|
25.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9972 — Neste/Bunge Loders Croklaan Oils)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 402/07)
1.
Fit-18 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Neste Oyj (“Neste”, il-Finlandja), |
|
— |
Bunge Loders Croklaan Oils B.V. (“Bunge Loders Croklaan Oils”, in-Netherlands). |
Neste takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Bunge Loders Croklaan Oils li jinsabu fin-Netherlands. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Neste: ir-raffinar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ karburanti tat-traffiku ta’ kwalità għolja u b’emissjonijiet baxxi, li jipproduċu kemm fuels fossili kif ukoll fuels rinnovabbli. Neste bħalissa għandha u tħaddem impjant ta’ produzzjoni ta’ fuel rinnovabbli f’sit maġenb Bunge Loders Croklaan Oils, |
|
— |
Bunge Loders Croklaan Oils: produzzjoni u assi relatati (assi ta’ tagħbija / ħatt, tankijiet tal-ħażna, u raffinerija għaż-żjut veġetali u d-derivattivi tagħhom) li jinsabu fil-port ta’ Rotterdam, u l-persunal relatat, eskluż xiri ta’ materja prima u ftehimiet ta’ forniment. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9972 — Neste/Bunge Loders Croklann Oils
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).