|
12.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 154/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 20/2008
ta' l-1 ta' Frar 2008
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2007 tal-15 ta' Ġunju 2007 (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/585/KE ta' l-24 ta' Awwissu 2006 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibilità online ta' materjal kulturali u l-preżervazzjoni diġitali (2), |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-paragrafu 6 ta' l-Artikolu 13 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:
“7. Il-Partijiet Kontraenti għandhom ifittxu li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-qafas ta' l-attivitajiet tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw mill-atti tal-Komunità li ġejjin:
|
— |
32006 H 0585: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/585/KE ta' l-24 ta' Awwissu 2006 dwar id-digitizzazzjoni u l-aċċessibilità online ta' materjal kulturali u l-preżervazzjoni digitali (ĠU L 236, 31.8.2006, p. 28).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġii ppubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 1 ta' Frar 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 304, 22.11.2007, p. 53.
(2) ĠU L 236, 31.8.2006, p. 28.
(*1) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.