<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-631/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0631</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:10">EU:C:2019:10</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawża C‑631/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Inspecteur van de Belastingdienst</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑631/17</HT></P><P>SF</P><P>vs</P><P>Inspecteur van de Belastingdienst</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi)</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11(3)(e)</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin ta’ Stat Membru impjegat bħala baħri abbord vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat terz</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li timpjega stabbilita fi Stat differenti minn dak ta’ residenza tal-ħaddiem</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tar-regolament</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72; iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 883/2004<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE> għandu jitqies bħala dispożizzjoni li tagħlaq is-sistema tar-regoli li jiddeterminaw il-leġiżlazzjoni applikabbli (ir-regoli ta’ kunflitt) fil-qasam tas-sigurtà soċjali prevista minn dan ir-regolament, li tapplika għal kull ipoteżi li ma ġietx espressament meqjusa minnu jew li għandha portata iktar limitata, peress li hija applikabbli esklużivament għall-persuni mhux attivi?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Essenzjalment, din hija l-kwistjoni li għandha ssolvi l-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża ineżami, kwistjoni li bħala suġġett għandha domanda preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), fil-kuntest ta’ tilwima li qamet bejn, min-naħa l-waħda ċittadin Latvjan, li joqgħod fil-Latvja, impjegat għal perijodu qasir, minn kumpannija bbażata fil-Pajjiżi l-Baxxi, abbord vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat terz li fil-perijodu rilevanti kien jinsab ’il barra mit-territorju tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet fiskali Olandiżi li qegħdin jitolbu l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali għal dan il-perijodu ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din il-kawża toffri lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tinterpreta għall-ewwel darba d-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004, li tikkostitwixxi dispożizzjoni ġdida li ma kinitx teżisti fir-Regolament l-antik Nru 1408/71<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal‑<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Dan ir-regolament ġie mħassar mir-Regolament Nru 883/2004 li daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20100501">1 ta’ Mejju 2010</DATE>.</P></NOTE>. Is-sentenza li ser tagħti l-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża ineżami ser ikollha ċerta rilevanza għad-definizzjoni tal-istruttura sistematika tar-regoli ta’ kunflitt previsti mir-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 883/2004, l-ewwel artikolu tat-Titolu II tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tkun determinata skond dan it-Titolu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-Artikolu 12 sa 16:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>persuna impjegata maċ-ċivil għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li għalih hija suġġetta l-amministrazzjoni li timpjegah jew li timpjegaha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>persuna li tirċievi benefiċċji minħabba li ma taħdimx skond l-Artikolu 65 taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>persuna msejħa jew imsejħa mill-ġdid biex isservi fil-forzi armati jew biex tagħmel servizz maċ-ċivil fi Stat Membru, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>kull persuna oħra li għaliha ma japplikawx is-subparagrafi (a) sa (d) għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha: dan iżda mingħajr ħsara għal disposizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament li jiggarantixxu benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu, attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha mwettqa fuq vapur li jbaħħar taħt il-bandiera ta’ Stat Membru għandha titqies bħala attività mwettqa f’dak l-Istat Membru. Madanakollu, persuna impjegata fuq vapur li jbaħħar taħt il-bandiera ta’ Stat Membru iżda mħallas għal din l-attività minn impriża jew persuna li għandha l-uffiċju reġistrat tagħha jew il-post tan-negozju tagħha fi Stat Membru ieħor, għandu jkun suġġett għal-leġislazzjoni ta’ dan l-Istat Membru jekk il-persuna konċernata għandha r-residenza tagħha f’dan l-Istat. L-impriża jew il-persuna li tħallas il-paga għandha titqies bħala l-persuna li tħaddem għall-għanijiet tal-leġislazzjoni msemmija.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fil-perijodu ta’ bejn it-<DATE ISO="20130813">13 ta’ Awwissu 2013</DATE> u l-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE> SF, ċittadin Latvjan residenti fil-Latvja, kien impjegat mal-kumpannija Oceanwide Offshore Services B.V., ibbażata fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>F’dan il-perijodu, SF wettaq xogħol marittimu, fil-kariga ta’ steward, abbord vapur li jtajjar bandiera tal-Baħamas, li matul il-perijodu inkwistjoni, kien jinsab fuq il-parti Ġermaniża tal-blata kontinentali ta’ taħt il-Baħar tat-Tramuntana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>B’rabta mal-perijodu tal-impjieg ta’ SF mal-kumpannija Oceanwide Offshore Services B.V., l-awtoritajiet fiskali Olandiżi, b’mod iktar preċiż l-Inspecteur van de Belastingdienst (l-Ispettur tas-Servizz tat-Taxxi), bagħtulu avviż ta’ impożizzjoni tat-taxxa biex iħallas il-kontribuzzjonijiet soċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Peress li qies li ma huwiex suġġett għas-sistema Olandiża tal-kontribuzzjonijiet soċjali, SF ippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-awtoritajiet fiskali Olandiżi quddiem ir-Rechtbank Zeeland-West-Brabant (il-Qorti Distrettwali ta’ Zeeland-West-Brabant).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Din il-qorti, min-naħa tagħha, iddeċidiet li tagħmel xi domandi preliminari lill-Hoge Raad biex jiġi ddeterminat liema hija l-leġiżlazzjoni applikabbli, skont ir-Regolament Nru 883/2004, għas-sitwazzjoni ta’ SF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad, li hija l-qorti tar-rinviju, qiegħda tippreżupponi li kemm SF kif ukoll ir-relazzjoni tal-impjieg tiegħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 u li x-xogħol imwettaq minnu fil-perijodu inkwistjoni ma jistax jiġi assimilat ma’ attivitajiet imwettqa fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tafferma li, peress li ma hemm l-ebda dispożizzjoni oħra tar-Regolament Nru 883/2004 li hija applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik ta’ SF, tali sitwazzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) ta’ dan ir-regolament u li, għalhekk, il-leġiżlazzjoni rilevanti f’dan il-każ hija dik tal-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna kkonċernata, jiġifieri d-dritt Latvjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tosserva li quddiemha ġie affermat li għas-sitwazzjoni ta’ SF għandu japplika l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004, flimkien mal-paragrafu 4 tal-istess artikolu. Din il-qorti tinnota li, f’każ li dan il-qafas ġuridiku kien korrett, il-liġi applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ SF kienet tkun dik tal-Istat li fih hija stabbilita l-persuna li timpjega, jiġifieri d-dritt Olandiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, peress li kellha dubji dwar jekk il-pożizzjoni tagħha kinitx korretta, il-Hoge Raad għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-leġiżlazzjoni ta’ liema Stat Membru għandha tapplika skont ir-Regolament Nru 883/2004 f’sitwazzjoni fejn il-parti kkonċernata (a) tirrisjedi fil-Latvija, (b) hija ta’ nazzjonalità Latvjana, (ċ) hija impjegata minn persuna stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, (d) taħdem bħala baħrija, (e) taħdem fuq bastiment li jtajjar il-bandiera tal-Baħamas, u (f) twettaq dawn l-attivitajiet barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea?<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju waslet fir-Reġistru fid‑<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>. Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn SF, mill-Gvern Grieg, Pollakk u Olandiż, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Fis-seduta, li nżammet fit‑<DATE ISO="20181108">8 ta’ Novembru 2018</DATE>, intervjenew SF, il-Gvern Grieg u Olandiż u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Bid-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment qiegħda tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tiċċara liema hi, bis-saħħa tar-Regolament Nru 883/2004, il-leġiżlazzjoni applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik tal-persuna kkonċernata fil-kawża prinċipali, li hija residenti fl-Istat Membru ta’ oriġini u li kienet impjegata minn persuna stabbilita fi Stat Membru ieħor, fejn kienet twettaq attivitajiet fil-kariga ta’ baħri abbord vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat terz li, fil-perijodu rilevanti, kien jinsab ’il barra mit-territorju tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward hemm żewġ argumenti kuntrastanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel argument, imressaq mill-qorti tar-rinviju nnifisha, mill-Gvern Grieg u Pollakk, kif ukoll minn SF, peress li s-sitwazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma hijiex irregolata minn dispożizzjoni oħra tar-Regolament Nru 883/2004, għandha tiġi applikata għaliha d-dispożizzjoni ta’ natura residwa msemmija fl-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004. Konsegwentement, il-persuna kkonċernata għandha tiġi suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont l-argument l-ieħor imressaq, min-naħa l-oħra, mill-Kummissjoni u mill-Gvern Olandiż, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 għandha tkun applikabbli esklużivament għall-persuni mhux attivi u ma tkunx għalhekk applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik ta’ SF, fejn fil-perijodu rilevanti kien qiegħed iwettaq attività professjonali. Għal sitwazzjoni bħal dik ta’ SF, pjuttost, għandha tkun applikabbli, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004, interpretati fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>B’mod partikolari, b’riferiment għas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940629">29 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Aldewereld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑60/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:271">EU:C:1994:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kik</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:188">EU:C:2015:188</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih hija stabbilita l-persuna li impjegat lill-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Sabiex tirrispondi d-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja hija għalhekk mitluba tiddetermina l-portata tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004. Għal dan il-għan, fil-fehma tiegħi, l-ewwel għandha ssir analiżi ta’ din id-dispożizzjoni fil-kuntest tas-sistema tar-Regolament Nru 883/2004, fid-dawl tal-prinċipji tal-ġurisprudenza żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, u sussegwentement jiġi ddefinit, fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, il-kamp ta’ applikazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e), fis-sistema tar-Regolament Nru 883/2004</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Kif iddeċidiet diversi drabi l-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan tar-Regolament Nru 883/2004, li wettaq modernizzazzjoni u semplifikazzjoni tar-regoli inklużi fir-Regolament Nru 1408/71, filwaqt li jżomm l-istess għan, huwa li jikkoordina s-sistemi tas-sigurtà soċjali fis-seħħ fl-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-persuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara l-premessi 1, 3, 4 u 45 tar-Regolament Nru 883/2004. Ara wkoll is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klein Schiphorst</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑551/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:200">EU:C:2018:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Dan ir-regolament ma jorganizzax sistema komuni ta’ sigurtà soċjali, iżda jħalli jissussistu sistemi nazzjonali distinti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klein Schiphorst</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑551/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:200">EU:C:2018:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> filwaqt li jistabbilixxi sett ta’ prinċipji komuni li għandhom jiġu osservati mil-leġiżlazzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali tal-Istati Membri kollha u li jiżguraw, flimkien mas-sistema ta’ regoli ta’ kunflitt li huwa jipprovdi, li l-persuni li jeżerċitaw il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħhom fl-Unjoni ma jkunux ippreġudikati mid-diversi sistemi nazzjonali minħabba li użaw din il-libertà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:666">EU:C:2015:666</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, it-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004 fih ir-regoli ta’ kunflitt li jippermettu li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għall-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Għalhekk, meta persuna taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tar-Regolament Nru 883/2004, kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ dan tal-aħħar, ir-regola ta’ uniċità stabbilita fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament bħala prinċipju hija applikabbli u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli hija stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tal-imsemmi regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Walltopia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑451/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:861">EU:C:2018:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, f’diversi okkażjonijiet, iċċarat li d-dispożizzjonijiet ta’ dan it-titolu jikkostitwixxu sistema kompleta u uniformi ta’ regoli ta’ kunflitti u li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom bħala għan mhux biss li tiġi evitata l-applikazzjoni simultanja ta’ diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali iżda wkoll li jiġi prekluż li l-persuni li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 jiġu mċaħħda minn protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tkun applikabbli għalihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Walltopia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑451/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:861">EU:C:2018:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bogatu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑322/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:818">EU:C:2018:818</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) b’riferiment għall-ġurisprudenza rilevanti għar-Regolament Nru 1408/71, li l-istruttura sistematika tiegħu kienet identika għal dik tar-Regolament Nru 883/2004. Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860612">12 ta’ Ġunju 1986</DATE>, <NAME.CASE>Ten Holder</NAME.CASE> (<NO.CASE>302/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:242">EU:C:1986:242</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980611">11 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Kuusijärvi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑275/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:279">EU:C:1998:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑570/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:674">EU:C:2017:674</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180206">6 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Altun <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑359/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:63">EU:C:2018:63</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 883/2004 jikkostitwixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>pedament<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tat-Titolu II ta’ dan ir-regolament u jippermetti li tiġi stabbilita liema hija l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal kull persuna li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bogatu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑322/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:818">EU:C:2018:818</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fir-rigward speċifikament tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e), il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni li tinnota li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi regola ta’ kunflitt intiża sabiex tiddetermina l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-għoti tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004, li jistgħu jintalbu mill-persuni minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 11(3)(a) sa (d) tal-imsemmi regolament, jiġifieri, <HT TYPE="ITALIC">b’mod partikolari</HT>, il-persuni ekonomikament mhux attivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha wkoll diġà l-okkażjoni li tidentifika l-għanijiet speċifiċi tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004, li huma dawk imsemmija fil-punt 23 iktar ’il fuq. Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-fatt iċċarat li din id-dispożizzjoni ma għandhiex biss l-għan li tiġi evitata l-applikazzjoni simultanja ta’ numru ta’ leġiżlazzjonijiet nazzjonali għal sitwazzjoni speċifika u l-kumplikazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minn dan, iżda wkoll li tipprekludi li l-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 jiġu mċaħħda minn protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni applikabbli għalihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>. punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, bħala tali, din id-dispożizzjoni ma għandhiex l-għan li tiddetermina r-rekwiżiti sostantivi tal-eżistenza tad-dritt għall-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali peress li, fil-prinċipju, hija l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina dawn ir-rekwiżiti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>. punt 65 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi osservat ukoll li, kif innotaw il-qorti tar-rinviju u wħud mill-gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, din id-dispożizzjoni effettivament tikkostitwixxi element ġdid għal dan ir-regolament. Ir-Regolament preċedenti Nru 1408/71, fil-fatt, ma kellu l-ebda dispożizzjoni komparabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1408/71 kien fih dispożizzjoni waħda biss li kellha natura parzjalment residwa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara r-Regolament Nru 2195/91 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="206" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="1991">ĠU 1991, L 206, p. 2</REF.DOC.OJ>) u b’mod speċifiku t-tielet premessa u l-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-regolament.</P></NOTE>, kif ġie nnotat mill-Kummissjoni, b’segwitu għas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860612">12 ta’ Ġunju 1986</DATE>, <NAME.CASE>Ten Holder</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-302/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:242">EU:C:1986:242</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Madankollu, tali dispożizzjoni kienet tippermetti li tiġi ddeterminata biss il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma kinitx baqgħet applikabbli għalihom u li ma saritx applikabbli għalihom il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 40 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980611">11 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Kuusijärvi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑275/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:279">EU:C:1998:279</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għaldaqstant fl-istruttura sistematika tar-Regolament Nru 1408/71, minkejja li, kif ġie rrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-ġurisprudenza msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, fit-Titolu II ta’ dan ir-regolament hemm sistema kompleta u uniformi ta’ regoli ta’ kunflitti, ma kinitx teżisti regola espliċita li tagħlaq din is-sistema, li kellha portata ġenerali u li kienet tippermetti li tiġi stabbilita l-leġiżlazzjoni applikabbli fil-każijiet kollha li ma humiex espliċitament previsti mid-dispożizzjonijiet tal-istess Titolu II.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha, f’diversi drabi, tintervjeni biex tagħlaq il-lakuni tas-sistema billi stabbilixxiet, permezz ta’ interpretazzjoni estensiva jew permezz ta’ riferiment ġenerali għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71, il-leġiżlazzjoni applikabbli f’każijiet partikolari li ma humiex rregolati b’mod espliċitu mir-regoli ta’ kunflitt tat-Titolu II tal-imsemmi regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19830112">12 ta’ Jannar 1983</DATE>, <NAME.CASE>Coppola</NAME.CASE> (<NO.CASE>150/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:4">EU:C:1983:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860612">12 ta’ Ġunju 1986</DATE>, <NAME.CASE>Ten Holder</NAME.CASE> (<NO.CASE>302/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:242">EU:C:1986:242</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940629">29 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Aldewereld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑60/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:271">EU:C:1994:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-punt 11 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Lenz fl-istess kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aldewereld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-60/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:56">EU:C:1994:56</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kik</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:188">EU:C:2015:188</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-punti preċedenti li għandha tiġi interpretata d-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 biex jiġi ddeterminat il-kamp ta’ applikazzjoni u, b’mod iktar speċifiku, biex jiġi vverifikat jekk, kif jaffermaw il-Kummissjoni u l-Gvern Olandiż, din id-dispożizzjoni tapplikax <HT TYPE="ITALIC">esklużivament</HT> għall-persuni mhux attivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi kkunsidrat mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klein Schiphorst</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑551/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:200">EU:C:2018:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kontenut letterali tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004, għandu jiġi nnotat li din ġiet ifformulata f’termini pjuttost ġenerali. Din tapplika għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kull persuna oħra li għaliha ma japplikawx is-subparagrafi (a) sa (d)<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tal-istess paragrafu mingħajr ħsara, min-naħa l-waħda, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>għall-Artikolu 12 sa 16<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>għal disposizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament li jiggarantixxu [lil din il-persuna] benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stati Membri oħra<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-analiżi letterali tad-dispożizzjoni turi mhux biss li din hija fformulata f’termini ġenerali permezz tal-lokuzzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/><HT TYPE="ITALIC">kull persuna oħra</HT><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, iżda wkoll li din hija akkumpanjata minn żewġ <HT TYPE="ITALIC">caveats</HT> li anki dawn għandhom portata ġenerali: l-ewwel waħda hija mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004, jiġifieri r-regoli kollha ta’ kunflitt li jippermettu li tiġi stabbilita l-liġi applikabbli għall-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu; it-tieni waħda, min-naħa l-oħra, tirreferi għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Din l-għażla redazzjonali, fil-fehma tiegħi, tinkoraġġixxi interpretazzjoni li tattribwixxi lil din id-dispożizzjoni natura ta’ regola ta’ kunflitt li tagħlaq is-sistema, li għandha l-għan li tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kull ipoteżi li għaliha r-Regolament Nru 883/2004 ma jiddeterminax b’mod espliċitu l-leġiżlazzjoni applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-analiżi letterali tad-dispożizzjoni ma tikxef l-ebda element li jista’ jiġġustifika limitazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha esklużivament għall-persuni mhux attivi. Fil-fatt, bl-ebda mod ma jirriżulta mit-test nnifsu tad-dispożizzjoni li din tista’ tkun applikabbli <HT TYPE="ITALIC">esklużivament</HT> għal ċerti kategoriji ta’ persuni speċifiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kuntest li fih tinsab id-dispożizzjoni inkwistjoni, għandu, qabel kollox, jiġi nnotat li l-ebda dispożizzjoni oħra tar-Regolament Nru 883/2004 u l-ebda premessa tiegħu ma jfornu elementi li jiffavorixxu l-argument li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni nnifisha għandu jkun limitat esklużivament għall-persuni mhux attivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, biex tiġġustifika dan l-argument, il-Kummissjoni għamlet riferiment, b’mod pjuttost misterjuż, għall-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 883/2004. Dan l-artikolu jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tal-istess regolament. Madankollu, ma huwiex ċar, minħabba li l-Kummissjoni la rnexxielha tispjegah fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha u lanqas matul is-seduta, kif dan l-artikolu, bħala tali, jista’ jiġġustifika limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tal-istess regolament esklużivament għall-persuni mhux attivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tafferma li quddiemha ġiet invokata l-premessa 42 tar-Regolament Nru 883/2004 biex jiġi ġġustifikat l-argument tal-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tal-istess regolament għall-persuni attivi. Mit-test ta’ din il-premessa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Skont din il-premessa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, skond l-argument favur l-estenzjoni ta’ dan ir-Regolament għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni Ewropea u sabiex tinstab soluzzjoni li tieħu in konsiderazzjoni kull restrizzjoniji li tista’ tkun marbuta mal-karatteristiċi speċjali ta’ sistema ibbażata fuq residenza, deroga speċjali permezz ta’ l-Anness XI - daħla <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>DENMARK<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, limitata għall-intitolar ta’ pensjoni soċjali esklussivament fir-rigward tal-kategorija l-ġdida ta’ persuni li mhumiex attivi, u li fir-rigward tagħhom kien estiż dan ir-Regolament, kienet meqjusa bħala xierqa minħabba l-kwalitajiet speċifiċi tas-sistema Daniża u fid-dawl tal-fatt li dawk il-pensjonijiet jistgħu jkunu esportati wara perjodu ta’ għaxar snin ta’ residenza taħt il-leġislazzjoni Daniża applikabbli (l-Att dwar il-Pensjoni).<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></NOTE> – li madankollu tagħmel riferiment għas-sitwazzjoni partikolari tar-Renju tad-Danimarka – jista’ ċertament jiġi konkluż li r-Regolament Nru 883/2004 ġie estiż għall-kategorija l-ġdida ta’ persuni mhux attivi. Madankollu, ir-rikonoxximent espliċitu ta’ din l-estensjoni f’din il-premessa ma jidhirx li jista’ jkun xieraq, fih innifsu, biex jiġġustifika limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 esklużivament għal din il-kategorija ta’ persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Lanqas ma jista’ jiġi nnotat xi element, fil-fehma tiegħi, insostenn tal-argument ta’ limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni mill-istruttura tal-Artikolu 11 innifsu. Iċ-ċirkustanza li l-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu jipprevedi każijiet differenti minn dawk previsti fil-paragrafu 3(a) sa (d) tal-istess artikolu, fil-fehma tiegħi, bl-ebda mod ma hija idonea biex tissostanzja l-argument ta’ limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni għall-persuni mhux attivi. Dan il-każ partikolari jidħol fil-<HT TYPE="ITALIC">caveats</HT> imsemmija fil-punt 34 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, minn perspettiva sistematika, il-preżenza ta’ dawn iż-żewġ <HT TYPE="ITALIC">caveats</HT>, li jkopru kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament Nru 883/2004, tikkostitwixxi, fil-fehma tiegħi, element b’saħħtu insostenn tal-argument tan-natura ta’ regola li tagħlaq is-sistema tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Bħala konferma għal dan l-argument, dejjem minn perspettiva sistematika, hemm ukoll il-fatt li l-Artikolu 11, li fih tinsab id-dispożizzjoni inkwistjoni, huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u jikkostitwixxi l-ewwel artikolu tat-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004, u dan juri b’mod ċar li d-dispożizzjonijiet li jinsabu fih, huma intiżi li jkollhom portata ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-għanijiet imfittxija mid-dispożizzjoni inkwistjoni, kif issemmew fil-punt 26 iktar ’il fuq, diġà ġew identifikati b’mod ċar mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, infakkar li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 fis-sens li din tikkostitwixxi dispożizzjoni ta’ natura ġenerali u residwa, li tagħlaq is-sistema u li tiżgura d-determinazzjoni ta’ liġi applikabbli fil-każijiet kollha li ma humiex espliċitament previsti minn dan ir-regolament hija l-iktar waħda idonea biex tiżgura l-ilħuq<?PAGE NO="8"?> tal-għanijiet tar-regola u tar-regolament nnifishom, jiġifieri li tiġi evitata l-applikazzjoni simultanja ta’ diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali għal sitwazzjoni speċifika u li tipprekludi li l-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 jiġu mċaħħda minn protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni applikabbli għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni restrittiva li tkun tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni esklużivament għall-persuni mhux attivi, fil-fatt, tinvolvi r-riskju li jibqgħu jippersistu l-lakuni anki fir-regola prevista mis-sistema ta’ regoli ta’ kunflitt maħluqa mir-Regolament Nru 883/2004 b’sitwazzjonijiet konsegwenti ta’ inċertezza ġuridika li jkollhom jiġu solvuti, bħal meta kien fis-seħħ ir-Regolament l-antik Nru 1408/71, <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għanijiet tad-dispożizzjoni inkwistjoni qiegħed ninnota għal darba oħra li l-argument imressaq mill-Kummissjoni matul is-seduta, li skontu mill-proposta għal regolament li hija stess ippreżentat fl‑1998<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament (KE) tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali tal‑<DATE ISO="19981221">21 ta’ Diċembru 1998</DATE>, (COM(1998) 779 def.).</P></NOTE> jirriżulta – li fuq il-bażi tagħha suċċessivament ġie adottat ir-Regolament Nru 883/2004 – li l-intenzjoni tal-leġiżlatur kienet dik li jillimita l-portata tad-dispożizzjoni għall-persuni mhux attivi, ma huwiex rifless fit-test ta’ din il-proposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-espożizzjoni tal-motivi tal-artikolu li suċċessivament, fit-test finali, sar l-Artikolu 11 tar-regolament (jiġifieri l-Artikolu 8 tal-proposta) ma jista’ bl-ebda mod jiġi dedott li l-intenzjoni tal-leġiżlatur fir-rigward tad-dispożizzjoni inkwistjoni (li baqgħet sostanzjalment l-istess fit-test finali tar-regolament) kienet li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">esklużivament</HT> għall-persuni mhux attivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara p. 7 tal-espożizzjoni tal-motivi għall-proposta msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, fil-fehma tiegħi, jirriżulta li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 għandha tiġi interpretata b’mod estensiv, konformement mal-għanijiet tar-regolament u tar-regola nnifisha li ġew identifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, din, fir-rigward ta’ dispożizzjoni li tagħlaq is-sistema ta’ regoli ta’ kunflitt maħluqa minn dan ir-regolament, għandha tapplika, fil-fehma tiegħi, għal kull persuna li ma tidħolx fil-kategoriji tal-paragrafu 3(a) sa (d) tal-istess artikolu, jew għal persuna li għaliha l-ebda dispożizzjoni oħra tar-regolament nnifsu ma tistabbilixxi l-leġiżlazzjoni applikabbli, u dan għal kwalunkwe raġuni, u għaldaqstant mhux biss minħabba l-inattività ta’ din il-persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward qiegħed ninnota wkoll li l-interpretazzjoni f’sens wiesa’ tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 li ġiet proposta fil-punt preċedenti hija konformi mal-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet adottat għar-regola li din id-dispożizzjoni ssostitwixxiet, jiġifieri l-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71. Fil-fatt, fil-ġurisprudenza tagħha relatata ma’ din l-aħħar regola, il-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi tal-formulazzjoni tagħha f’termini ġenerali, kienet adottat interpretazzjoni wiesgħa li skontha din kienet tkopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kull ipoteżi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li fiha l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma kinitx tibqa’ applikabbli għal persuna u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>għal kwalunkwe raġuni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’iktar dettall, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980611">11 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Kuusijärvi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑275/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:279">EU:C:1998:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni li pproponejt fil-punt 48 iktar ’il fuq ma tistax, fl-opinjoni tiegħi, titpoġġa f’dubju mill-argumenti l-oħra mressqa mill-Kummissjoni u mill-Gvern Olandiż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tar-riferimenti li saru mill-Kummissjoni, min-naħa l-waħda, għall-Gwida Prattika dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Unjoni Ewropea (UE), fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u fl-Isvizzera<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=11366&amp;langId=mt</P></NOTE>, imfassla u approvata mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali u, min-naħa l-oħra għad-dokument tad-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi,<?PAGE NO="9"?> l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Notes explicatives sur la modernisation de la coordination en matière de securité sociale<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Dan id-dokument jeżisti biss bil-Franċiż, bl-Ingliż u bil-Ġermaniż. https://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=6481&amp;langId=fr.</P></NOTE>, għandu jiġi osservat li dawn id-dokumenti, minkejja li jikkostitwixxu strumenti ta’ interpretazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, bl-ebda mod ma huma obbligatorji u vinkolanti għall-Qorti tal-Ġustizzja jew il-qrati nazzjonali fl-interpretazzjoni ta’ dan ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, f’dan ir-rigward, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bogatu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑322/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:818">EU:C:2018:818</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tar-riferimenti differenti, li saru mill-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja qiegħed ninnota, qabel kollox, li l-punt 63 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li għamel riferiment għalih il-Gvern Olandiż biex jissostanzja l-argument tiegħu u li jissemma fil-punt 25 iktar ’il fuq, pjuttost jaħdem favur interpretazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni fis-sens li din ma tapplikax esklużivament għall-persuni mhux attivi. Fil-fatt, f’dan il-punt, il-Qorti tal-Ġustizzja użat il-lokuzzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/><HT TYPE="ITALIC">b’mod partikolari</HT><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Notamment<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> bil-Franċiż, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>in particular<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> bl-Ingliż, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>insbesondere<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> bil-Ġermaniż.</P></NOTE> qabel ma għamlet riferiment għal din il-kategorija ta’ persuni, u dan jindika l-intenzjoni li ma tiġix limitata esklużivament għal dan it-tip ta’ persuni l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sentenzi ċċitati Aldewereld u Kik, sa fejn dawn ċertament ifornu iktar spunti interpretattivi utli, huwa inevitabbli li jiġi kkonstatat li dawn ġew deċiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja qabel ma d-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 daħlet fis-seħħ u għalhekk f’kuntest ġuridiku differenti li fih ma kinitx teżisti regola li tagħlaq is-sistema. Is-soluzzjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-kuntest differenti għaldaqstant ma jistgħux jiġu ttrasposti fil-kuntest il-ġdid tar-Regolament Nru 883/2004, li fih ma huwiex iktar meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrikorri għal soluzzjonijiet interpretattivi biex tagħlaq il-lakuni tal-qafas regolatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument imressaq mill-Kummissjoni matul is-seduta dwar l-eżistenza fis-sistema tar-Regolament Nru 883/2004 ta’ ġerarkija bejn il-<HT TYPE="ITALIC">lex loci labori</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">lex domicilii</HT>, inqis li l-eżistenza ta’ din il-ġerarkija fil-kriterji ma hijiex idonea, fiha nnifisha, biex tiġġustifika limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tar-regolament li ma tipprevedix espressament tali limitazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, inqis li r-rekwiżiti marbuta mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, invokati mill-Kummissjoni u mill-Gvern Olandiż, ma jmorrux kontra l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 li pproponejt. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-premessi 5, 8 u 17 ta’ dan ir-regolament, fis-sistema tiegħu, dan il-prinċipju huwa intiż li jiżgura l-ugwaljanza fit-trattament tal-persuni impjegati <HT TYPE="ITALIC">fl</HT>-Unjoni, <HT TYPE="ITALIC">fit</HT>-territorju ta’ Stat Membru, u li għaldaqstant hija applikabbli d-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-każ fejn il-persuna kkonċernata ma twettaqx ix-xogħol tagħha <HT TYPE="ITALIC">fit</HT>-territorju ta’ Stat Membru, u għalhekk ir-rabta tax-xogħol mat-territorju tal-Unjoni tkun iktar dgħajfa, ma huwiex kompletament preskritt li r-rekwiżiti marbuta mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li min-naħa tiegħu huwa marbut mal-għan iktar ġenerali tar-Regolament Nru 883/2004 li jiffaċilita l-moviment liberu tal-persuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-punt 20 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, jiġu żgurati b’mod aħjar mill-użu tal-kriterju ta’ rabta tal-post fejn hija bbażata l-persuna li timpjega, iktar milli dak ta’ residenza tal-persuna kkonċernata. Kif ġie enfasizzat mill-Gvern Grieg u Pollakk, il-każ tal-baħrin, bħall-persuna kkonċernata fil-kawża prinċipali, li l-impjieg tagħhom huwa kkaratterizzat minn mobbiltà internazzjonali qawwija u minn kuntratti għal żmien determinat spiss ta’ tul qasir u spiss konklużi mill-bogħod, jikkostitwixxi eżempju ċar ta’ dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-ħames lok, fil-fehma tiegħi, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004, li pproponejt fil-punt 48 iktar ’il fuq, ma tipprekludix il-possibbiltà ta’ riskju, li ġiet evokata fis-seduta, li l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna kkonċernata ma tipprevedix dispożizzjonijiet li jippermettu l-affiljazzjoni tagħha mas-sistema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru u li għaldaqstant il-persuna kkonċernata tibqa’ miċħuda mill-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward qiegħed ninnota li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata fil-punti 20 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. iktar ’il fuq, ċertament, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004 għandhom bħala għan uniku d-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u bħala tali, dawn ma għandhomx l-għan li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-eżistenza tad-dritt jew tal-obbligu li persuna taderixxi ma’ skema ta’ sigurtà soċjali jew ma’ fergħa jew oħra ta’ tali skema, peress li hija l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tistabbilixxi dawn il-kundizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 21 u 26 kif ukoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Walltopia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑451/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:861">EU:C:2018:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat wkoll li, il-fattur ta’ kompletezza tas-sistema ta’ regoli ta’ kunflitt stabbilita mill-imsemmi Titolu II għandu bħala effett li jċaħħad is-setgħa lil-leġiżlatur ta’ kull Stat Membru li jiddetermina liberament il-portata u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu fir-rigward tal-persuni suġġetti għaliha u tat-territorju li fih jipproduċu l-effetti tagħhom id-dispożizzjonijiet nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Hoogstad</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑269/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:802">EU:C:2016:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata fih).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-eżistenza tad-dritt li wieħed jaderixxi ma’ skema ta’ sigurtà soċjali, l-Istati Membri huma obbligati josservaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fis-seħħ. B’mod partikolari, ir-regoli ta’ kunflitt previsti mir-Regolament Nru 883/2004 jimponu ruħhom b’mod imperattiv fuq l-Istati Membri u dawn tal-aħħar, għaldaqstant, ma għandhomx il-possibbiltà li jiddeterminaw sa liema punt il-leġiżlazzjoni tagħhom stess jew dik ta’ Stat Membru ieħor hija applikabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Walltopia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑451/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:861">EU:C:2018:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata fih).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl tal-għan tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi Titolu II, li, kif issemma fil-punti 23 u 26 iktar ’il fuq, huma intiżi, b’mod partikolari, li jimpedixxu li l-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament jiġu mċaħħda minn protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tkun applikabbli għalihom, il-kundizzjonijiet tal-eżistenza tad-dritt li wieħed jaderixxi ma’ skema ta’ sigurtà soċjali għaldaqstant ma jistax ikollhom l-effett li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni l-persuni li, skont ir-Regolament Nru 883/2004, din il-leġiżlazzjoni tapplika għalihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Walltopia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑451/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:861">EU:C:2018:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti u tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 li pproponejt fil-punt 48 iktar ’il fuq, li, fil-fehma tiegħi, għandha tingħata risposta għad-domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, inqis li huwa xieraq li jiġi preliminarjament ikkonfermat li t-tliet kundizzjonijiet li fuqhom din il-qorti bbażat id-domanda tagħha li għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja jidhru korretti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-punt 10 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, ma hemmx dubju li SF jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 konformement mal-Artikolu 2 tiegħu. Dan, fil-fatt, huwa ċittadin Latvjan li joqgħod fil-Latvja u ma huwiex ikkontestat li, fil-perijodu rilevanti, kellu jiġi suġġett għal-liġi ta’ Stat Membru, jiġifieri tal-Latvja jew tal-Pajjiżi l-Baxxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kik</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:188">EU:C:2015:188</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tikkonstata li x-xogħol imwettaq abbord vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat terz li jinsab f’ibħra internazzjonali fuq il-parti tal-blata kontinentali maġenb Stat Membru ma jistax jiġi assimilat ma’ xogħol imwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kik</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:188">EU:C:2015:188</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, kif ġie osservat ġustament mill-Gvern Grieg, fil-każ fejn ix-xogħlijiet imwettqa abbord vapur fejn il-persuna kkonċernata wettqet l-impjieg tagħha kienu jikkonċernaw l-esplorazzjoni u/jew l-isfruttament tar-riżorsi fuq il-parti tal-blata kontinentali maġenb Stat Membru, li hija f’idejn il-qorti tar-rinviju biex tikkonstata dan, l-analiżi tista’ tkun differenti. Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120117">17 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Salemink</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑347/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:17">EU:C:2012:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. u s-sentenza Kik imsemmija iktar ’il fuq, l-aħħar sentenza tal-punt 41).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Ft-tielet lok, lanqas ma hemm dubju li r-relazzjoni tal-impjieg ta’ SF tippreżenta rabta suffiċjentement stretta mat-territorju tal-Unjoni. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza jirriżulta li tali rabta teżisti meta ċittadin tal-Unjoni, residenti fi Stat Membru, ġie impjegat minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor u li jkun eżerċita l-attivitajiet tiegħu f’isimha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara s-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940629">29 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Aldewereld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑60/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:271">EU:C:1994:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Petersen u Petersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:124">EU:C:2013:124</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kik</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:188">EU:C:2015:188</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, qiegħed ninnota li kemm il-qorti tar-rinviju kif ukoll il-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jaqblu bir-raġun li għas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata fil-kawża prinċipali l-ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 li hija differenti mill-Artikolu 11(3)(e) ma hija applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, għal tali sitwazzjoni l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3(a) sa (d) tal-istess artikolu ma hija applikabbli u b’mod iktar partikolari ma huwiex applikabbli s-subparagrafu (a), peress li l-attività ta’ baħri ma ġietx imwettqa fit-territorju ta’ xi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ma hijiex applikabbli d-dispożizzjoni tal-paragrafu 4, tal-imsemmi Artikolu 11, sa fejn din tapplika biss għal attivitajiet imwettqa abbord vapuri li jtajru bandiera ta’ Stat Membru, fejn f’dan il-każ partikolari l-attività ġiet imwettqa abbord vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għal din is-sitwazzjoni la tapplika waħda mid-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004, peress li dawn japplikaw għal każijiet differenti minn dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu regoli partikolari li japplikaw għall-persuni li jkunu suġġett ta’ distakkament (Artikolu 12), għall-persuni li jwettqu attivitajiet f’żewġ Stati Membri jew iktar (Artikolu 13), għall-persuni li għażlu assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja (l-Artikolu 14), għall-impjegati awżiljarji tal-istituzzjonijiet Ewropej (Artikolu 15), kif ukoll għall-eċċezzjonijiet tal-Artikoli 11 sa 15 (Artikolu 16).</P></NOTE>, u lanqas xi dispożizzjoni oħra tar-regolament nnifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, fid-dawl tal-interpretazzjoni tar-regola pprovduta fil-punt 48 iktar ’il fuq, inqis li, għal sitwazzjoni bħal dik ta’ SF hija applikabbli d-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 u li għaldaqstant, persuna li ssib ruħha f’din is-sitwazzjoni għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet żviluppati, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) fis-sens li:</TXT><P>L-Artikolu 11(3)(e), tar-Regolament Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat Membru, residenti fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, li kien impjegat minn persuna stabbilita fi Stat Membru ieħor, fejn kien iwettaq attivitajiet fil-kariga ta’ baħri abbord vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat terz li, fil-perijodu rilevanti, kien jinsab ’il barra mit-territorju tal-Unjoni, huwa suġġett, għal dan il-perijodu, għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tiegħu.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>