu l-qafas ta’ twettiq ta’ proġetti ta’ attività ekonomika msemmija fl-Annessi 1 jew 2 tal-liġi dwar l-istima tal-impatt tal-proġetti ta’ attività ekonomika fuq l-ambjent (Planuojamos ūkinės veiklos poveikio aplinkai vertinimo įstatymas), kif emendata bil-liġi tal-<DATE ISO="20050621">21 ta’ Ġunju 2005</DATE> (Žin., 2005, Nru 84-3105, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>liġi dwar l-istima tal-impatt ta’ proġetti ta’ attività ekonomika fuq l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-punt 3.4 tal-qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967 madankollu jipprovdi li dan ma japplikax għall-ippjanar u għall-approvazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>dokumenti ta’ ppjanar tat-territorju li jirrigwardaw biss attività ekonomika waħda<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8835"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Id-Digriet Nru 967 tat-<DATE ISO="20040818">18 ta’ Awwissu 2004</DATE>, tħassar bid-Digriet Nru 467 tal-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja, tas-<DATE ISO="20110427">27 ta’ April 2011</DATE> (Žin., 2011, Nru 50), li jannulla l-punt 3.4 tal-qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967 b’effett mill-<DATE ISO="20110501">1 ta’ Mejju 2011</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-liġi dwar l-istima tal-impatt ta’ proġetti ta’ attività ekonomika fuq l-ambjent</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-liġi dwar l-istima tal-impatt ta’ proġetti ta’ attività ekonomika fuq l-ambjent hija intiża, b’mod partikolari, sabiex timplementa d-Direttiva 85/337.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-punt 1.1 tal-Anness 1 ta’ din il-liġi tissemma’ t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>trobbija tal-ħnieżer (900 ħanżir mara jew iktar; 3,000 ħanżir ieħor jew iktar)<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20050324">24 ta’ Marzu 2005</DATE>, il-Pakruojo rajono savivaldybė approva l-proposta ta’ Saerimner UAB intiża li tibni sa 11-il kumpless immobbli ddestinati għat-trobbija tal-ħnieżer fit-territorju tad-distrett ta’ Pakruojas.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20060223">23 ta’ Frar 2006</DATE>, il-Pakruojo rajono savivaldybė awtorizza lil Sofita UAB u lil Oltas UAB, li l-kumpannija parent tagħhom hija Saerimner UAB, sabiex jikkummissjonaw pjanijiet dettaljati dwar il-bini ta’ żewġ kumplessi immobbli ddestinati għat-trobbija intensiva ta’ kapaċità ta’ 4,000 ħanżir f’żewġ lokalitajiet viċin tal-komun ta’ Klovainiai, li jinsab fid-distrett ta’ Pakruojas.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8836"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tat-23 ta’ Marzu u tal-<DATE ISO="20060420">20 ta’ April 2006</DATE>, il-Pakruojo rajono savivaldybė approva dawn il-pjanijiet dettaljati, li jirregolaw, bl-istess mod, il-kostruzzjoni ta’ dawn il-kumplessi li kull wieħed minnhom jinkludi 4,000 ħanżir u ġibjun ta’ 10,000 m3 għad-demel likwidu kif ukoll it-tqassim tal-art ta’ żewġ għelieqi li għandhom jakkomodaw lil dawn il-kumplessi.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tal-imsemmija pjani dettaljati, ġie stabbilit l-użu tat-territorju fuq livell lokali. Skont il-punt 4 tal-Artikolu 4(3) tal-liġi dwar l-ippjanar tat-territorju, tali pjanijiet dettaljati jikkostitwixxu dokumenti relattivi għall-ippjanar tat-territorju fuq livell lokali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kkontestaw quddiem is-Šiaulių apygardos administracinis teismas (Tribunal amministrattiv reġjonali ta’ Šiauliai), b’mod partikolari, il-legalità ta’ dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni, billi sostnew li l-awtoritajiet kompetenti kellhom jagħmlu evalwazzjoni strateġika tal-effetti fuq l-ambjent fis-sens tal-punt 17 tal-Artikolu 1 tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20090221">21 ta’ Frar 2009</DATE>, l-imsemmi Tribunal ċaħad ir-rikors bħala mhux fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Dan irrileva li, skont id-dritt nazzjonali, u b’mod partikolari l-punt 3.4 tal-qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967, il-proċedura ta’ evalwazzjoni strateġika tal-effetti fuq l-ambjent ma tapplikax għal dokumenti ta’ ppjanar tat-territorju li jirrigwardaw biss, bħalma huma ż-żewġ pjanijiet dettaljati kkontestati, attività ekonomika waħda.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8837"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa ppreċiża li, f’dan il-każ, hija biss il-liġi dwar l-istima tal-impatt tal-proġetti ta’ attività ekonomika fuq l-ambjent, bħalma kien il-każ, li kellha tiġi applikata. Għaldaqstant, għall-attività ekonomika pproġettata mill-kumpanniji inkwistjoni, twettqet biss proċedura ta’ evalwazzjoni dwar l-impatt fuq l-ambjent fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 1 tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, l-imsemmi Tribunal ċaħad l-argument imressaq mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali li kellha titwettaq ukoll evalwazzjoni strateġika tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-appell tagħhom, ippreżentat quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali osservaw li, skont l-Artikolu 16 tal-liġi dwar l-ippjanar tat-territorju, meta ma jkunx ġie stabbilit mid-dokumenti relattivi għall-ippjanar ġenerali tat-territorju, l-awtoritajiet inkarigati mill-ippjanar tat-territorju huma marbuta, qabel il-kostruzzjoni ta’ proġett, jistabbilixxu pjan u jagħmlu evalwazzjoni strateġika tal-effetti ta’ dan il-proġett fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt 3.4 tal-qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967, huma essenzjalment sostnew li l-pjanijiet approvati bid-deċiżjonijiet tat-23 ta’ Marzu u tal-<DATE ISO="20060420">20 ta’ April 2006</DATE> ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala pjanijiet li jirrigwardaw biss attività ekonomika waħda fis-sens tad-dritt nazzjonali. Dan ma jikkorrispondix għar-realtà, u, bħala konsegwenza, hija meħtieġa evalwazzjoni strateġika tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju kkunsidrat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għad-data tal-fatti fil-kawża prinċipali ma kinitx timponi li ssir evalwazzjoni strateġika tal-effetti fuq l-ambjent taż-żewġ pjanijiet ikkontestati. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li din kienet<?PAGE NO="I-8838"?> tikkostitwixxi l-implementazzjoni tad-Direttiva 2001/42, l-imsemmija qorti kellha dubji fuq il-punt dwar jekk din il-leġiżlazzjoni kinitx kompatibbli ma’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Vyriausiasis administracinis teismas (Il-Qorti Suprema Amministrattiva) ddeċidiet li tissospendi l-kawża quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.P><TXT>Il-fatt li ġie stabbilit li ma hemmx bżonn ta’ stima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent għal dokumenti marbuta mal-ippjanar tal-art fuq livell lokali li jirrigwarda biss attività ekonomika waħda, kif previst fil-leġiżlazzjoni Litwana u b’mod partikolari fil-punt 3.4 tal-[qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967], jista’ jitqies bħala speċifikazzjoni tat-tipi ta’ pjanijiet u programmi fis-sens tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42 […]?”</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli f’din il-kawża, li abbażi tagħhom, mingħajr ma jiġi ddeterminat każ b’każ jekk il-proġett jistax ikollu effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, ma hemmx bżonn li ssir stima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent tad-dokumenti tal-ippjanar tal-art li jiddeterminaw żoni żgħar fuq livell lokali, bħalma huwa l-każ f’din il-kawża, meta dawn il-pjanijiet jirrigwardaw biss attività ekonomika waħda, huma kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3(2)(a), 3 u 5 tad-Direttiva 2001/42?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/42, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’sitwazzjonijiet bħal dawk f’din il-kawża, meta stima dwar l-impatt fuq l-ambjent issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337 […], ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42 mhumiex applikabbli?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8839"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/42 jinkludi d-Direttiva 85/337?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għar-raba’ domanda, il-fatt li saret stima skont id-Direttiva 85/337 jfisser li l-obbligu li ssir stima tal-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva 2001/42 għandha, fis-sitwazzjoni bħal dik f’din il-kawża, titqies bħala stima doppja fis-sens tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/42?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ħames domanda, id-Direttiva 2001/42, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha, timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu fid-dritt nazzjonali tagħhom proċeduri koordinati jew komuni ta’ stima skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42 u tad-Direttiva 85/337 sabiex tiġi evitata stima doppja?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi ppreċiżat li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>pjanijiet dettaljati<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>dokumenti relattivi għall-ippjanar tat-territorju fuq livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-punti 3.4 u 7.1 tal-qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967. Dawn id-dokumenti jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>pjanijiet u programmi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-punt 18 tal-Artikolu 1 tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent. Il-pjanijiet<?PAGE NO="I-8840"?> ikkontestati fil-kawża prinċipali ġew approvati qabel ma ġew stabbiliti pjanijiet relattivi għall-ippjanar ġenerali tat-territorju.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet preliminari, għandu jitqies li l-qorti tar-rinviju, permezz ta’ dawn l-ewwel żewġ domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(2)(a), (3) u 5 tad-Direttiva 2001/42 għandhomx jiġu interpretati fis sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li stima skont l-imsemmija direttiva ma titwettaqx meta pjanijiet li jistabbilixxu l-użu ta’ żoni żgħar fuq livell lokali jkunu jirrigwardaw biss attività ekonomika waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/42, l-għan essenzjali tagħha jikkonsisti f’li l-pjanijiet u l-programmi li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent ikunu suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali waqt l-ippjanar tagħhom u qabel l-adozzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi kkonstatat li pjanijiet bħalma huma dawk ikkontestati fil-kawża prinċipali huma msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 li għalihom, bla ħsara għall-paragrafu 3 tal-istess Artikolu, huwa obbligatorju li ssir evalwazzjoni ambjentali u li, b’mod konkret, jiddefinixxu, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-qafas li fih l-implementazzjoni ta’ proġetti bħalma huma dawk imsemmija fil-punt 17 tal-Anness I tad-Direttiva 85/337 tista’ tiġi awtorizzata.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda wkoll pjan li, f’settur wieħed, jistabbilixxi l-qafas għal proġett li jirrigwarda biss attività ekonomika waħda.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8841"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-kliem tal-imsemmi Artikolu 3(2)(a), moqri fid-dawl tal-premessa 10 tad-Direttiva 2001/42, ma jippermettix li jiġi kkonstatat li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għandu jkun limitat għall-pjanijiet u għall-programmi li jistabbilixxu l-qafas ta’ proġetti li jirrigwardaw għadd ta’ suġġetti f’wieħed jew iktar mis-setturi li tirreferi għalihom l-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>pjanijiet u l-programmi kollha li huma ppreparati għal numru ta’ setturi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li tidher fl-imsemmija premessa tikkonferma li l-Artikolu 3(2)(a) tad-direttiva msemmija jirrigwarda l-pjanijiet u l-programmi kollha ppreparati għal kull wieħed mis-setturi li din issemmi, inklużi għas-settur tal-ippjanar tat-territorju rurali meqjus b’mod iżolat, u mhux biss il-pjanijiet u l-programmi ppreparati fl-istess waqt għal numru minn dawn is-setturi.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Billi s-setturi kkonċernati huma kollha kbar ħafna, kwalunkwe interpretazzjoni oħra jkollha l-konsegwenza li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni b’mod sinjifikattiv u b’hekk li tikkomprometti l-għan essenzjali tad-Direttiva 2001/42. Tali interpretazzjoni jkollha l-konsegwenza li proġetti fuq skala kbira jistgħu ma jkunux koperti minn din id-direttiva jekk dawn ikunu jirrigwardaw biss attività ekonomika waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-pjanijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, li jgħid li pjanijiet li jistabbilixxu l-użu ta’ żoni żgħar fuq livell lokali mhux neċessarjament huma suġġetti għal stima ħlief meta l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>jistabbilixxu li dawn x’aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, għall-pjanijiet bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jew billi jagħmlu eżami ta’ kull każ, jew billi jistabbilixxu tipi ta’ pjanijiet u ta’ programmi,<?PAGE NO="I-8842"?> jekk l-imsemmija pjanijiet jistgħux ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent li jkunu jeħtieġu evalwazzjoni skont din id-direttiva. Skont din l-istess dispożizzjoni, l-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li jgħaqqdu flimkien dawn iż-żewġ metodi ta’ eżami.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-mekkaniżmi ta’ eżami tal-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42 għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ dawk il-pjanijiet li huwa obbligatorju li jiġu evalwati minħabba li dawn jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42 sabiex jistabbilixxu ċerti tipi ta’ pjanijiet li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent hija limitata bl-obbligu msemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva, meta moqri flimkien mal-paragrafu 2 tal-istess artikolu, li l-pjanijiet li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, partikolarment minħabba l-karatteristiċi tagħhom, jiġu ssuġġettati għal evalwazzjoni ambjentali tal-effetti tagħhom u taż-żoni li jistgħu jintlaqtu.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Bħala konsegwenza, Stat Membru li jistabbilixxi kriterju li, fil-prattika, għandu l-konsegwenza li l-kategorija kollha ta’ proġetti tkun eżentata bil-quddiem mill-obbligu li ssir evalwazzjoni ambjentali, jaqbeż il-marġni ta’ diskrezzjoni li huwa għandu bis-saħħa tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42, moqri flimkien mal-paragrafi 2 u 3 tal-istess artikolu, ħlief jekk il-proġetti kollha esklużi setgħu jitqiesu, fuq il-bażi ta’ kriterji rilevanti bħalma huma, b’mod partikolari, l-għan tagħhom, il-firxa tat-territorju li huma jkopru jew is-sensittività tal-ambjenti naturali kkonċernati, bħala li ma humiex tali li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tal-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 85/337 jagħti lill-Istati Membri, is-sentenza tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-427/07" PAGE.ECR="I-6277" YEAR="2009">C-427/07, Ġabra p. I-6277</REF.DOC.ECR>, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8843"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Dan ma huwiex il-każ tal-kriterju li d-dokument ta’ ppjanar inkwistjoni jirrigwarda biss attività ekonomika waħda. Tali kriterju, minbarra li jmur kontra l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42, lanqas ma jippermetti li jiġi evalwat jekk pjan għandux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>effetti sinifikanti [effetti sinjifikattivi]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fuq l-ambjent jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni xejn preċiża tal-punt 3.4 tal-qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967 tista’ barra minn hekk toħloq diffikultajiet sabiex tiġi stabbilita b’mod ċar il-firxa tal-kategorija ta’ pjanijiet li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu bħala pjanijiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>jirrigwardaw biss attività ekonomika waħda<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li dispożizzjoni nazzjonali bħalma huwa dan il-punt 3.4 għandha l-effett li teżenta minn evalwazzjoni ambjentali fis-sens tal-punt 17 tal-Artikolu 1 tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent il-pjanijiet kollha li jirrigwardaw biss attività ekonomika waħda bħalma huma l-kumplessi tat-tismin tal-ħnieżer imsemmija fil-punt 17 tal-Anness I tad-Direttiva 85/337, għalkemm ma tkunx tista’ tiġi eskluża l-ipoteżi li eżami tal-pjanijiet kopert minn tali dispożizzjoni jista’ juri effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, ma huwiex possibbli li, abbażi ta’ evalwazzjoni globali, jiġi kkunsidrat li l-pjanijiet kollha esklużi minn dispożizzjoni nazzjonali bħalma huwa l-punt 3.4 tal-qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967 ma jkunx jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki kieku numru ta’ pjanijiet kellhom jaqgħu taħt tali dispożizzjoni mingħajr ma jkollhom effetti sinjifikattiv fuq l-ambjent, ma huwiex possibbli, mingħajr evalwazzjoni globali, li jiġi kkunsidrat li l-istess japplika għall-effetti kumulattivi ta’ dawn il-pjanijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li regoli bħalma huma dawk li jidhru fil-punt 3.4 tal-qafas stabbilit bid-Digriet Nru 967 mhux biss imorru kontra l-għan tad-Direttiva 2001/42 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(2), (3) u (5) tagħha li huwa<?PAGE NO="I-8844"?> intiż li ma jeżenta mill-istima ambjentali l-ebda pjan li jista’ jkollu effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, iżda wkoll ma jiggarantixxu bl-ebda mod li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu inkunsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/42, hekk kif teħtieġ eżattament it-tieni frażi tal-Artikolu 3(5) ta’ din id-direttiva sabiex jiġi żgurat li l-pjanijiet kollha li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent ikunu koperti minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Bħala konsegwenza, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42, meta moqri flimkien mal-Artikolu 3(3) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi lil leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi b’mod daqstant ġenerali u mingħajr eżami ta’ kull każ li evalwazzjoni skont l-imsemmija direttiva ma sseħħx meta pjanijiet li jistabbilixxu l-użu ta’ żoni żgħar fuq livell lokali jkunu jirrigwardaw biss attività ekonomika waħda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet sal-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva 2001/42 għandux jiġi interpretat fis-sens li evalwazzjoni ambjentali mwettqa skont id-Direttiva 85/337 teżenta l-obbligu li ssir tali evalwazzjoni skont id-Direttiva 2001/42.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, matul it-tfassil tal-pjani dettaljati kkontestati fil-kawża prinċipali, ma kienet twettqet l-ebda evalwazzjoni skont id-Direttiva 2001/42.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8845"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(1) stess tad-Direttiva 2001/42, evalwazzjoni ambjentali mwettqa skont din id-direttiva għandha ssir bla ħsara għar-rekwiżiti tad-Direttiva 85/337.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 85/337 tiżdied, meta d-dispożizzjonijiet ta’ din ikunu jeħtieġu hekk, ma’ dik imwettqa skont id-Direttiva 2001/42.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Bl-istess mod, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent imwettqa skont id-Direttiva 85/337 għandha ssir bla ħsara għal għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42 u din ma tistax teżenta mill-obbligu li titwettaq evalwazzjoni ambjentali li din l-aħħar direttiva teħtieġ sabiex tissodisfa aspetti ambjentali li huma speċifikati fiha.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Billi l-istimi mwettqa skont id-Direttivi 2001/42 u 85/337 ivarjaw fuq diversi aspetti, huwa neċessarju li r-rekwiżiti ta’ dawn iż-żewġ direttivi jiġu applikati b’mod kumulattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fl-eventwalità fejn proċedura koordinata jew konġunta tkun prevista mill-Istat Membru kkonċernat, mill-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/42 jirriżulta li, fil-kuntest ta’ tali proċedura, huwa obbligatorju li jiġi vverifikat li l-evalwazzjoni ambjentali tkun twettqet b’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha li jinsabu fid-diversi direttivi kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-istima, li fil-kawża prinċipali, twettqet skont id-Direttiva 85/337, tistax titqies bħala l-espressjoni ta’ proċedura koordinata jew konġunta u jekk din tkoprix diġà l-ħtiġiet<?PAGE NO="I-8846"?> kollha tad-Direttiva 2001/42. Jekk jirriżulta li dan ikun il-każ, allura ma jibqax jeżisti l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni ġdida skont din l-aħħar direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għat-tielet sal-ħames domandi għandha tkun li l-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva 2001/42 għandu jkun interpretat fis-sens li evalwazzjoni ambjentali mwettqa skont id-Direttiva 85/337 ma tneħħix l-obbligu li ssir tali evalwazzjoni skont id-Direttiva 2001/42. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk evalwazzjoni li twettqet skont id-Direttiva 85/337 tistax titqies bħala l-espressjoni ta’ proċedura koordinata jew konġunta u jekk din tkoprix diġà r-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2001/42. Jekk jirriżulta li dan ikun il-każ, allura ma jibqax jeżisti l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni ġdida skont din l-aħħar direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/42 għandux jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istati Membri sabiex, fl-ordinament ġuridiku nazzjonali, jipprovdu proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/42 u 85/337.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/42 kif ukoll mill-premessa 19 tagħha jirriżulta li l-Istati Membri bl-ebda mod ma huma obbligati jipprovdu proċeduri koordinati jew konġunti għall-pjanijiet u l-programmi li għalihom, l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta fl-istess waqt mid-Diretiva 2001/42 u minn direttivi oħrajn.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8847"?><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Bħala konsegwenza, ir-risposta għas-sitt domanda għandha tkun li l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jobbligax lill-Istati Membri sabiex, fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tagħhom, jipprovdu proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/42 u 85/337.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi li:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20010627">27 ta’ Ġunju 2001</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, meta moqri flimkien mal-Artikolu 3(3) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi b’mod daqstant ġenerali u mingħajr eżami ta’ kull każ li evalwazzjoni skont l-imsemmija direttiva ma sseħħx meta pjanijiet li jistabbilixxu l-użu ta’ żoni żgħar fuq livell lokali jkunu jirrigwardaw biss attività ekonomika waħda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li evalwazzjoni ambjentali mwettqa skont id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti<?PAGE NO="I-8848"?> pubbliċi u privati dwar l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-<DATE ISO="19970303">3 ta’ Marzu 1997</DATE> ma tneħħix l-obbligu li ssir tali evalwazzjoni skont id-Direttiva 2001/42. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk evalwazzjoni li twettqet skont id-Direttiva 85/337, kif emendata, tistax titqies bħala l-espressjoni ta’ proċedura koordinata jew konġunta u jekk din tkoprix diġà r-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2001/42. Jekk jirriżulta li dan ikun il-każ, allura ma jibqax jeżisti l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni ġdida skont din l-aħħar direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jobbligax lill-Istati Membri sabiex, fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tagħhom, jipprovdu proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/42 u 85/337, hekk kif emendata.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>