European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1721

4.8.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1721

tal-1 ta’ Awwissu 2025

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Fl-24 ta’ Lulju 2025, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) fil-pollam f’Wales, li ġew ikkonfermati fit-23 ta’ Ġunju 2025 u fl-24 ta’ Ġunju 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Fid-29 ta’ Lulju 2025, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam f’Somerset, l-Ingilterra, li ġiet ikkonfermata fit-28 ta’ Lulju 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Ir-Renju Unit issottometta informazzjoni ulterjuri lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom, u dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawn it-tifqigħat riċenti tal-HPAI.

(9)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit, id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat jenħtieġ li jiġi sospiż biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għar-Renju Unit fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B, il-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq, b’qis meħud tad-dati meta seħħew it-tifqigħat.

(10)

Barra minn hekk, il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(11)

Fil-15 ta’ Lulju 2025, il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadet fir-rigward ta’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-provinċja ta’ Prince Edward Island, li ġiet ikkonfermata fil-15 ta’ Mejju 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(12)

Fil-15 ta’ Lulju 2025, ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadet fir-rigward ta’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-Kontea ta’ West Yorkshire, li ġiet ikkonfermata fil-11 ta’ Ġunju 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(13)

Fl-24 ta’ Lulju 2025, ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadet fir-rigward ta’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-Kontea ta’ Durham, l-Ingilterra li ġiet ikkonfermata fis-17 ta’ Ġunju 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(14)

Fit-28 ta’ Lulju 2025, l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħa b’rabta mat-tliet tifqigħat tal-HPAI fil-pollam f’California (2) u South Dakota (1) li ġew ikkonfermanti bejn is-16 ta’ Jannar 2025 u t-30 ta’ April 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(15)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti informaw lill-Kummissjoni li wara dawk it-tifqigħat tal-HPAI, implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestew it-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati.

(16)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti, u jidhrilha li taw garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni affettwati tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għal dawk il-pajjiżi terzi fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B, il-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(17)

Filwaqt li jitqies li t-tifqigħat reċenti tal-HPAI fir-Renju Unit, u biex jiġi evitat it-tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada, mar-Renju Unit u mal-Istati Uniti, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.267 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.267

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

15.5.2025

24.7.2025”;

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.380 u GB-2.381 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.380

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

11.6.2025

15.7.2025

GB-2.381

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

17.6.2025

22.7.2025”;

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.383 sa GB-2.385 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.382:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.383

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

23.6.2025

 

GB-2.384

N, P1”

 

24.6.2025

 

GB-2.385

N, P1”

 

28.7.2025”;

 

(iv)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.830 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.830

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

16.1.2025

22.7.2025”;

(v)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.973 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.973

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

13.2.2025

22.7.2025”;

(vi)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1029 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1029

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

30.4.2025

20.7.2025”;

(b)

fil-Parti 2, l-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin għaż-żoni GB-2.383 sa GB-2.385 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.382:

“Ir-Renju Unit

GB-2.383

qrib Haverfordwest, Pembrokeshire, Wales, GB

Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84 Lat: N51.85 u Long: W5.06

GB-2.384

qrib Glyn Ceiriog, qrib Wrexham, Wales, GB

Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84 Lat: N52.89 u Long: W3.24

GB-2.385

qrib Dulverton, Tiverton u Minehead, Somerset, l-Ingilterra, GB

Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84 Lat: N51.11 u Long: W3.55”;

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.267 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.267

POU, FAR

N, P1”

 

15.5.2025

24.7.2025

GBM

P1

 

15.5.2025

24.7.2025”;

(b)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.380 u GB-2.381 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.380

POU, FAR

N, P1”

 

11.6.2025

15.7.2025

GBM

P1

 

11.6.2025

15.7.2025

GB-2.381

POU, FAR

N, P1”

 

17.6.2025

22.7.2025

GBM

P1

 

17.6.2025

22.7.2025”;

(c)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.383 sa GB-2.385 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.382:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.383

POU, FAR

N, P1”

 

23.6.2025

 

GBM

P1

 

23.6.2025

 

GB-2.384

POU, FAR

N, P1”

 

24.6.2025

 

GBM

P1

 

24.6.2025

 

GB-2.385

POU, FAR

N, P1”

 

28.7.2025

 

GBM

P1

 

28.7.2025”;

 

(d)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.830 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.830

POU, FAR

N, P1”

 

16.1.2025

22.7.2025

GBM

P1

 

16.1.2025

22.7.2025”;

(e)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.973 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.973

POU, FAR

N, P1”

 

13.2.2025

22.7.2025

GBM

P1

 

13.2.2025

22.7.2025”;

(f)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.1029 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1029

POU, FAR

N, P1”

 

30.4.2025

20.7.2025

GBM

P1

 

30.4.2025

20.7.2025”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1721/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)