IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.3.2024
COM(2024) 106 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW
Rapport annwali dwar ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali)
(I)is-servizzi ta’ intermedjazzjoni online ta’ Alphabet, Google Shopping;
(II)is-servizzi ta’ intermedjazzjoni online ta’ Alphabet, Google Play;
(III)is-servizzi ta’ intermedjazzjoni online ta’ Alphabet, Google Maps;
(IV)il-magna ta’ tiftix online ta’ Alphabet, Google Search;
(V)is-servizz tal-pjattaforma ta’ video-sharing ta’ Alphabet, YouTube;
(VI)is-sistema operattiva ta’ Alphabet, Google Android, inkluż il-middleware relatat ta’ Alphabet, sa fejn tikkontrolla l-funzjonijiet bażiċi ta’ tablets u smartphones ta’ Google Android u tippermetti li l-applikazzjonijiet tas-software jaħdmu fuqhom;
(VII)il-web browser ta’ Alphabet, Google Chrome; u
(VIII)is-servizzi ta’ reklamar online ta’ Alphabet, inklużi Google Analytics u AdSense for Search. Barra minn hekk, filwaqt li Alphabet sostniet li l-wiri ta’ reklam huwa parti mis-servizz li jħares lejn l-utent finali fejn jintwera r-reklam, id-Deċiżjoni ssib li l-wiri tar-reklami huwa parti kemm mis-servizzi li jħarsu lejn l-utent finali ta’ Alphabet kif ukoll mis-CPS tar-reklamar online ta’ Alphabet.
(I)is-servizzi ta’ intermedjazzjoni online ta’ Apple, AppStore, irrispettivament mill-apparat li fuqu jintuża minħabba li l-App Store jintuża għall-istess skop komuni fuq l-apparati kollha fejn huwa disponibbli (jiġifieri iOS, iPadOS, macOS, watchOS u tvOS), jiġifieri biex tiġi intermedjata d-distribuzzjoni tal-apps;
(II)is-sistema operattiva ta’ Apple, iOS, fejn id-Deċiżjoni tqis li, filwaqt li l-karatteristiċi ewlenin u l-karatteristiċi tekniċi tal-iOS u tal-iPadOS huma simili u jirriżultaw f’ambjenti simili, Apple pprovdiet biżżejjed fatti u argumenti biex issostni li, fl-aħħar mill-aħħar, kull waħda minnhom tikkostitwixxi sistema operattiva distinta skont id-DMA, bl-iOS biss tissodisfa l-limiti kwantitattivi għad-deżinjazzjoni; u
(III)il-web browser ta’ Apple, Safari, irrispettivament mill-apparat li fuqu jiġi offrut minħabba li Safari jaqdi l-iskop komuni fuq l-apparati kollha (jiġifieri iPhone, iPad u Mac) li jipprovdu lill-utenti b’għodda biex joffru, jaċċessaw u jinteraġixxu mal-kontenut tal-web.
(25)ByteDance appellat id-deċiżjoni li tirrifjuta l-argumenti ta’ konfutazzjoni tagħha u tiddeżinjaha bħala gwardjana b’rabta ma’ TikTok (il-Kawża T-1077/23, li għadha għaddejja).
(26)Meta nnotifikat lill-Kummissjoni li hija tissodisfa l-limiti b’rabta mas-CPSs li ġejjin: (i) is-servizz uniku tagħha ta’ networking soċjali online appoġġat minn reklamar online li jinkludi, fil-fehma ta’ Meta, Facebook, Instagram, Meta Ads, Messenger, Marketplace, Facebook Dating u Facebook Gaming Play; u (ii) l-NIICS tagħha WhatsApp.
(27)Il-Kummissjoni ddeżinjat lil Meta bħala gwardjana b’rabta ma’
(i)
is-servizz ta’ networking soċjali online ta’ Meta, Facebook;
(ii)
is-servizz ta’ networking soċjali online ta’ Meta, Instagram;
(iii)
is-servizz ta’ reklamar online ta’ Meta, Meta Ads;
(iv)
l-NIICS ta’ Meta, WhatsApp;
(v)
l-NIICS ta’ Meta, Messenger u
(vi)
is-servizzi ta’ intermedjazzjoni online ta’ Meta, Marketplace..
(28)Id-Deċiżjoni rrifjutat l-argumenti ta’ konfutazzjoni mqajma minn Meta b’rabta mal-NIICS tagħha Messenger u s-servizz ta’ intermedjazzjoni online tagħha Marketplace. Għall-kuntrarju ta’ dawk l-argumenti ta’ konfutazzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-Messenger huwa CPS ta’ NIICS awtonomu li ma jistax jitqies sempliċiment bħala l-funzjonalità ta’ chat tas-CPS ta’ networking soċjali online Facebook. Għall-kuntrarju ta’ dawk l-argumenti ta’ konfutazzjoni, il-Kummissjoni tqis li Marketplace għandu utenti kummerċjali u, għalhekk, jikkostitwixxi wkoll servizz ta’ intermedjazzjoni online minn negozju għal konsumatur.
(29)Meta għamlet appell għad-deżinjazzjoni tal-NIICS tagħha Messenger u tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online tagħha Marketplace bħala portali importanti biex l-utenti kummerċjali jilħqu lill-utenti finali fid-deċiżjoni ta’ deżinjazzjoni tagħha (il-Kawża T-1078/23).
(30)Microsoft innotifikat lill-Kummissjoni li hija tissodisfa l-limiti b’rabta mas-CPSs li ġejjin: (i) is-sistema operattiva Windows PC OS tagħha; (ii) il-magna tat-tiftix online tagħha Bing, (iii) il-web browser tagħha Edge; (iv) is-servizzi ta’ reklamar online tagħha Microsoft Advertising; (v) l-NIICS tagħha Outlook.com; u (vi) is-servizz ta’ networking soċjali online tagħha LinkedIn. Bin-notifika tagħha, Microsoft ippreżentat argumenti li jfittxu li juru li għalkemm il-magna ta’ tiftix online tagħha Bing, il-web browser tagħha Edge, is-servizzi ta’ reklamar online tagħha Microsoft Advertising u l-NIICS tagħha Outlook.com jissodisfaw il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tad-DMA, dawn is-CPSs ma jissodisfawx ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-DMA u li, għalhekk, ma għandhomx jiġu elenkati fid-deċiżjoni ta’ deżinjazzjoni ta’ Microsoft.
(31)Il-Kummissjoni ddeżinjat lil Microsoft bħala gwardjana b’rabta ma’
(i)
is-sistemi operattivi ta’ Microsoft għall-PCs, li jinkludu Windows PC OS;
(ii)
is-servizz ta’ networking soċjali online ta’ Microsoft, LinkedIn..
(32)Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni aċċettat l-argumenti ta’ konfutazzjoni mqajma minn Microsoft b’rabta mal-NIICS tagħha Outlook.com, billi l-konfigurazzjoni kurrenti ta’ dak is-servizz ma hijiex portal importanti għall-utenti kummerċjali biex jilħqu lill-utenti finali. F’Deċiżjoni separata, il-Kummissjoni fetħet investigazzjonijiet tas-suq rigward il-magna tat-tiftix Bing, il-web browser Edge; u s-servizzi ta’ reklamar online Microsoft Advertising, minħabba li l-Kummissjoni qieset li l-argumenti ppreżentati minn Microsoft huma ssostanzjati biżżejjed sabiex tikkontesta b’mod ċar il-preżunzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tad-DMA.
(33)Samsung innotifikat lill-Kummissjoni li hija tissodisfa l-limiti b’rabta mal-web browser tagħha Samsung Internet Browser (“SIB”). Flimkien man-notifika tagħha, Samsung ippreżentat talba għal konfutazzjoni li tfittex li turi li għalkemm l-SIB jissodisfa l-limiti kollha fl-Artikolu 3(2) tad-DMA, hija ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-DMA u li, għalhekk, ma għandhiex tiġi ddeżinjata bħala gwardjana. Il-Kummissjoni aċċettat l-argumenti ta’ konfutazzjoni mqajma minn Samsung b’rabta mal-web browser tagħha SIB u ddeċidiet li ma tiddeżinjax lil Samung bħala gwardjana. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qieset is-sehem baxx tal-SIB ta’ żjarat tal-paġna web u l-iskala baxxa ta’ użu fl-Unjoni bħala indikatur li l-SIB ma huwiex web browser sinifikanti fl-Unjoni u, b’hekk, ma huwiex portal importanti għall-utenti kummerċjali biex jilħqu lill-utenti finali.
(34)Il-gwardjani jeħtieġ li jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5, 6, 7 u 15 tad-DMA sitt xhur wara d-deżinjazzjoni, u dan jimplika li dawk il-kumpaniji ddeżinjati fil-5 ta’ Settembru 2023 jeħtieġ li jikkonformaw sas-7 ta’ Marzu 2024. Għalhekk, il-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawk l-obbligi jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-ewwel rapport annwali.
(35)L-obbligi fuq il-gwardjani li jipprovdu informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet skont l-Artikolu 14 tad-DMA u li jistabbilixxu funzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 28 tad-DMA japplikaw mill-mument tad-deżinjazzjoni u l-attivitajiet tal-Kummissjoni relatati magħhom fl-2023 huma għalhekk inklużi f’dan ir-rapport. Il-Kummissjoni qed tivvaluta l-konformità ma’ dawn l-obbligi u tista’ tieħu azzjoni fejn jitqies xieraq.
(36)Skont l-Artikolu 14 tad-DMA, il-gwardjani huma meħtieġa jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe konċentrazzjoni li jkollhom l-intenzjoni li jwettqu, meta l-entitajiet li jkunu qed jiġu fużi jew bil-mira tal-konċentrazzjoni jipprovdu CPSs, servizzi oħrajn fis-settur diġitali, jew jippermettu l-ġbir tad-data.
(37)Fl-2023, il-Kummissjoni rċeviet tliet sottomissjonijiet ta’ konċentrazzjonijiet intenzjonati mill-gwardjani, f’Settembru, Ottubru u Diċembru 2023. Sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni sottomessa mill-gwardjani skont l-Artikolu 14 tad-DMA, flimkien mad-data tan-notifika u l-identità tal-impriżi kkonċernati, jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni fuq bażi kontinwa u mhux aktar kmieni minn erba’ xhur wara li tasal l-informazzjoni.
(38)Skont l-Artikolu 28 tad-DMA, il-gwardjani huma meħtieġa jintroduċu funzjoni ta’ konformità li trid tkun indipendenti mill-funzjonijiet operattivi tal-gwardjan u li tikkonsisti f’uffiċjal ta’ konformità wieħed jew aktar b’awtorità, statura u riżorsi suffiċjenti biex ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformità tal-gwardjani mad-DMA u jagħtuhom pariri dwar dan.
(39)Il-Kummissjoni kienet qed timmonitorja l-istabbiliment ta’ tali funzjoni ta’ konformità minn kull gwardjan iddeżinjat biex tiżgura li dan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28 tad-Direttiva. Wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni u gwida minnha rigward dawn ir-rekwiżiti, il-gwardjani ddeżinjati kollha ħatru uffiċjali ta’ konformità skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 28 tad-DMA u kkomunikaw id-dettalji lill-Kummissjoni.
(40)Id-DMA jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-interazzjoni bejn id-DMA u dritt rilevanti ieħor tal-Unjoni, bħall-kompetizzjoni, il-protezzjoni tad-data u l-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Dawn il-prinċipji huma deskritti fl-Artikoli 1(5) u 1(6) tad-DMA.
(41)Barra minn hekk, l-Artikoli 37 u 38 tad-DMA jipprevedu li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib u jikkoordinaw l-azzjonijiet ta’ infurzar tagħhom biex jiżguraw infurzar koerenti, effettiv u komplementari tal-istrumenti legali disponibbli applikati għall-gwardjani.
(42)Sal-lum, il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, u b’mod partikolari l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni (NCAs), seħħet prinċipalment permezz tan-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK). Din il-kooperazzjoni tmur fiż-żewġ direzzjonijiet: il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni u aġġornamenti lill-NCAs dwar id-deċiżjonijiet ta’ deżinjazzjoni u l-investigazzjonijiet tas-suq tagħha skont id-DMA, u l-NCAs ipprovdew informazzjoni lill-Kummissjoni u skambjaw fehmiet magħha, kif previst mid-DMA, dwar l-azzjonijiet ta’ infurzar rilevanti skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-kompetizzjoni.
(43)Matul il-perjodu ta’ rapportar, l-ebda NCA ma infurmat lill-Kummissjoni dwar l-ewwel miżuri investigattivi formali u l-intenzjoni tagħha li tniedi investigazzjoni skont il-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni dwar gwardjan iddeżinjat. Qabel tmiem il-perjodu ta’ rapportar, NCA waħda kkomunikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 38(3) tad-DMA abbozz ta’ miżuri li biħsiebha timponi fuq gwardjan iddeżinjat abbażi tal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni. Billi l-obbligi fl-Artikoli 5, 6 u 7 tad-DMA japplikaw biss mis-7 ta’ Marzu 2024, ma saret l-ebda investigazzjoni minn NCA kif previst fl-Artikolu 38(7) tad-DMA dwar każ ta’ nuqqas ta’ konformità possibbli ma’ dawn l-obbligi fit-territorju tagħhom.
(44)Il-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Att dwar is-Swieq Diġitali ġie stabbilit b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2023 ibbażata fuq l-Artikolu 40 tad-DMA. Il-grupp huwa magħmul mill-korpi u n-networks Ewropej identifikati fid-DMA u twaqqaf bħala grupp ta’ esperti, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-operat ta’ gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni. Il-Grupp ta’ Livell Għoli huwa ppresedut mill-Kummissjoni, li toffri wkoll appoġġ lis-segretarjat tal-grupp. Il-grupp għandu l-għan li jappoġġa implimentazzjoni koerenti u effettiva tad-DMA u regolamenti oħrajn speċifiċi għas-settur applikabbli għall-gwardjani.
(45)Il-grupp huwa rilevanti wkoll fl-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tad-DMA u r-regoli speċifiċi għas-settur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ wkoll tisfrutta l-għarfien espert u l-esperjenza tal-korpi u n-networks settorjali rilevanti waqt l-investigazzjonijiet tas-suq dwar servizzi u prattiki ġodda.
(46)Il-Grupp ta’ Livell Għoli ltaqa’ għal-laqgħa inawgurali tiegħu fit-12 ta’ Mejju 2023, wara n-nomina ta’ sitt rappreżentanti minn kull wieħed mill-ħames membri tiegħu. Waqt il-laqgħa inawgurali, il-membri ppreżentaw l-iżviluppi fl-oqsma ta’ għarfien espert tagħhom rilevanti għall-infurzar tad-DMA. Il-Kummissjoni ppreżentat l-istat tal-implimentazzjoni tad-DMA, li kien segwit minn skambju ta’ fehmiet.
(47)Il-Grupp ta’ Livell Għoli qabel dwar ir-Regoli ta’ Proċedura fit-tieni laqgħa tiegħu fis-27 ta’ Novembru 2023. Id-diskussjoni f’dik il-laqgħa ffokat fuq it-tħejjija tal-istabbiliment ta’ sottogruppi tal-Grupp ta’ Livell Għoli. Huwa mistenni li matul l-2024 jiġu stabbiliti żewġ sottogruppi. Il-Grupp ta’ Livell Għoli u s-sottogruppi tiegħu ma għandhomx ikunu involuti fi proċedimenti jew investigazzjonijiet tal-Kummissjoni li jkunu għaddejjin skont id-DMA.