|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2039 |
11.9.2026 |
DEĊIŻJONI (UE) 2026/2039 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-1 ta’ Settembru 2026
li tinnomina kapijiet ta’ unitajiet ta’ ħidma biex jadottaw deċiżjonijiet konġunti dwar il-valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp (BĊE/2026/23)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta’ setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma’ kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2026/2038 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta’ Awwissu 2026 dwar id-delega tas-setgħa li jiġu adottati deċiżjonijiet konġunti dwar il-valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp (BĊE/2026/21) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Filwaqt li:
|
(1) |
Ġiet stabbilita proċedura għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet iddelegati speċifiċi biex tindirizza n-numru konsiderevoli ta’ deċiżjonijiet illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irid jadotta għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu. |
|
(2) |
Deċiżjoni ta’ delega hija effettiva mal-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv li tinnomina kap ta’ unità tal-ħidma jew aktar biex jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ deċiżjoni ta’ delega. |
|
(3) |
L-importanza tad-deċiżjoni ta’ delega u n-numru ta’ indirizzati li lilhom iridu jintbagħtu d-deċiżjonijiet iddelegati għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord Eżekuttiv fin-nomina ta’ kapijiet ta’ unitajiet ta’ ħidma. |
|
(4) |
L-Artikolu 10.1 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2 jipprovdi li l-Bord Eżekuttiv għandu jiddeċiedi dwar in-numru, l-isem u l-kompetenza rispettiva ta’ kull waħda mill-unitajiet ta’ ħidma tal-BĊE. |
|
(5) |
Il-President tal-Bord Superviżorju ġie kkonsultat dwar il-kapijiet ta’ unitajiet ta’ ħidma li lilhom għandha tiġi ddelegata s-setgħa biex jadottaw deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp li jinvolvu minn tal-inqas entità taħt superviżjoni waħda, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2026/2038 (BĊE/2026/21).
Artikolu 2
Deċiżjonijiet iddelegati dwar il-valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp
Deċiżjonijiet iddelgati skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2026/2038 (BĊE/2026/21) li jinvolvu entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (16), tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (4) għandhom jiġu adottati minn wieħed minn dawn il-kapijiet ta’ unitajiet ta’ ħidma:
|
(a) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Banek Sistemiċi u Internazzjonali, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp rilevanti taħt superviżjoni titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għall-Banek Sistemiċi u Internazzjonali; |
|
(b) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Istituzzjonijiet Universali u Diversifikati, jekk is-superviżjoni tal-entità jew tal-grupp rilevanti taħt superviżjoni titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għall-Istituzzjonijiet Universali u Diversifikati; |
|
(c) |
id-Direttur Ġenerali jew id-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Istituzzjonijiet Speċjalizzati u Istituzzjonijiet Inqas Sinifikanti, jekk is-superviżjoni tal-entità jew tal-grupp rilevanti taħt superviżjoni titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għall-Istituzzjonijiet Speċjalizzati u Istituzzjonijiet Inqas Sinifikanti. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Settembru 2026.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 141, 1.6.2017, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/933/oj.
(2) ĠU L, 2026/2038, 11.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2038/oj.
(3) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/257/oj.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/468/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2039/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)