12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9875 — BGL BNP Paribas/POST Luxembourg/i-Hub)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 338/05)

1.   

Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

BGL BNP Paribas (“BGL”, il-Lussemburgu), li tappartjeni għall-grupp BNP Paribas (Franza),

—

POST Luxembourg (“POST”, il-Lussemburgu),

—

i-Hub S.A. (“I-Hub”, il-Lussemburgu), bħalissa kkontrollata esklużivament minn POST.

BGL u POST jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’-.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BGL: istituzzjoni ta’ kreditu li tipprovdi firxa ta’ servizzi bankarji fil-Lussemburgu, fosthom servizzi bankarji għall-konsumatur, servizzi finanzjarji internazzjonali u servizzi bankarji korporattivi u istituzzjonali,

—

POST: fornitur ta’ servizzi postali, tat-telekomunikazzjoni, tal-ICT u bankarji fil-Lussemburgu. POST hija kollha kemm hi proprjetà tal-Istat Lussemburgiż,

—

i-Hub: fornitur ta’ servizzi ta’ appoġġ għall-konformità, li jinvolvu, permezz tal-pjattaforma repożitorja tagħa, assistenza lill-impriżi li jwettqu kontrolli Know Your Customer (“KYC”) biex jikkonformaw mal-investigazzjonijiet tagħhom kontra l-ħasil tal-flus.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9875 — BGL BNP Paribas/POST Luxembourg/i-Hub

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.