Official Journal L 168 , 26/06/1978 P. 0045 - 0050
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0145
Greek special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0130
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0145
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0195
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 8 P. 0195
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur (78/549/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali għandhom x'jaqsmu inter alia, mal-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur; Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi hu għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jaddottaw l-istess ħtiġiet, jew flimkien ma' jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b'mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 78/547/KEE [4], tiġi ntrodotta fir-rigward ta' kull tip ta' vettura; Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li għandhom x'jaqsmu ma' vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-ispezzjonijiet imwettqa minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-ħtiġiet komuni, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur fil-kategorija M1 (kif definit fl-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE) iddisinjata għall-użu fit-triq, li jkollha mill-anqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 km fis-siegħa. Artikolu 2 Ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti jekk jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Anness I. Artikolu 3 Ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta' xi vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti jekk jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Anness I. Artikolu 4 L-emendi neċessarji biex jadattaw id-disposizzjonijiet ta' l-Annessi biex jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE. Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifikazzjoni tagħha u imbagħad għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva huwa komunikat lill-Kummissjoni. Artikolu 6 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ġunju 1978. Għall-Kunsill Il-President K. Olesen [1] ĠU Nru Ċ 118, 16.5.1977, p. 29. [2] ĠU Nru Ċ 114, 11.5.1977, p. 6. [3] ĠU Nru L 42, 23.2.1970, p. 1. [4] Ara paġna 39 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- ANNESS I 1. ĦTIĠIET ĠENERALI 1.1. Il-vettura bil-mutur għandha tiġi provduta bi protezzjoni għar-roti (partijiet tal-karozzerija, bil-mudguards, eċċ.) 1.2. Il-protezzjoni tar-roti għandhom ikunu deżinjati b'tali mod li jipproteġu nies oħra li jużaw it-triq, sa fejn hu possibbli, kontra ġebel, tajn, silġ, borra u ilma mitfugħ lejhom u li jnaqqsu l-perikli għal dawk li jużawha minħabba kuntatt mar-roti li qed iduru. 2. ĦTIĠIET SPEĊJALI 2.1. Il-protezzjoni tar-roti għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet li ġejjin meta l-vettura qegħdha b’mod li tista taħdem (ara t-taqsima 2.6 ta' l-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE) u r-roti huma f'pożizzjoni dritta 'l quddiem: 2.1.1. Fil-parti furmata minn pjanijiet radjali ta' angolu ta' 30º lejn 'il quddiem u 50º lejn wara taċ-ċentru tar-roti (ara figura 1), il-wisgħa totali (q) tal-protezzjoni tar-roti għandha tkun għall-inqas biżżejjed biex tkopri l-wisgħa totali tat-tyre (b) b'kont meħud ta' l-estremi tal-kombinazzjoni tat-tyre/rota kif speċifikat mill-manifattur u kif indikat fit-taqsima 5.2 taċ-ċertifikat stipulat fl-Anness II. Fil-każ ta' parità fir-roti, għandu jittieħed kont tal-wisà totali taż-żewġ tyres (t). 2.1.1.1. Għall-iskop tad-determinazzjoni tal-wisgħat imsemmija f' 2.1.1, l-ittikkettar (l-immarkar) u d-dekorazzjonijiet, il-bands protettivi jew ir-ribs ta' protezzjoni fuq l-uċuh tat-tyre mhux jittieħedkont tagħhom. 2.1.2. Il-warrani tal-protezzjoni tar-roti m'għandux jispiċċa fuq il-pjan oriżżontali 150 mm fuq l-fus tad-dawrien tar-roti (kif imkejjel fiċ-ċentri tar-roti) u barra minhekk l-intersezzjoni tat-tarf tal-protezzjoni tar-rota ma' dan il-pjan (il-punt A, figura 1) għandha tkun barra l-pjan medjanlonġitudinali tat-tyre, jew fil-każ ta' roti pari il-pjan medjan lonġitudinali tat-tyer l-aktar fuq barra. 2.1.3. Il-profil u l-post tal-protezzjoni tar-roti għandhom ikunu tali li huma l-aktar viċin possibbli u b'mod partikolari fi ħdan il-parti furmata mill-pjanijiet radjali msemmija f' 2.1.1, għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin: 2.1.3.1. il-protezzjoni - li tinstab fil-pjan wieqaf ta' l-fus tat-tyre - ta' fond (p) tat-tarf fuq barra tal-protezzjoni tar-roti, mkejjel fil-pjan wieqaf lonġitudinali li jgħaddi miċ-ċentru tat-tajer, għandujkun mill-inqas 30 mm. Dan il-fond (p) jista' jitnaqqas progressivament għal żero mal-pjanijietradjali speċifikati f' 2.1.1; 2.1.3.2. id-distanza (ċ) bejn it-trufijiet l-aktar baxxi tal-protezzjoni tar-roti u l-fus li jgħaddi miċ-ċentrutar-roti m'għandhomx jaqbżu 2r, b' "r" li jkun ir-radju statiku tat-tyre. 2.1.4. Fil-każ ta' vetturi li jkollhom għoli tas-suspension aġġustabbli, l-ħtiġiet imsemmija fuq għandhomjintlaħħqu meta l-vettura tkun qiegħda fil-pożizzjoni normali ta' l-użu speċifikata mill-manifattur tal-vettura. 2.2. Il-protezzjoni tar-roti għandha tikkonsisti f'ħafna komponenti, sakemm ma jeżistu ebda toqob bejn jew fi ħdan il-partijiet individwali meta armati. 2.3. Il-protezzjoni tar-roti għandha titqabbad fis-sod. Madanakollu, jistgħu jinqalgħu jew bħala unità jew f'partijiet. 3. L-UŻU TAL-KTAJJEN 3.1. Il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura hija hekk iddeżinjata li mill-anqas tip wieħed ta' katina tal-borra tista' tiġi wżata fuq mill-anqas wieħed mit-tipi ta' tyres approvati għar-roti ta' sewqan ta' dik it-tip ta' vettura. Kombinazzjoni waħda ta' katina/tyre tajba għall-vettura għandha tiġi speċifikata mill-manifattur u indikata fis-sezzjoni 5.1 taċ-ċertifikat stipulat fl-Anness II. 4. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' KOMPONENT KEE 4.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KEE ta' tip ta' vettura fejn għandhom x'jaqsmu l- protezzjoni tar-roti għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtoriżżat tiegħu. 4.2. Għandha jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin fi tliet kopji u l-partikolaritajiet li ġejjin: 4.2.1. — deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' vettura fejn għandhom x'jaqsmu l-protezzjoni tar-roti; u 4.2.2 — tpinġijiet dettaljati tal-protezzjoni tar-roti li juru l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura. 4.3. Rappreżentant ta' vettura tat-tip ta' vettura li għandha tiġi approvata għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli li jikkonduċi t-testijiet ta' +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II MUDELL +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------