|
13.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 364/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1805
tat-12 ta’ Ottubru 2021
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 703/2009 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għaliha bħala “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1846 (3), il-Kummissjoni Ewropea imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”). |
|
(3) |
Il-miżuri imposti ħadu l-forma ta’rata ta’ dazju ad valorem madwar il-pajjiż kollu ta’ 24 % filwaqt li grupp wieħed ta’ kumpaniji (Valin Group) irċieva rata ta’ dazju individwali ta’ 7,9 %. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(4) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (4), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċiviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
It-talba għal rieżami tressqet fl-14 ta’ Lulju 2020 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“EUROFER”), (“l-applikant”), għan-nom tal-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ vireg tal-wajer. It-talba għal rieżami kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(6) |
Hekk kif iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fl-14 ta’ Ottubru 2020 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza rigward l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) fuq il-bażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.3.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(7) |
Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“PIR”) kien ikopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2019 u t-30 ta’ Ġunju 2020. L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.3.2. Il-partijiet interessati
|
(8) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikanti, lil produtturi tal-Unjoni magħrufin oħrajn, lill-produtturi magħrufin fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi magħrufa, lill-utenti u lin-negozjanti magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(9) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw fuq il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. L-ebda parti interessata ma ppreżentat kummenti jew talbet seduta ta’ smigħ. |
1.3.3. Il-kampjunar
|
(10) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li setgħet tirrikorri għat-teħid ta’ kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.3.3.1. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(11) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li kienet għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni proviżorjament. Kienet għażlet il-kampjun fuq il-bażi tad-daqs tal-produzzjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f’erba’ (4) produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw kważi 25 % tal-volumi totali stmati tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni u l-kampjun żgura wkoll firxa ġeografika tajba. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza ta’ 7 ijiem min-notifika tal-kampjun proviżorju u, għalhekk, il-kampjun proviżorju ġie kkonfermat. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.3.3.2. Il-kampjunar tal-importaturi
|
(12) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(13) |
L-ebda wieħed mill-importaturi magħrufa li ġew ikkuntattjati ma daħal f’kuntatt u wieġeb il-formola tal-kampjunar. |
1.3.3.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(14) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa kollha tal-prodott taħt rieżami fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(15) |
L-ebda kumpanija mir-RPĊ ma ppreżentat ruħha fiż-żmien li ngħata. Konsegwentement, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ permezz tan-Note Verbale tad-29 ta’ Ottubru 2020, li kellha l-ħsieb li tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku meta teżamina l-kontinwazzjoni u/jew ir-rikorrenza tad-dumping. L-awtoritajiet tar-RPĊ ma rrispondewx. |
1.3.4. Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika
|
(16) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-gvern tar-RPĊ (“GTĊ”). Il-GTĊ ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(17) |
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja sabiex tiddetermina l-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping u tad-dannu, kif ukoll l-interess tal-Unjoni. |
|
(18) |
Bagħtet ukoll kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni u lil utent wieħed li ppreżenta ruħu. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online fil-jum tal-bidu. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni rċiviet tweġibiet għall-kwestjonarju mill-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, mill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u minn utent wieħed. |
|
(20) |
Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tal-miżuri ta’ konfinament stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-entitajiet ġuridiċi li kkooperaw li ġejjin. |
Produtturi tal-Unjoni
|
— |
Saarstahl AG, il-Ġermanja |
|
— |
Riva Acier S.A.S., Franza |
|
— |
Moravia Steel a.s., ir-Repubblika Ċeka |
|
— |
Ferriere Nord S.p.A., l-Italja |
Utent
|
— |
AGRATI France S.A.S., Franza |
|
(21) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset l-informazzjoni mressqa kif suppost mill-partijiet (bħat-tweġibiet għall-kwestjonarju jew it-tweġibiet għall-ittri ta’ defiċjenza) f’konformità mal-Avviż tas-16 ta’ Marzu 2020 dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u kontra s-sussidji (6). |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott taħt rieżami
|
(22) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri staneg u vireg, irrumblati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew tal-azzar illigat li mhumiex tal-azzar inossidabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7213 10 00, 7213 20 00, 7213 91 10, 7213 91 20, 7213 91 41, 7213 91 49, 7213 91 70, 7213 91 90, 7213 99 10, 7213 99 90, 7227 10 00, 7227 20 00, 7227 90 10, 7227 90 50 u 7227 90 95 (“il-prodott taħt rieżami”). |
2.2. Prodott simili
|
(23) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(24) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(25) |
Fis-17 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm id-dazju anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(26) |
Eurofer biss issottomettiet kummenti. Hija qablet mal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni. |
3. ID-DUMPING
|
(27) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ. |
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(28) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(29) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data neċessarja għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi tar-RPĊ sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. L-ebda produttur ma ssottometta l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu. |
|
(30) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. |
|
(31) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(32) |
Fil-25 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ħarġet l-ewwel nota għall-fajl (“l-ewwel Nota dwar l-FoP”) fejn talbet il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista’ tuża sabiex tiddetermina l-valur normali, f’konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi ta’ produzzjoni kollha, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat tliet pajjiżi rappreżentattivi possibbli: It-Tajlandja, it-Turkija u l-Perù. |
|
(33) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti. Waslu kummenti mingħand l-applikant biss, li pprovda argumenti kontra l-użu tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv. L-applikant issottometta wkoll li l-Perù jkun l-aħjar għażla għall-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(34) |
Il-Kummissjoni indirizzat dawn il-kummenti fit-tieni nota tagħha għall-fajl tas-7 ta’ Jannar 2021 (7) (“it-tieni Nota dwar l-FoP”). Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni u kkonkludiet li, f’dak l-istadju, il-Perù kien l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Corporación Aceros Arequipa S.A., (“Aceros Arequipa”), produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment li oġġezzjona għall-għażla tal-Perù bħala l-pajjiż rappreżentattiv. |
3.2. Nuqqas ta’ kooperazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
|
(35) |
Kif imsemmi fil-premessi (15), l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma kkoopera fl-investigazzjoni. |
|
(36) |
Ukoll, il-GTĊ ma kkooperax mal-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni. B’mod partikolari, ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju u lanqas ma indirizza l-evidenza fil-fajl tal-każ ipprovdut mill-applikant, inkluż id-“Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ” (“ir-Rapport”) (8). Tabilħaqq, skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħarġet Ir-Rapport b’ġabra ta’ informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’bosta fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol) kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. It-talba għal rieżami kien fiha wkoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fi żmien tal-bidu. |
|
(37) |
Permezz ta’ Notes Verbale tad-29 ta’ Ottubru 2020 u tat-23 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-esportaturi/mill-produtturi fir-RPĊ u fin-nuqqas ta’ tweġiba għall-kwestjonarju jew ta’ kummenti mill-GTĊ, kien beħsiebha tibbaża l-konstatazzjonijiet tagħha fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas favorevoli għall-parti kkonċernata u stiednet lill-GTĊ sabiex jikkummenta. Ma ġie pprovdut l-ebda kumment. |
|
(38) |
Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami u fis-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni bħall-istatistika kummerċjali dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (eż. mill-Eurostat u mill-Atlas Globali tal-Kummerċ (“GTA”) (9)), kif ukoll minn bażijiet ta’ data bħal Dun u BradStreet (10) u Orbis Bureau van Dijk (11). |
3.3. Valur Normali
|
(39) |
F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fil-PRC (12), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. F’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa wkoll. |
|
(40) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fil-PRC u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (13). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GOC fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (14), iżda l-GOC huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (15). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fil-PRC tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GOC, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (16). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fil-PRC (17). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (18), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fil-PRC (19). |
|
(41) |
Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti li jikkonċernaw is-settur tal-azzar fir-RPĊ, il-Kummissjoni eżaminat fl-investigazzjoni preżenti jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-file, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba kif ukoll fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(42) |
It-talba kien fiha informazzjoni dwar l-effetti distortivi tat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Azzar fuq l-industrija tal-azzar. Barra minn hekk, semmiet is-sejbiet mid-Department of Commerce tal-Istati Uniti dwar l-industrija tal-azzar (20). Minbarra dan, hija enfasizzat ir-rwol tas-CCP fl-SOEs (21) u l-effetti distortivi tas-sussidji, kif irrapportati fir-Rapport tal-Pajjiżi tal-FMI Nru 17/248 u tliet dokumenti mill-Kamra tal-Kummerċ tal-UE: ir-Rapport Annwali 2016/2017, il-Manifattura taċ-Ċina tal-2025 u n-Negozju Ewropew fid-Dokument ta’ Pożizzjoni taċ-Ċina 2016/2017. It-talba affermat ukoll li l-inputs użati sabiex isiru l-vireg tal-wajer huma essenzjalment l-istess bħal dawk użati sabiex isir l-azzar tal-karbonju ċatt illaminat bis-sħana (“l-HRF”). Għalhekk, it-talba kkwotat is-sejbiet li saru mill-Kummissjoni fir-Regolament (UE) 2017/969 (22) dwar is-sussidji għall-produtturi tal-HRF. It-talba żiedet li s-sejbiet dwar is-sussidji distorsivi ġew ikkonfermati wkoll minn Rapport ta’ ThinkDesk (23). It-talba elenkat b’mod partikolari d-distorsjonijiet li jikkonċernaw id-Drittijiet tal-Użu tal-Art, l-enerġija (l-elettriku), is-self preferenzjali u appoġġ finanzjarju ieħor u l-manodopera. Barra minn hekk, elenkat distorsjonijiet fis-suq għall-kokk u għall-faħam għall-kokk, għall-minerali tal-ħadid u għar-ruttam u għall-ligi tal-ħadid. Fl-aħħar nett, it-talba semmiet l-effetti distortivi tal-appoġġ fiskali għall-industrija tal-azzar u l-istandards ambjentali baxxi fiċ-Ċina. |
|
(43) |
Kif indikat fil-premessa (37), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(44) |
Simili għal investigazzjonijiet preċedenti fir-rigward tas-settur tal-azzar fil-PRC, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-PRC, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(45) |
Speċifikament fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-vireg tal-wajer, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Ħafna mill-akbar produtturi huma proprjetà tal-Istat. Xi wħud huma msemmija speċifikament fil-“Pjan għall-Aġġustament u għat-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016–2020”. Pereżempju, Shanxi Taiyuan Iron & Steel Co. Ltd. (“Tisco”), li hija proprjetà tal-Istat Ċiniż, issemmi fuq is-sit web tagħha li hija “kumpanija kbira tal-ħadid u tal-azzar”, li “żviluppat f’kumpless straordinarju tal-ħadid u tal-azzar fuq skala kbira, li huwa integrat man-negozju tal-estrazzjoni tal-ħadid, u tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-konsenja u n-negozjar tal-ħadid u tal-azzar” (24). Baosteel hija intrapriża ewlenija oħra Ċiniża tal-Istat li hija involuta fil-manifattura tal-azzar u hija parti minn China Baowu Steel Group Co. Ltd. (preċedentement Baosteel Group and Wuhan Iron & Steel) li ġiet ikkonsolidata reċentement. (25) Filwaqt li l-qasma nominali bejn l-għadd ta’ SOEs u kumpaniji privati hija stmata li hija kważi ugwali, erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-aqwa 10 tal-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (26). Fl-istess ħin, filwaqt li fl-2016 l-aqwa għaxar produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-produzzjoni totali tal-industrija, il-GTĊ stabbilixxa l-mira fl-istess sena li jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-azzar f’madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (27). Din l-intenzjoni ġiet ripetuta mill-GTĊ f’April 2019, fejn dan ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (28). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profittabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni batuta (29). Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-vireg tal-wajer, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat tal-vireg tal-wajer ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li fis-settur tal-vireg tal-wajer, numru ta’ produtturi kbar huma SOEs, inklużi Baoshan, Shougang, Hesteel, Jiangsu Shagang u Anshan Iron and Steel Group. |
|
(46) |
Fir-rigward tal-GTĊ li jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2 (6a) (b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni stabbilixxiet l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt rieżami u s-CCP, bħal membri tas-CCP fost il-maniġment superjuri jew membri tal-bord tad-diretturi f’għadd ta’ kumpaniji li jimmanifatturaw vireg tal-wajer, inkluż HBIS Group, Jiangsu Shagang, Anshan Iron and Steel Group, Baoshshel. |
|
(47) |
Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-vireg tal-wajer huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-eżempji li ġejjin juru x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent mill-GTĊ li qed jiżdied fis-settur. Ħafna produtturi tal-vireg tal-wajer jenfasizzaw b’mod espliċitu l-attivitajiet ta’ bini tal-partit fuq is-siti web tagħhom, għandhom membri tal-partit fil-maniġment tal-kumpanija u jissottolinjaw l-affiljazzjoni tagħhom mas-CCP. L-investigazzjoni żvelat attivitajiet ta’ bini tal-partit f’numru ta’ produtturi tal-vireg tal-wajer, inkluż l-HBIS Group (Hesteel), li enfasizza fuq is-sit web tiegħu l-importanza tal-kumitat tal-partit fil-funzjonament tal-kumpanija. Jiangsu Shagang hija kumpanija oħra li tipproduċi vireg tal-wajer li tispjega: “Sa mill-istabbiliment tagħha 45 sena ilu, Shagang kompliet tapprofondixxi l-għarfien tagħha, tfittex li tuża l-isforzi sabiex tintegra l-ħidma tal-bini tal-partit fl-organizzazzjoni ġenerali tal-iżvilupp tal-intrapriża, u li tittrasforma l-vantaġġ tal-organizzazzjoni tal-partit fil-vantaġġ kompetittiv u fil-vantaġġ tal-iżvilupp tal-intrapriża” u tkompli: “Issa, il-Kumitat tal-Partit ta’ Shagang għandu 16-il fergħa tal-partit ġenerali u 66 fergħa tal-partit, u n-numru ta’ membri tal-partit jirrappreżenta aktar minn 14 % tan-numru totali ta’ impjegati (30)”. Anshan Iron and Steel Group jirreferi għall-importanza tal-attivitajiet ta’ bini tal-partijiet b’dan il-mod: “B’mod konkret, huwa meħtieġ li tinżamm u tissaħħaħ it-tmexxija komprensiva tal-Partit u li din tkun riflessa fl-ambitu estiż tal-membri tal-Partit u fl-għarfien ideoloġiku tal-uffiċjali tal-partit, fil-qasam kollu tan-negozju u tal-ġestjoni tal-intrapriża, fil-proċess kollu tal-governanza korporattiva, kif ukoll fl-istadji kollha tar-riforma u tal-iżvilupp tal-intrapriża (31)”. Artiklu ieħor jiġbor fil-qosor l-attivitajiet ta’ bini tal-partit ta’ Anshan b’dan il-mod: “il-prijorità tal-ħidma tal-fergħa tal-partit hija li sservi liċ-ċentru u tinvolvi lill-membri tal-partit. Minn din is-sena, il-fergħa tal-partit kabbret il-programm ta’ “Proġett ta’ Membri tal-Partit Komunista”, sfruttat il-potenzjal intern tal-impjegati, u ħadmet ħafna sabiex tgħin lill-impjegati jagħmlu kontribuzzjonijiet fil-karigi tagħhom. Huma żviluppaw total ta’ 12-il “Proġett ta’ Membri tal-Partit Komunista”, li solvew b’mod effettiv problemi tekniċi ewlenin li kienu jirrestrinġu l-produzzjoni; Ġew ipprovduti 160 suġġeriment ta’ razzjonalizzazzjoni, u 2 metodi tal-operat avvanzati ġew ikklassifikati bħala metodi tal-operat avvanzati fil-livell tal-Grupp.” (32) Baoshan (Baosteel) tiddeskrivi l-attivitajiet ta’ bini tal-partit kif ġej: “Nieħdu r-responsabbiltà ewlenija ta’ amministrazzjoni tal-partit b’mod strett u komprensiv; Immexxu l-ħidma ideoloġika u politika tal-kumpanija, b’ħidma fi front magħqud, filwaqt li nibnu ċiviltà spiritwali, nibnu kultura korporattiva u ħidma tal-massa bħal trade unions u l-Lega Komunista taż-Żgħażagħ; Immexxu l-kostruzzjoni ta’ gvern skont l-istil tal-partit u onest, isostnu l-kumitati tad-dixxiplina sabiex jissodisfaw b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet superviżorji tagħhom” (33). Il-kumitat tal-partit għandu wkoll rwol importanti f’Shougang: “Il-Kumitat tal-Partit ta’ Shougang jifhem bis-sħiħ il-fehmiet ta’ Xi Jinping dwar is-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi fl-era l-ġdida, jimplimenta bir-reqqa l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit, jinsisti fuq it-tfassil tad-direzzjoni, il-ġestjoni tas-sitwazzjoni ġenerali, u l-iżgurar tal-implimentazzjoni, filwaqt li jagħti appoġġ sħiħ lir-rwol ta’ tmexxija tal-kumitat tal-partit, li jmexxi aktar minn 40 000 membru tal-partit madwar il-Grupp, filwaqt li jiffoka fuq il-bini tal-partit fl-aspetti kollha tax-xogħol” (34). |
|
(48) |
Barra minn hekk, fis-settur tal-vireg tal-wajer, hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(49) |
Minkejja li l-vireg tal-wajer hija industrija speċjalizzata u l-ebda dokument ta’ politika speċifiku li jiggwida speċifikament l-iżvilupp tal-industrija tal-vireg tal-wajer bħala tali ma seta’ jiġi identifikat matul l-investigazzjoni, l-industrija tal-vireg tal-wajer tibbenefika minn gwida u intervent mill-gvern rigward il-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-vireg tal-wajer, jiġifieri l-ħadid u l-azzar bil-karbonju. L-industrija tal-azzar titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (35). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016–2020”, li kien validu matul il-perjodu PI. Dan il-Pjan stqarr li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali (36) ”. Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stabbiliti f’dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (37). It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (38), applikabbli matul il-PI, ippreveda appoġġ lill-intrapriżi li jipproduċu tipi ta’ prodotti tal-azzar ta’ livell għoli (39). Dan jiffoka wkoll fuq il-kisba ta’ kwalità, ta’ durabbiltà u ta’ affidabbiltà tal-prodotti permezz tas-sostenn lill-kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar nadif, l-irrumblar bi preċiżjoni u t-titjib fil-kwalità (40). Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013)” (41) (“il-Katalogu”) jelenka l-azzar bħala industrija mħeġġa. |
|
(50) |
Il-materja prima importanti l-oħra użata għall-produzzjoni tal-vireg tal-wajer hija l-ħadid. Il-mineral tal-ħadid kien kopert mill-Pjan Nazzjonali għar-Riżorsi Minerali 2016–2020 matul il-perjodu PI. Il-pjan kien jipprevedi, fost l-oħrajn, li “tiġi żgurata l-konċentrazzjoni tal-intrapriżi u jiġu żviluppati minjieri kbar u ta’ daqs medju kompetittivi fis-suq”, li “tiġi żgurata gwida tar-riżorsi lokali sabiex dawn jiġu kkonċentrati fuq gruppi ta’ minjieri ta’ daqs kbir”, li “jitnaqqas il-piż fuq l-intrapriżi tal-minerali tal-ħadid, tiżdied il-kompetittività tal-intrapriżi domestiċi tal-minerali tal-ħadid”, li “jiġi kkontrollat b’mod adegwat l-iżvilupp ta’ minjieri fondi 1 000 metru u ta’ minjieri tal-minerali tal-ħadid fuq skala żgħira”. |
|
(51) |
Il-mineral tal-ħadid jissemma wkoll fit-13-il FYP dwar l-Azzar 2016–2020, li kien fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-pjan jipprevedi għall-mineral tal-ħadid: “żamma tal-appoġġ tax-xogħlijiet ta’ esplorazzjoni f’żoni tal-minerali ewlenin domestiċi, […], appoġġ għal numru ta’ intrapriżi domestiċi eżistenti u kompetittivi ħafna tal-minerali tal-ħadid, bis-saħħa ta’ żvilupp usa’ u intensifikat, […], u t-tisħiħ tar-rwol tal-bażijiet tar-riżorsi minerali domestiċi fir-rigward tas-sigurtà (tal-provvisti)”. |
|
(52) |
Il-mineral tal-ħadid huwa kklassifikat bħala Industrija Strateġika Emerġenti (“SEI”) u, għalhekk, huwa kopert mit-13-il FYP dwar l-SEIs. Il-mineral tal-ħadid, il-ħadid fondut grezz u l-ligi tal-ħadid huma lkoll elenkati wkoll fil-Katalogu ta’ Gwida tal-NRDC għall-Aġġustament tal-Industrija 2019. Il-ligi tal-ħadid jissemmew fil-Katalogu ta’ Gwida tal-MIIT tal-2018 għall-Iżvilupp u għat-Trasferiment tal-Industrija. |
|
(53) |
Kif jidher mill-eżempji ta’ hawn fuq dwar l-azzar, il-ħadid u l-ligi tal-ħadid, li lkoll huma materja prima importanti għall-produzzjoni tal-vireg tal-wajer, il-GTĊ jiggwida ulterjorment l-iżvilupp tas-settur tal-vireg tal-wajer f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u ta’ direttivi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur. B’hekk, l-industrija tal-vireg tal-wajer tibbenefika minn gwida u intervent governattivi fir-rigward tal-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-vireg tal-wajer, jiġifieri l-ħadid u l-azzar mhux illigat. |
|
(54) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-produtturi tal-vireg tal-wajer huma wkoll benefiċjarji ta’ sussidji mill-Istat, li jindika b’mod ċar l-interess tal-Istat għal dan is-settur. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li numru ta’ produtturi tal-vireg tal-wajer ibbenefikaw minn sussidji diretti mill-Istat, inklużi l-HBIS Group (42), Jiangsu Shagang (43), Anshan Iron and Steel Group (44), Baoshan/Baosteel (45) u Shougang (46). |
|
(55) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġjaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-azzar, tal-ħadid u tal-ligi tal-ħadid bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-vireg tal-wajer. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(56) |
Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur tal-vireg tal-wajer imsemmi hawn fuq fil-premessa (40) ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt rieżami. |
|
(57) |
Is-settur tal-vireg tal-wajer huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (40). Dawk id-distorsjonijiet jaffetwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema lavorattiva fil-PRC) (47). |
|
(58) |
Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-vireg tal-wajer mhuwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (40). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(59) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti l-vireg tal-wajer, hemm bżonn numru ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-vireg tal-wajer jixtru jew/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li ħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jimpjegaw ħaddiema li huma soġġetti għad-distorsjonijiet, jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital u huma soġġetti għas-sistema tal-ippjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u s-setturi. |
|
(60) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-vireg tal-wajer mhumiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. |
|
(61) |
Fl-investigazzjoni attwali, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
|
(62) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles minħabba li dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
3.3.1. Pajjiż Rappreżentattiv
3.3.1.1. Kummenti ġenerali
|
(63) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(64) |
Kif spjegat fit-taqsima 3.1, il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali, fejn informat lill-partijiet li kienet beħsiebha tuża lill-Perù bħala pajjiż rappreżentattiv. |
3.3.1.2. Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(65) |
Abbażi tad-deċiżjoni li l-Perù jintuża bħala l-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati fit-tieni Nota dwar l-FoP li kienet se tuża l-GTA (49) sabiex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, kienet se tuża d-data mill-Aġenzija ta’ Sorveljanza tal-Perù għall-Investiment fl-Enerġija u fl-Estrazzjoni (Osinergmin) (50) għall-prezzijiet industrijali għall-gass naturali u għall-elettriku, mill-Aġenzija Nazzjonali ta’ Sorveljanza għas-Servizzi tas-Sanità (Sunass) (51) għall-prezz tal-użu industrijali tal-ilma u mill-ILO (52) għall-kost lavorattiv. Hija rreferiet ukoll għad-data finanzjarja tal-kumpanija Peruvjana Aceros Arequipa (53) sabiex tistabbilixxi l-SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni. |
3.3.2. Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
3.3.2.1. Id-data li ntużat sabiex inħadem il-valur normali
|
(66) |
Il-Kummissjoni stabbiliet lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni u ta’ sorsi intenzjonati sabiex jintużaw għall-fatturi ta’ produzzjoni kollha, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment dwar il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni. |
|
(67) |
Meta wieħed iqis l-informazzjoni disponibbli fil-fajl, fuq il-bażi tat-talba għal rieżami u l-informazzjoni sussegwenti sottomessa mill-applikant, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni u l-kodiċijiet tas-SA li ġejjin, fejn applikabbli: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni u sorsi ta’ informazzjoni
|
3.3.2.2. Materja prima u ruttam
|
(68) |
Kif spjegat fl-ewwel Nota dwar l-FoP, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni mit-talba għal rieżami u mill-investigazzjonijiet ta’ skadenza preċedenti u oriġinali tindika li l-produtturi Ċiniżi tal-vireg tal-wajer ġeneralment ikollhom żewġ proċessi distinti sabiex jipproduċu vireg tal-wajer. L-ewwel wieħed huwa l-proċess integrat tal-forn tal-blast, fejn kumpanija tipproduċi billetti minn materja prima, li sussegwentement jinħadmu mill-ġdid f’vireg tal-wajer. It-tieni wieħed huwa l-proċess tal-forn bl-ark elettriku li ma jibdiex bil-materja prima iżda bil-billetti, li jerġgħu jinħadmu f’vireg tal-wajer. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe produttur Ċiniż tal-vireg tal-wajer u minħabba d-disponibbiltà tal-informazzjoni u l-fatti disponibbli, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha tal-fatturi ta’ produzzjoni fuq il-proċess ta’ produzzjoni mhux integrat biss filwaqt li bdiet bil-billetti. |
|
(69) |
Għall-materja prima u għar-ruttam, il-Kummissjoni bbażat fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Perù. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina (56). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-Perù minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx ukoll il-prodotti intiżi għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw dawn il-prezzijiet. |
|
(70) |
Għal tip wieħed ta’ billetti (kodiċi tas-SA 7207 11) u għal żewġ tipi ta’ ruttam (kodiċijiet tas-SA 7204 10 u 7204 41), ma kien hemm l-ebda kwantità jew kien hemm kwantità insinifikanti ta’ importazzjonijiet fil-Perù matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan kien ifisser li jew ma kien hemm l-ebda prezz tal-importazzjoni, jew kien hemm prezz tal-importazzjoni mhux rappreżentattiv minħabba l-kwantitajiet baxxi ta’ importazzjoni. Sabiex jiġi stabbilit prezz mingħajr distorsjoni għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni eżaminat sa liema punt il-livelli tal-prezzijiet ivarjaw bejn iż-żewġ tipi ta’ billetti u bejn l-erba’ tipi ta’ ruttam, rispettivament. B’dan il-mod, il-Kummissjoni eżaminat il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ din il-materja prima f’diversi pajjiżi oħrajn bħall-Brażil, ir-Russja, il-Kanada u l-Ukrajna, kif ukoll id-data użata mill-applikant fit-talba għal rieżami tiegħu. |
|
(71) |
Bħala medja, ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-prezzijiet la bejn iż-żewġ tipi ta’ billetti, u lanqas bejn l-erba’ tipi ta’ ruttam. Barra minn hekk, filwaqt li l-prezz tal-importazzjoni tal-billetti bil-kodiċi tas-SA 7207 11 kien ogħla minn dak tal-billetti bil-kodiċi tas-SA 7207 20 f’numru ta’ pajjiżi, kien aktar baxx f’pajjiżi oħrajn. L-istess differenzi fil-prezzijiet dehru għall-erba’ tipi ta’ ruttam. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet użati tat-tipi differenti ta’ billetti jew ta’ ruttam mill-produtturi esportaturi tal-prodott taħt rieżami ma ppermettietx li ssir distinzjoni bejn is-subtipi. L-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami tiegħu u fis-sottomissjonijiet sussegwenti tiegħu turi l-kwantitajiet totali użati taż-żewġ tipi ta’ billetti meħudin flimkien, u tat-tipi differenti ta’ ruttam meħudin flimkien. |
|
(72) |
Fid-dawl taċ-ċaqliq fil-prezzijiet u tal-fatt li bħala medja, il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu simili għaż-żewġ tipi ta’ billetti u għall-erba’ tipi ta’ ruttam, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża biss il-prezzijiet ta’ dawk il-billetti u r-ruttam li ġew importati fi kwantitajiet sinifikanti fil-Perù matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan kien ifisser li l-prezz għall-billetti kien ibbażat fuq il-prezz għall-billetti bil-kodiċi tas-SA 7207 20, u l-prezz għar-ruttam kien medja tal-prezz għar-ruttam bil-kodiċijiet tas-SA 7204 29 u 7204 49. |
|
(73) |
Il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima użata fil-produzzjoni tal-vireg tal-wajer, kif ikkonsenjat fil-fabbrika tal-produttur esportatur. Għalhekk, hija applikat id-dazju tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv għal kull pajjiż ta’ oriġini rispettiv. Normalment, jenħtieġ li ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jiżdiedu l-prezzijiet tat-trasport domestiku wkoll. Madankollu, b’kunsiderazzjoni tas-sejba fit-taqsima 3.5 kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejbien tal-firxa eżatta tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Tali aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, għalhekk, tal-marġni tad-dumping. |
|
(74) |
Il-kostijiet għall-materja prima (eż. prodotti sekondarji għajr ir-ruttam) b’impatt negliġibbli f’termini ta’ kostijiet, ġew inklużi fil-kostijiet għall-materja prima, bħala perċentwal ta’ skart u ta’ ruttam. Skont l-informazzjoni fit-talba għal rieżami, il-kostijiet attwali ta’ dik il-materja prima l-oħra kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli mill-kostijiet attwali totali tal-manifattura. Barra minn hekk, l-oġġetti tal-konsum ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-materja prima totali u ġew applikati għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-materja prima totali. |
3.3.2.3. Manodopera
|
(75) |
Sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO li pprovdiet data dwar is-sigħat medji ta’ kull ġimgħa attwalment maħdumin għal kull persuna impjegata u l-qligħ ta’ kull xahar tal-impjegati fil-manifattura matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (57). Bl-użu ta’ dik id-data, il-Kummissjoni kkalkolat salarju fis-siegħa fil-manifattura li miegħu ġew miżjuda kostijiet lavorattivi addizzjonali relatati (kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tal-qgħad imġarrba mill-impjegatur) (58). |
3.3.2.4. Enerġija
|
(76) |
Sabiex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju għall-kostijiet tal-gass u tal-elettriku, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet ta’ referenza stabbiliti minn Osinergmin. |
|
(77) |
Il-prezzijiet ta’ referenza għall-gass naturali huma stabbiliti minn Osinergmin fuq bażi ta’ kull xahar u huma disponibbli faċilment fuq is-sit web tagħha (59). |
|
(78) |
Il-prezzijiet ta’ referenza għall-elettriku jiddependu miż-żona fejn jiġi kkonsenjat l-elettriku. Skont ir-rapport annwali tagħha, il-produzzjoni ta’ Aceros Arequipa hija kkonċentrata fl-impjant tal-kumpanija f’Pisco (Ica). Il-prezzijiet massimi tal-elettriku li jintalbu mill-kumpanija tal-elettriku f’Pisco huma stabbiliti wkoll minn Osinergmin u huma disponibbli faċilment. L-informazzjoni kienet dettaljata biżżejjed sabiex jiġi identifikat il-prezz tal-elettriku u l-prezz għall-użu tas-sistema ta’ distribuzzjoni mħallsin mill-utenti industrijali fuq bażi ta’ kull xahar (60). |
|
(79) |
Il-prezz għall-ilma għall-utenti industrijali kif mitlub mill-kumpanija lokali f’Pisco (Emapisco) huwa bbażat fuq il-prezzijiet ta’ referenza kif stabbiliti minn Sunass fir-rapport tagħha għall-perjodu 2018–2023, disponibbli online (61). |
3.3.2.5. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament
|
(80) |
Sabiex tistabbilixxi valur mhux distort tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, fuq il-bażi tad-data tal-produtturi tal-Unjoni pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet diretti tal-manifattura. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet diretti tal-manifattura sabiex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura. |
|
(81) |
Sabiex jiġi stabbilit ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja għall-2019 għal Aceros Arequipa kif irrapportata fil-kontijiet awditjati tal-kumpanija (62). |
3.3.2.6. Kalkolu tal-valur normali
|
(82) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni bniet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(83) |
L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali, l-enerġija u l-manodopera) għall-produzzjoni tal-vireg tal-wajer. Il-Kummissjoni mmoltiplikat l-fatturi tal-użu bil-kostijiet mhux distorti għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Perù. |
|
(84) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt kif innotat fit-taqsima 3.3.2.5. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Aceros Arequipa. Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mhux distorti tal-manifattura:
|
|
(85) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3.3. Tkomplija ta’ dumping
|
(86) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppruvat tuża l-informazzjoni statistika disponibbli mill-Eurostat sabiex tiddetermina l-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(87) |
Madankollu, ġew importati biss 75 tunnellata ta’ vireg tal-wajer mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami skont il-Eurostat, li jikkorrispondu għal anqas minn 1 % tal-importazzjonijiet totali. Dan l-ammont huwa negliġibbli fid-dawl tal-konsum totali tal-Unjoni (18 826 155 tunnellata). Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-volumi baxxi ma jipprovdux bażi suffiċjenti għal kontinwazzjoni ta’ analiżi tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni ffokat l-investigazzjoni tagħha fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.4. Il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping
|
(88) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi (86) sa (87) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kompliet tanalizza jekk kienx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping jekk jiskadu l-miżuri. Waqt dan, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: il-prezz tal-esportazzjoni tal-vireg tal-wajer miċ-Ċina lejn il-bqija tad-dinja, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva Ċiniżi, l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi fi swieq oħrajn, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
3.5. Tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni lejn il-bqija tad-dinja
|
(89) |
Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kellha toqgħod fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tistabbilixxi l-prezzijiet ta’ esportazzjoni mir-RPĊ lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli oħra, il-Kummissjoni użat data dwar l-esportazzjoni mill-GTA. |
|
(90) |
Skont il-GTA, aktar minn 3 699 934 tunnellata ta’ vireg tal-wajer ġew esportati madwar id-dinja mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan huwa ugwali għal kważi 20 % tal-konsum totali tal-Unjoni fl-istess perjodu. It-Tabella 2 hawn taħt tiġbor fil-qosor iċ-ċifri għall-akbar ħames pajjiżi f’termini ta’ volum tal-esportazzjoni Ċiniża, li jirrappreżentaw kważi 65 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Tabella 2 Esportazzjonijiet tal-vireg tal-wajer Ċiniżi lejn id-dinja (volum f’tunnellati u prezzijiet, EUR kull tunnellata)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(91) |
Il-prezz medju tal-esportazzjoni li nstab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal kull wieħed mill-pajjiżi msemmija hawn fuq kien aktar minn 40 % taħt il-valur normali stabbilit fil-premessa (85). Dan indika li, jekk l-importazzjonijiet mir-RPĊ jaslu fl-Unjoni f’dak il-livell, tali bejgħ ikun f’livelli ta’ prezzijiet oġġett ta’ dumping b’mod sinifikanti. |
|
(92) |
Iċ-ċifri juru wkoll li l-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi naqsu matul l-aħħar snin, f’konformità mal-volumi tal-esportazzjoni globali u mad-domanda globali. Madankollu, kif spjegat fit-taqsima 3.5.1 hawn taħt, il-kapaċità ta’ riżerva hija ferm akbar mid-domanda lokali fir-RPĊ, filwaqt li l-istqarrijiet riċenti għall-istampa jindikaw li d-domanda globali għall-prodott taħt rieżami qed tiżdied u se tkompli tiżdied matul is-sena li ġejja (64). Barra minn hekk, ir-RPĊ għadha fost l-għaxar pajjiżi bl-aktar prezzijiet baxxi tal-esportazzjoni għall-vireg tal-wajer. |
|
(93) |
Fl-aħħar nett, ir-rapporti mill-istampa tal-2021 jissuġġerixxu li hemm diverġenza dejjem akbar bejn is-suq domestiku Ċiniż u s-suq tal-esportazzjoni. Hekk kif id-domanda lokali qed tonqos, li qed tkompli tniżżel il-prezzijiet lokali, is-suq tal-esportazzjoni qed isir dejjem aktar attraenti għall-produtturi Ċiniżi (65). |
3.5.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(94) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, fost l-oħrajn id-data minn Mysteel (66), il-produzzjoni ta’ vireg tal-wajer fiċ-Ċina bħalissa tinsab f’livell ogħla milli fiż-żmien tal-aħħar rieżami ta’ skadenza. Il-produzzjoni żdiedet mill-2016 għal livell ta’ produzzjoni li jvarja bejn 155 u 165 miljun tunnellata fl-2019, li huwa aktar minn tmien darbiet aktar mill-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
|
(95) |
Il-produtturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ riżerva stmata ta’ madwar 90 miljun tunnellata, skont it-talba għal rieżami. L-applikant jindika li ħafna mill-kapaċità tinsab mal-parteċipanti l-ġodda fis-suq Ċiniż tal-vireg tal-wajer. Minħabba l-kapaċità żejda kbira, tali parteċipanti ġodda se jħarsu dejjem aktar lejn is-suq tal-esportazzjoni, speċjalment minħabba t-tnaqqis fid-domanda lokali kif stabbilit fil-premessa (93) aktar ’il fuq. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa Ċiniża, kien diffiċli li tinkiseb informazzjoni addizzjonali f’dan ir-rigward. Madankollu, fid-dawl tal-livelli għoljin ta’ produzzjoni msemmijin fil-premessa preċedenti meta mqabblin maċ-ċifri Ewropej u madwar id-dinja, ir-RPĊ tista’ faċilment tinfluwenza s-swieq internazzjonali, anki mingħajr ma tuża l-kapaċità ta’ riżerva tagħha. |
3.5.2. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(96) |
Minħabba l-livelli ogħla tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni meta mqabblin mal-prezzijiet tal-bejgħ Ċiniżi osservati f’pajjiżi terzi oħrajn kif jidher fit-Tabella 2, is-suq tal-Unjoni jitqies attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. L-eżistenza ta’ miżuri protettivi f’ħafna mis-swieq tal-esportazzjoni l-oħrajn tkompli żżid l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni (67). Għalhekk, jista’ jkun raġonevolment mistenni li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportazzjonijiet Ċiniżi jerġgħu jibdew f’volumi konsiderevoli fis-suq tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li qabel ma ġew imposti l-miżuri oriġinali, fl-2008, il-volumi tal-bejgħ miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni kienu jammontaw għal 1,1 miljun tunnellata, meta mqabbla ma’ 75 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.6. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping
|
(97) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà li jerġa’ jseħħ dumping jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu. B’mod partikolari, il-livell tal-valur normali stabbilit fir-RPĊ, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq ta’ pajjiżi terzi, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u d-disponibbiltà ta’ kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti fir-RPĊ juru probabbiltà kbira ta’ rikorrenza ta’ dumping fil-każ li l-miżuri attwali jitħallew jiskadu. |
4. ID-DANNU
4.1. Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(98) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn 62 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(99) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 18,3-il miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħad-data pprovduta mill-applikant (68). Kif indikat fil-premessa (11), intgħażlu erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw kważi 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
|
(100) |
Il-Kummissjoni sabet li parti mill-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għas-suq kaptiv kif muri fit-Tabella 3 ta’ hawn taħt. Is-suq kaptiv żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’5 punti perċentwali u jirrappreżenta 13,5 % tal-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles biss. Dawn l-indikaturi huma: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem mis-suq; il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-profittabbiltà. Għal indikaturi oħra, bħall-produzzjoni, il-kapaċità, il-produttività, l-impjiegi u l-pagi, iċ-ċifri kkunsidrati hawn taħt huma relatati mal-attività kollha u għalhekk ma kienet iġġustifikata l-ebda separazzjoni. |
4.2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(101) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’ a) id-data tal-Eurofer dwar il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili fl-Unjoni, kif ġiet ikkontroverifikata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi terzi kollha kif irrappurtat fil-Eurostat. |
|
(102) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 3 Konsum tal-Unjoni (tunnellati) (69)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(103) |
Tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu, il-konsum fl-Unjoni fis-suq ħieles naqas b’9 %. Analiżi dettaljata turi li mill-2017 sal-2018, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni żdied b’4 % minn madwar 17,9 għal 18,6-il miljun tunnellata qabel ma fl-2019 naqas b’5 % u kompla jonqos bi 8 punti perċentwali għal 16,3-il miljun tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-konsum totali tal-Unjoni segwa xejra simili b’żieda fl-2018 segwita minn tnaqqis fl-2019, li kompla fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 li kkawżat tnaqqis fil-konsum ġenerali tal-vireg tal-wajer, b’mod partikolari fl-industriji tal-karozzi u tal-kostruzzjoni. |
4.3. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(104) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (102). |
|
(105) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Il-volum tal-importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq (70)
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(106) |
Filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jgħoddu għal sehem mis-suq ta’ 5 % u għal 1,1 miljun tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, abbażi tal-informazzjoni mill-Eurostat dawn virtwalment sparixxew mis-suq tal-Unjoni. Fil-fatt, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu minn 556 għal 75 tunnellata matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(107) |
Il-kumpanija b’rata tad-dazju ta’ 7,9 % hija relatata ma’ Arcelor Mittal Group u skont l-ilmentaturi ma għadhiex tipproduċi kwantitajiet sinifikanti ta’ vireg tal-wajer. Madankollu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħrajn ukoll waqfu jbigħu fl-Unjoni. Is-suq tal-vireg tal-wajer jidher li huwa sensittiv ħafna għall-prezzijiet u l-24 % żieda fil-prezz minħabba d-dazju antidumping fis-seħħ wasslet biex l-esportaturi Ċiniżi jitilfu l-interess fis-suq tal-Unjoni. |
4.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(108) |
Fid-dawl tal-volumi baxxi ħafna ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ, il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet ma setgħux jiġu analizzati b’mod sinifikanti. |
|
(109) |
Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, u fid-dawl tal-kwantitajiet baxxi ħafna importati fl-Unjoni mir-RPĊ, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda prezz tal-importazzjoni affidabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, għalhekk, ma kienx possibbli li jsir kalkolu sinifikattiv tat-twaqqigħ tal-prezz. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz mill-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
|
(110) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz għall-pajjiżi kkonċernati ta’ 4,5 %. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu huwa mistenni l-istess livell ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ
|
(111) |
L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ kienu prinċipalment mit-Turkija, mir-Russja, mill-Belarus u mill-Iżvizzera. |
|
(112) |
Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 5 L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(113) |
L-importazzjonijiet totali tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiż ikkonċernat naqsu bi 8 % (minn 2,21 għal 2,03 miljun tunnellata) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, hekk kif segwew l-istess xejra ’l isfel tal-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni kif imsemmi fit-Tabella 3. Madankollu, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-pajjiżi terzi żammew is-sehem mis-suq tagħhom fis-suq ħieles fil-biċċa l-kbira minħabba prezzijiet konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni li fl-istess perjodu tilfet is-sehem mis-suq fis-suq ħieles kif imsemmi fit-Tabella 7. |
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(114) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(115) |
Kif imsemmi fil-premessa (11), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(116) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fir-rispons tad-data tal-Eurofer dwar il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili fl-Unjoni, ikkontroverifikata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(117) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(118) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi (72)
4.5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(119) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(120) |
Il-volum tal-produzzjoni l-ewwel żdied fl-2018 bħala konsegwenza ta’ żieda fis-suq kaptiv. Naqas fl-2019 u kompla fil-perjodu ta’ investigazzjoni wara xejra simili bit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 li kkawżat tnaqqis fil-konsum ġenerali tal-vireg tal-wajer. Il-volum tal-produzzjoni naqas b’9 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(121) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Hekk kif il-volum tal-produzzjoni naqas b’mod ġenerali u l-kapaċità żdiedet, l-użu tal-kapaċità juri xejra ’l isfel (– 14 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.2. Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(122) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(123) |
Il-bejgħ totali fl-UE segwa xejra ’l isfel matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (– 7 %) minkejja ż-żieda bi 3 % fl-2017–2018. |
|
(124) |
Il-bejgħ totali fis-suq ħieles mill-industrija tal-Unjoni naqas bi kważi 1,5 miljun tunnellata matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Filwaqt li l-konsum kien żdied għall-ogħla livell tiegħu fl-2018 (+ 3 %), diġà wera xejra ’l isfel (– 2 %) li kompliet fl-2019 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-bejgħ ġenerali fis-suq ħieles tal-UE naqas b’9 %. |
|
(125) |
Is-sehem mis-suq tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles baqa’ pjuttost stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Wara li s-sehem tal-bejgħ fis-suq ħieles żdied fl-2017–2019 b’1 %, naqas b’1,3 punt perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.5.2.3. It-tkabbir
|
(126) |
F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni mhux biss tilfet il-volumi tal-bejgħ fl-UE iżda tilfet ukoll is-sehem mis-suq fis-suq ħieles. Konsegwentement, ma kienx hemm tkabbir għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.4. L-impjiegi u l-produttività
|
(127) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(128) |
L-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm u saħansitra żżid in-numru ta’ impjegati involuti fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, filwaqt li żiditu b’6 % bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(129) |
Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (tunnellati) għal kull impjegat, segwiet xejra ’l isfel matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (– 14 %) bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 li kkawżat tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni ġenerali tal-vireg tal-wajer. It-tnaqqis konsiderevoli fil-produttività huwa spjegat mit-tnaqqis ogħla fil-volum tal-produzzjoni, li huwa marbut ukoll mat-tnaqqis fil-bejgħ u fid-domanda għall-prodotti tal-industrija tal-Unjoni, meta mqabbel maż-żieda fin-numru ta’ impjegati. |
4.5.2.5. Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat
|
(130) |
Il-marġni tad-dumping stabbilit għall-pajjiż ikkonċernat fl-investigazzjoni oriġinali kien ferm ogħla mil-livell de minimis. Kif spjegat aktar ’il fuq, ma kienx hemm importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u b’hekk id-daqs tal-marġni tad-dumping ma setax jiġi vvalutat. |
|
(131) |
Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni kienet baqgħet sostanzjalment fraġli u ġarrbet dannu. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni tal-investigazzjoni attwali tar-rieżami ta’ skadenza, l-industrija tal-Unjoni wriet sinjali ta’ rkupru mill-effetti ta’ dumping fil-passat iżda l-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu, wara li baqgħu pjuttost stabbli fl-2017–2019, naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami hekk kif segwew xejra simili ta’ tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni għadha vulnerabbli ħafna għall-effetti dannużi ta’ kwalunkwe importazzjoni oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni u jekk il-miżuri jitħassru, l-impatt tad-dumping mistenni fuq l-industrija tal-Unjoni jkun sinifikanti fuq il-bażi tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi, kif imsemmi fil-premessi (90) u (91). |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi (73)
4.5.3.1. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(132) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-unità lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni u l-kost unitarju medju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej: Tabella 9 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(133) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati (is-suq ħieles) naqsu bi 2 %. Analiżi dettaljata turi li mill-2017 sal-2018, il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu b’14 % qabel ma naqsu fl-2019 bi 8 punti perċentwali u komplew jonqsu bi 8 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Sal-2019, iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ segwiet sa ċertu punt l-evoluzzjoni tal-kost tal-produzzjoni, li żdied bi 13 % bejn l-2017 u l-2019 filwaqt li xorta baqgħu superjuri għall-prezz medju tal-bejgħ. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-kost tal-produzzjoni naqas bi 3 punti perċentwali. B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz medju tal-bejgħ naqas bi 2 % filwaqt li l-kost tal-produzzjoni żdied b’10 %, u għalhekk l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f’pożizzjoni li żżid il-prezz tal-bejgħ sabiex tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. |
4.5.3.2. Il-kostijiet lavorattivi
|
(134) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(135) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat l-ewwel żdiedu mill-2017 sal-2018 qabel ma naqsu b’mod progressiv fl-2019 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat baqa’ stabbli. |
4.5.3.3. L-inventarji
|
(136) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(137) |
L-inventarji tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, iżda xorta baqgħu taħt l-10 % tal-volum tal-produzzjoni annwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu. Iż-żieda konsiderevoli b’40 % tal-inventarji bħala perċentwal tal-produzzjoni osservat mill-2017 għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ssegwi sa ċertu punt it-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni kif imsemmi fil-premessa (120), bil-produtturi tal-UE li ma setgħux jiddisponu mill-produzzjoni tagħhom minħabba x-xejra simili ta’ tnaqqis tal-konsum ġenerali tal-Unjoni kif imsemmi fil-premessa (103). |
4.5.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(138) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(139) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(140) |
Il-profittabbiltà l-ewwel żdiedet fl-2018 bħala konsegwenza taż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ lil partijiet mhux relatati (is-suq ħieles) f’livell li jaqbeż iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. Naqset fl-2019 u kompliet fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami wara li segwiet xejra simili ta’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ kif spjegat fil-premessa (133). Il-marġni ta’ profitt negattiv tal-industrija tal-Unjoni fl-2019 u matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni huwa dovut għall-fatt li l-kost unitarju tal-produzzjoni baqa’ ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ. Kif wieħed jista’ jara fit-Tabella 9 hawn fuq, id-diskrepanza bejn il-kost unitarju tal-produzzjoni u l-prezz medju tal-bejgħ kompliet tiżdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni tal-vireg tal-wajer bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 u sa ċertu punt minħabba l-kompetizzjoni fis-suq mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn b’mod kostanti bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tal-bejgħ f’livell li jippermettilha tal-anqas tkopri l-kost tal-produzzjoni. |
|
(141) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus nett evolva fil-biċċa l-kbira b’mod allinjat mal-profittabbiltà u inizjalment tjieb fl-2018 qabel ma naqas sostanzjalment fl-2019 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta l-profittabbiltà kienet fl-aktar punt baxx fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(142) |
L-investimenti żdiedu ftit b’14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li jkompli juri s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(143) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 1,4 % fl-2017 għal – 8,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan l-iżvilupp isegwi t-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(144) |
Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi makroekonomiċi wrew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bħall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-UE, is-sehem mis-suq u l-produttività. Il-kapaċità u l-impjiegi biss urew xejra kemxejn pożittiva. Bl-istess mod, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi mikroekonomiċi wrew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bħall-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-UE, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabbiltà, l-istokks tal-għeluq, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti. L-investimenti biss urew xejra pożittiva wara li l-produtturi inklużi fil-kampjun għamlu investimenti sabiex iżommu l-kompetittività u jsegwu l-aħħar żviluppi tal-prodott. L-istess indikaturi tad-dannu żviluppaw ukoll b’mod negattiv meta wieħed iħares lejn il-perjodu 2017–2019, jiġifieri, qabel il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19. |
|
(145) |
Barra minn hekk, iż-żieda fil-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u l-pressjoni fuq il-prezzijiet aggravaw aktar is-sitwazzjoni tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni li kellha marġni ta’ profitt negattiv ta’ – 10,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti wkoll iddeterjoraw, u dan poġġa lill-industrija tal-Unjoni f’diffikultà sabiex iżżid il-kapital u tikber. |
|
(146) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(147) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk hemmx rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(148) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat baqgħu f’livell negliġibbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(149) |
Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet bi prezz baxx minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiż ikkonċernat, bħat-Turkija, ir-Russja u l-Belarussja, xeħtet pressjoni qawwija fuq il-prezz fuq l-industrija tal-Unjoni. Bħala eżempju, il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ta’ EUR 521/tunnellata filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ tal-prodotti importati mit-Turkija kien ta’ EUR 473/tunnellata u ta’ EUR 434/tunnellata għall-prodotti importati mir-Russja. |
|
(150) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi kkawżat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom. |
|
(151) |
Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħassru. |
5. IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU KKAWŻAT ORIĠINARJAMENT MINN IMPORTAZZJONIJIET OĠĠETT TA’ DUMPING MIR-RPĊ JEKK IL-MIŻURI JITĦASSRU
|
(152) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (146) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll fil-premessa (150) li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni osservat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma setax kien ikkawżat minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri kontrarji jitħallew jiskadu. |
|
(153) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni u l-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali u tal-livelli tal-prezzijiet ta’ tali importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
5.1. Kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(154) |
Kif diġà ġie deskritt fil-premessi (94) u (95), il-produtturi esportaturi fir-RPĊ għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti, li flimkien jaqbżu b’mod sostanzjali l-volumi tal-produzzjoni attwali u d-domanda interna f’dan il-pajjiż (74) u din il-kapaċità ta’ riżerva tista’ tintuża sabiex jiġi prodott il-prodott taħt rieżami għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi huma sinifikanti meta mqabbla mad-daqs tas-suq tal-UE. Tabilħaqq, il-kapaċitajiet ta’ riżerva jirrappreżentaw madwar 5 darbiet il-konsum totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(155) |
Kif deskritt fil-premessa (91) u fit-Tabella 2, il-produtturi esportaturi Ċiniżi esportaw lejn is-swieq terzi ewlenin tagħhom bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, li bħala medja huma minn 10 % sa 15 % anqas meta mqabblin mal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, meta jitqies il-livell tal-prezz tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn swieq terzi oħrajn, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment ħafna aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Konsegwentement, jista’ jkun raġonevolment mistenni li, jekk il-miżuri jitħassru, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jerġgħu jibdew jesportaw volumi għoljin tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni. Din l-aspettattiva hija msaħħa aktar mid-disponibbiltà ta’ kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fir-RPĊ. |
5.2. L-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali mir-RPĊ fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jiskadu
|
(156) |
Kif spjegat fit-Taqsima 4.3.2, il-Kummissjoni wettqet analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz mingħajr miżuri anti-dumping sabiex tistabbilixxi kif l-importazzjonijiet mir-RPĊ jaffettwaw l-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jitwaqqfu. |
|
(157) |
Il-Kummissjoni osservat fil-premessa (110) li l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ 4,5 % għar-RPĊ. |
|
(158) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet simulazzjoni sabiex tivvaluta aħjar l-impatt probabbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Ġew immudellati żewġ xenarji, jiġifieri żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ (i) mingħajr ma jiġu affettwati l-prezzijiet tal-bejgħ lill-klijenti mhux relatati mill-industrija tal-Unjoni u (ii) tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni minħabba żieda fil-kompetizzjoni. Barra minn hekk, għad-determinazzjoni tal-kost ipotetiku tal-produzzjoni, il-Kummissjoni qieset is-sehem tal-kostijiet fissi mill-kostijiet totali tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(159) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni assumiet li l-konsum tal-Unjoni jibqa’ l-istess bħal matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri ta’ 18,8-il miljun tunnellata u li l-produtturi esportaturi mir-RPĊ jesportaw lejn l-Unjoni kwantitajiet li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta’ 5 % għar-RPĊ bħal matul il-PI inizjali, jiġifieri 0,94 ta’ miljun tunnellata. |
|
(160) |
Il-Kummissjoni assumiet ukoll li 20 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ jaffettwaw l-industrija tal-Unjoni u t-80 % li jifdal jaffettwaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn. Is-simulazzjoni kienet ibbażata fuq id-data sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u hija approċċ konservattiv ħafna li jqis li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn huma taħt il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan ifisser li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ x’aktarx li l-ewwel jiksbu sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, qabel ma jieħdu f’idejhom is-sehem mis-suq tal-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn lejn l-Unjoni. Anke b’din is-suppożizzjoni konservattiva, l-industrija tal-Unjoni ġġarrab telf sa 23 % kif muri hawn taħt. Fi kwalunkwe suppożizzjoni oħra (eż. 50 %–50 %), it-telf ikun ħafna ogħla u jwassal għal saħansitra aktar deterjorament tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(161) |
Fl-ewwel xenarju, jiġifieri li jinżammu l-istess prezzijiet tal-bejgħ bħal matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tonqos bi 72 % jew b’7,5 punti perċentwali, jiġifieri minn – 10,4 % għal – 17,9 %. |
|
(162) |
Fit-tieni xenarju, l-effett ta’ tnaqqis fil-prezz instab li kien potenzjalment ta’ dannu kbir. F’każ ta’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-Unjoni għal-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi (prezz CIF fil-fruntiera tal-UE kkalkolat għal EUR 499/tunnellata), il-profitt jonqos minn – 10,4 % għal – 23,2 %. |
|
(163) |
Fiż-żewġ xenarji, l-impatt ta’ żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi jaggrava b’mod sinifikanti d-dannu li diġà ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(164) |
Fuq din il-bażi, u filwaqt li tiġi nnotata s-sitwazzjoni fraġli attwali tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u s-sitwazzjoni diġà prekarja tal-industrija tal-Unjoni tiddeterjora b’mod drammatiku bħala konsegwenza, u b’hekk tinxteħet f’riskju s-sopravivenza nnifisha tagħha. |
|
(165) |
Abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ f’każ li l-miżuri jitħassru. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(166) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tad-distributuri u tal-utenti. |
|
(167) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
6.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(168) |
Għalkemm il-miżuri anti-dumping fis-seħħ ma ħallewx lill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jidħlu fis-suq tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira, l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u s-sitwazzjoni tagħha hija fraġli, kif ikkonfermat mix-xejriet negattivi tal-indikaturi tad-dannu. |
|
(169) |
Abbażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li hemm probabbiltà kbira ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet minn dan il-pajjiż f’każ li l-miżuri jiskadu. L-influss ta’ volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni. Dan jaggrava s-sitwazzjoni ekonomika diġà fraġli ħafna tal-industrija tal-Unjoni u jhedded il-vijabbiltà tagħha. |
|
(170) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kontra r-RPĊ hija fl-interess ċar tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. Interess ta’ importaturi, ta’ negozjanti u ta’ utenti mhux relatati
|
(171) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-importaturi, lin-negozjanti u lill-utenti mhux relatati magħrufa kollha. Kif imsemmi fil-premessa (19), il-Kummissjoni rċiviet tweġiba waħda għall-kwestjonarju pprovduta minn utent. Dan l-utent spjega li s-suq jeħtieġ ċerta stabbiltà fil-prezzijiet u, għalhekk, ma jistax jaffordja l-impatt destabbilizzanti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(172) |
Barra minn hekk, fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti u fl-investigazzjoni oriġinali, l-analiżi tal-interess tal-Unjoni ma indikatx effett negattiv tal-miżuri fuq l-importaturi, fuq in-negozjanti u fuq l-utenti u ġie konkluż li l-impatt ġenerali possibbli tal-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-attività tal-utenti jkun limitat ħafna. L-ewwel nett, il-maġġoranza vasta tal-utenti jixtru vireg tal-wajer minn sorsi mhux Ċiniżi, li huma abbundanti. It-tieni, jenħtieġ li l-impatt possibbli tal-impożizzjoni tal-miżuri jitqies fid-dawl tal-prodotti downstream li għandhom valur miżjud għoli. Abbażi ta’ dan, qed jiġi konkluż li ż-żamma tal-miżuri ma jkollhiex impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni attwali tal-utenti. |
|
(173) |
Abbażi ta’ dan, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri kien se jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi u l-utenti, li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. |
6.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(174) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(175) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping, ir-rikorrenza tad-dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, u l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni sabet li jenħtieġ li jinżammu l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer mir-RPĊ. |
|
(176) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping. |
|
(177) |
Il-kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati individwali ta’ dazju anti-dumping jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (75). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. |
|
(178) |
Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ. Ingħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Il-kummenti kollha li waslu ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni. |
|
(179) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
|
(180) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2018/1046 (76), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ staneg u ta’ vireg, illaminati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew tal-azzar illigat li mhumiex tal-azzar inossidabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7213 10 00, 7213 20 00, 7213 91 10, 7213 91 20, 7213 91 41, 7213 91 49, 7213 91 70, 7213 91 90, 7213 99 10, 7213 99 90, 7227 10 00, 7227 20 00, 7227 90 10, 7227 90 50 u 7227 90 95.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Valin Group |
7,9 % |
A930 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
24,0 % |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpanija msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tinkludi dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-vireg tal-wajer mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћrajn kollha”.
4. Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 703/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova u fit-Turkija (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1846 tal-14 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 9).
(4) Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 35, 3.2.2020, p. 3).
(5) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 342, 14.10.2020, p. 23).
(6) L-Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(7) Din in-nota kienet verżjoni riveduta tat-tieni nota tat-22 ta’ Diċembru 2020 peress li, minħabba żball amministrattiv, b’mod involontarju l-ewwel verżjoni ma kinitx ikkunsidrat il-kummenti tal-applikant.
(8) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20.12.2017, SWD (2017) 483 finali.
(9) https://www.gtis.com/gta/secure/htscty_wta.cfm
(10) https://www.dnb.com/
(11) https://orbis4.bvdinfo.com/version-201866/orbis/Companies
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3).
(13) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 149 u 150 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508, il-premessi 158 u 159.
(14) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 115 sa 118 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi minn 122 sa 127.
(15) Ara l-premessi 119 sa 122 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 128 sa 132 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508: Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-vireg tal-wajer u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(16) Ara l-premessi 123 sa 129 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 133 sa 138 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508:
(17) Ara l-premessi 130 sa 133 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 139 sa 142 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508:
(18) Ara l-premessi 134 u 135 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 143 u 144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.
(19) Ara l-premessi 136 sa 145 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 145 sa 154 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.
(20) It-talba kkwotat lid-Department of Commerce tal-Istati Uniti, l-istatus taċ-Ċina bħala ekonomija mhux tas-suq, A-570-053, is-26 ta’ Ottubru 2017, p. 57.
(21) L-ilment ikkwota lil Financial Times: China’s Communist Party writes itself into company law, l-14 ta’ Awwissu 2017.
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).
(23) Ir-Rapport ta’ ThinkDesk, “Analysis of state-business interaction and subsidization in the hot-rolled flat (HRF) segment of the Chinese steel industry”, it-28 ta’ Frar 2016.
(24) TISCO, “Il-profil tal-kumpanija”, http://en.tisco.com.cn/CompanyProfile/20151027095855836705.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).
(25) Baowu, “Il-profil tal-kumpanija”, http://www.baowugroup.com/en/contents/5273/102759.html (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(26) Ir-Rapport – Kapitolu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.
(27) Disponibbli fuq: www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021); https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021), u www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(28) Disponibbli fuq http://www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021) u http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(29) Kif kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009. Ara r-rapport ta’ Beijing steel, p. 58, u s-sehem ta’ maġġoranza akkwistat ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju 2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(30) Ara r-rapport tal-istampa minn Xinhua Network: “Shagang Group: Il-bini tal-partit iwassal għal żvilupp ta’ kwalità għolja u joħloq mudell għall-bini tal-partit f’intrapriżi mhux pubbliċi”, il-25 ta’ Diċembru 2020, http://www.js.xinhuanet.com/2020-12/25/c_1126907346.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(31) Ara l-artiklu fuq is-sit web ta’ Anshan: “Anshan Iron and Steel builds and strengthens the party building work model”, it-13 ta’ Ġunju 2018: http://www.ansteelgroup.com/ddjs/2020-03-26-02-58-29/3167-2020-04-26-02-24-53 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(32) Ara l-artiklu ppubblikat fuq is-sit web ta’ Anshan: “Keep employees’ passion for entrepreneurship”, l-14 ta’ Jannar 2019: http://www.ansteelgroup.com/ddjs/2020-03-26-02-58-29/3166-bczggscydjq (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(33) Ara l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni ta’ Baoshan, l-Istatut 133.4: http://static.sse.com.cn//disclosure/listedinfo/announcement/c/2021-01-08/600019_20210108_8.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(34) Ara s-sit web ta’ Shougang: https://www.shougang.com.cn/sgweb/html/ddjs/ (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(35) Ir-Rapport, Parti III, Kapitolu 14, p. 346 ff.
(36) Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar.
(37) Ir-Rapport, Kapitolu 14, p. 347.
(38) It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016–2020), disponibbli fuq https://en.ndrc.gov.cn/newsrelease_8232/201612/P020191101481868235378.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(39) Ir-Rapport – Kapitolu 14, p. 349.
(40) Ir-Rapport – Kapitolu 14, p. 352.
(41) Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.
(42) Ara r-rapport annwali tal-2018, il-paġna 66: http://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN201908201344693765_1.pdf
(43) Ara r-rapport annwali tal-2019, il-paġni 62 u 67: https://www.shclearing.com/xxpl/cwbg/nb/202006/t20200630_705111.html
(44) Ara r-rapport annwali tal-2019, il-paġna 93: https://www.shclearing.com/xxpl/cwbg/nb/202005/t20200529_691364.html u r-rapport annwali tal-2018, paġna 104: http://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN201905011325247353_1.pdf
(45) Ara r-rapport annwali tal-2019, il-paġni 181 u 187: http://static.cninfo.com.cn/finalpage/2020-04-29/1207654234.PDF
(46) Ara r-rapport annwali tal-2019, il-paġni 121 u 129: https://www.shougang.com.cn/u/cms/www/202004/29163130go9a.pdf
(47) Ara l-premessi 134 u 135 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 143 u 144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508:
(48) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income, ikkonsultat l-aħħar fit-13 ta’ Ottubru 2020.
(49) Ara l-premessa (38).
(50) https://www.osinergmin.gob.pe/seccion/institucional/regulacion-tarifaria/pliegos-tarifarios/electricidad, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2021, https://www.osinergmin.gob.pe/seccion/institucional/regulacion-tarifaria/pliegos-tarifarios/gas-natural, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2021.
(51) https://www.sunass.gob.pe/prestadores/empresas-prestadoras/estudios-tarifarios/, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2021.
(52) https://ilostat.ilo.org/topics/labour-costs/, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2021.
(53) Ara l-premessa (28).
(54) Il-prezzijiet ta’ kull xahar li jaqgħu fi ħdan dawn il-meded.
(55) Il-prezzijiet ta’ kull xahar li jaqgħu fi ħdan dawn il-meded.
(56) Normalment, id-data tal-importazzjoni dwar l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv minn pajjiżi mhux membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33) tiġi eskluża wkoll. Madankollu, peress li l-Perù ma kien jimporta l-ebda fattur ta’ produzzjoni minn xi wieħed mill-pajjiżi msemmijin hawn fuq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu 100 % tal-volumi totali importati lejn il-Perù għall-fatturi ta’ produzzjoni elenkati fit-Tabella 1.
(57) https://ilostat.ilo.org/data/country-profiles/, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2021.
(58) https://cdn.www.gob.pe/uploads/document/file/320807/IF-161-2018-MTPE-2-14.1.pdf fil-p. 2, u wkoll https://www.oecd-ilibrary.org/docserver/9789264305823-en.pdf?expires=1611133368&id=id&accname=oid031827&checksum=AD488AE7705661410076E3EC1D21F9F5 fil-p. 88, ikkonsultati l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2021.
(59) https://www.osinergmin.gob.pe/seccion/institucional/regulacion-tarifaria/pliegos-tarifarios/gas-natural, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2021.
(60) https://www.osinergmin.gob.pe/seccion/institucional/regulacion-tarifaria/pliegos-tarifarios/electricidad, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2021.
(61) https://www.sunass.gob.pe/wp-content/uploads/2020/09/emapisco_fina_261218.pdf, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2021.
(62) https://investors.acerosarequipa.com/storage/memorias/July2020/sk9JvC6DOo51hCmXhDQ2.pdf, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2021.
(63) Din id-data hija ppreżentata f’meded sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva tan-negozji skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.
(64) https://www.metalbulletin.com/Article/3972213/Search-results/FOCUS-Chinas-steel-exports-expected-to-rise-in-2021.html, ikkonsultat l-aħħar fl-1 ta’ Frar 2021.
(65) https://www.kallanish.com/en/steel-news/market-reports/article-details/chinese-wire-rod-exports-diverge-from-domestic-market-0121/, ikkonsultat l-aħħar fl-1 ta’ Frar 2021.
(66) https://www.mysteel.net/. Sorsi oħrajn imsemmijin mill-applikant, bħal CRU u Worldsteel, juru ċifri simili.
(67) Ġew stabbiliti miżuri kontra l-vireg tal-wajer mir-RPĊ, pereżempju, mill-Awstralja, mill-Indja, mill-Indoneżja, mill-Messiku, mill-Korea t’Isfel u mill-Istati Uniti.
(68) Il-volum tal-produzzjoni huwa bbażat fuq data tal-EU-27 billi r-Renju Unit ma baqax jagħmel parti mill-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2021.
(69) Il-konsum huwa bbażat fuq data tal-EU-27, minbarra data relatata mar-Renju Unit.
(70) Il-volum tal-importazzjoni huwa bbażat fuq data tal-EU-27, minbarra data relatata mar-Renju Unit.
(71) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/566 tad-9 ta’ April 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni rigward l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 9), il-premessa 128.
(72) L-indikaturi makroekonomiċi huma bbażati fuq data tal-EU-27, minbarra data relatata mar-Renju Unit
(73) L-indikaturi makroekonomiċi huma bbażati fuq data tal-EU-28, inkluż ir-Renju Unit. Meta wieħed iqis li l-bejgħ lejn ir-Renju Unit kien jikkostitwixxi biss 1,5 % minn post il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-konklużjonijiet dwar id-dannu materjali ma kinux jinbidlu.
(74) Il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ taqbeż aktar minn 5 darbiet il-konsum totali tal-Unjoni fis-suq ħieles matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.
(75) Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Id-Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(76) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).