|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2940 |
11.12.2024 |
DEĊIŻJONI (UE) 2024/2940 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta’ Novembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2023/135 (BĊE/2022/51), id-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61), u d-Deċiżjonijiet BĊE/2013/53, BĊE/2010/34, BĊE/2008/33, BĊE/2007/22 u BĊE/2006/30 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżerva barranin, u kontribuzzjonijiet għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew minn, rispettivament, Hrvatska narodna banka, Lietuvos bankas, Latvijas Banka, Eesti Pank, Národná banka Slovenska, is-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta, u Banka Slovenije (BĊE/2024/35)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 30.3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ jipprovdi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jakkredita lil kull BĊN ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro bi dritt ta’ preljev ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranin illi ttrasferixxa lill-BĊE. Din il-pretensjoni tiġi rremunerata bir-rata ta’ referenza stabbilita fid-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/36) (1), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/33) (2). Ir-remunerazzjoni tapplika għall-pretensjonijiet ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranin ittrasferiti lill-BĊE ta’ Hrvatska narodna banka, Lietuvos bankas, Latvijas Banka, Eesti Pank, Národná banka Slovenska, is-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta, u Banka Slovenije. |
|
(2) |
Sabiex tiġi applikata minnufih remunerazzjoni adegwata, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
|
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2023/135 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/51) (3), id-Deċiżjoni (UE) 2015/287 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/61) (4), u d-Deċiżjonijiet BĊE/2013/53 (5), BĊE/2010/34 (6), BĊE/2008/33 (7), BĊE/2007/22 (8) u BĊE/2006/30 (9) tal-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2023/135 (BĊE/2022/51)
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2023/135 (BĊE/2022/51) huwa mibdul b’dan li gej:
“2. Il-pretensjoni kkreditata mill-BĊE lil Hrvatska narodna banka għandha tiġi rremunerata mid-data tas-saldu. L-imgħax li jakkumula għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ referenza kif definita fl-Artikolu 1(j) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/33) (*1).
Artikolu 2
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61)
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61) huwa mibdul b’dan li gej:
“2. Il-pretensjoni kkreditata mill-BĊE lil Lietuvos bankas għandha tiġi rremunerata mid-data tas-saldu. L-imgħax li jakkumula għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ referenza kif definita fl-Artikolu 1(j) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/33) (*2).
Artikolu 3
Emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2013/53
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53 huwa mibdul b’dan li gej:
“2. Il-pretensjoni kkreditata mill-BĊE lil Latvijas Banka għandha tiġi rremunerata mid-data tas-saldu. L-imgħax li jakkumula għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ referenza kif definita fl-Artikolu 1(j) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/33) (*3).
Artikolu 4
Emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2010/34
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/34 huwa mibdul b’dan li gej:
“2. Il-pretensjoni kkreditata mill-BĊE lil Eesti Pank għandha tiġi rremunerata mid-data tas-saldu. L-imgħax li jakkumula għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ referenza kif definita fl-Artikolu 1(j) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/33) (*4).
Artikolu 5
Emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2008/33
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 huwa mibdul b’dan li gej:
“2. Il-pretensjoni kkreditata mill-BĊE lin-Národná banka Slovenska għandha tiġi rremunerata mid-data tas-saldu. L-imgħax li jakkumula għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ referenza kif definita fl-Artikolu 1(j) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/33) (*5).
Artikolu 6
Emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2007/22
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 huwa mibdul b’dan li gej:
“2. Il-pretensjonijiet ikkreditati mill-BĊE lis-Central Bank of Cyprus u lill-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom jiġu rremunerati mid-data tas-saldu. L-imgħax li jakkumula għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ referenza kif definita fl-Artikolu 1(j) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/33) (*6).
Artikolu 7
Emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2006/30
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2006/30 huwa mibdul b’dan li gej:
“2. Il-pretensjoni kkreditata mill-BĊE lil Banka Slovenije għandha tiġi rremunerata mid-data tas-saldu. L-imgħax li jakkumula għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ referenza kif definita fl-Artikolu 1(j) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/33) (*7).
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Novembru 2024.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36), (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 26).
(2) Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36), (BĊE 2024/33) (ĠU L, 2024/2939, 11.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2939/oj).
(3) Deċiżjoni (UE) 2023/135 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ Diċembru 2022 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Hrvatska narodna banka lir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/51) (ĠU L 17, 19.1.2023, p. 94).
(4) Deċiżjoni (UE) 2015/287 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Diċembru 2014 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Lietuvos bankas lir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/61) (ĠU L 50, 21.2.2015, p. 44).
(5) Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Latvijas Banka lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/53) (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 65).
(6) Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Eesti Pank lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/34) (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 58).
(7) Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-31 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħlas min-Národná banka Slovenska tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi barranin ta’ riżerva u l-kontribuzzjonijiet għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/33) (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 83).
(8) Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħlas mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi barranin ta’ riżerva u l-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2007/22) (ĠU L 28, 1.2.2008, p. 36).
(9) Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ Diċembru 2006 dwar il-ħlas mill-Banka Slovenije tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi barranin ta’ riżerva u l-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2006/30) (ĠU L 24, 31.1.2007, p. 17).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2940/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)