|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2514 |
15.11.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2514
tas-7 ta’ Settembru 2023
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 fir-rigward tat-taqsimiet tal-Finlandja fin-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 fih lista tat-taqsimiet tan-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola (“taqsimiet FADN”) għal kull Stat Membru. |
|
(2) |
F’konformità ma’ dak l-Anness, il-Finlandja tinqasam f’erba’ taqsimiet. Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, il-Finlandja talbet li t-taqsimiet Pohjanmaa, Sisä-Suomi u Pohjois-Suomi jingħaqdu fit-taqsima FADN waħda. It-taqsima FADN attwali Etelä-Suomi tkun ma tinbidilx. Il-Finlandja ġġustifikat din it-talba bil-fatt li t-taqsimiet qatt ma nbidlu minn meta l-Finlandja ssieħbet fl-Unjoni fl-1995. Sadanittant sar progress fil-bidla strutturali fil-biedja u fit-tnaqqis fl-għadd ta’ azjendi agrikoli. Dan it-twaħħid jaġġusta t-taqsimiet FADN għad-definizzjoni li tixbah l-oqsma tas-sussidju applikati fil-pajjiż. B’riżultat ta’ dan, l-għadd tar-reġjuni tal-FADN ikun ta’ tnejn, b’għadd bejn wieħed u ieħor ugwali ta’ azjendi agrikoli f’kull waħda minn dawn iż-żewġ partijiet tal-qasam tal-istħarriġ tal-FADN fil-Finlandja. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Sabiex jingħata biżżejjed żmien biex il-ġbir tad-data jiġi adattat għat-taqsima l-ġdida tal-Finlandja, jenħtieġ li l-lista aġġornata tat-taqsimiet FADN prevista f’dan ir-Regolament tibda tapplika mis-sena kontabilistika 2024, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu jibda japplika mis-sena kontabilistika 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, il-lista tat-taqsimiet FADN fir-rigward tal-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:
“ Il-Finlandja
|
1. |
Etelä-Suomi |
|
2. |
Pohjanmaa, Sisä-Suomi u Pohjois-Suomi”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2514/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)