31985D0208



Official Journal L 089 , 29/03/1985 P. 0064 - 0064
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 6 P. 0220
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 5 P. 0140
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 6 P. 0220
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 5 P. 0140


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Marzu 1985

li temenda d-Deċiżjoni 80/686/KEE li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar il-Kontroll u t-Tnaqqis tat-Tniġġiż Ikkawżat mill-Idrokarboni Skarikati fil-Baħar

(85/208/KEE)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Billi l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 81/420/KEE tad-19 ta' Mejju 1981 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jirrigwarda l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-tniġġiż tal-Baħar Mediterran biż-żejt u b'sustanzi perikolużi oħra f'każijiet ta' emerġenza[1], u d-Deċiżjoni 84/358/KEE tat-28 ta' Ġunju 1984 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-tniġġiż tal-Baħar tat-Tramuntana biż-żejt jew b'sustanzi perikolużi oħra[2]; billi f'okkażjonijiet diversi l-Parlament u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali esprimew ix-xewqa illi l-attivitajiet tal-Kummissjoni rigward il-kontroll u t-tnaqqis tat-tniġġiż tal-baħar biż-żejt għandhom jiġu estiżi għalbiex jinkludu sustanzi perikolużi oħra minbarra ż-żejt;

Billi huwa essenzjali illi l-Kummissjoni tikkonsulta esperti bi kwalifiċi għoljin f'dan il-qasam fl-Istati Membri;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/686/KEE[3] għandha tiġi emendata sabiex testendi t-termini tar-referenza tal-Kumitat Konsultattiv sabiex jinkludu sustanzi perikolużi oħra,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fit-titolu, f'Artikoli 1 u 2 (1) u (2) tad-Deċiżjoni Nru 80/686/KEE, il-frażi l-idrokarboni skarikati fil-baħar' tiġi mibdula bil-frażi iż-żejt u sustanzi perikolużi oħra skarikati fil-baħar'.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-25 ta' Marzu 1985.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Marzu 1985.

Għall-Kummissjoni

S. CLINTON DAVIS

Membru tal-Kummissjoni

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU L 162, tad-19.6.1981, p. 4.

[2] ĠU L 188, tas-16.7.1984, p. 7.

[3] ĠU L 188, tat-22.7.1980, p. 11.