<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-263/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0263</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1111">EU:C:2019:1111</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20191219">19.12.2019</DATE> – Kawża C‑263/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Nederlands Uitgeversverbond u Groep Algemene Uitgevers</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid għad-dispożizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ distribuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Eżawriment</KEYWORD><KEYWORD>Kotba elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Suq virtwali ta’ kotba elettroniċi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>użati<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑263/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-rechtbank Den Haag (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20180328">28 ta’ Marzu 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20180416">16 ta’ April 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nederlands Uitgeversverbond,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Groep Algemene Uitgevers</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Tom Kabinet Internet BV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Tom Kabinet Holding BV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Tom Kabinet Uitgeverij BV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal, M. Vilaras, P. G. Xuereb, L. S. Rossi u I. Jarukaitis, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, M. Ilešič (Relatur), J. Malenovský, C. Lycourgos u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20190402">2 ta’ April 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Nederlands Uitgeversverbond u Groep Algemene Uitgevers, minn C. A. Alberdingk Thijm, C. F. M. de Vries u S. C. van Velze, advocaten,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal Tom Kabinet Internet BV, Tom Kabinet Holding BV u Tom Kabinet Uitgeverij BV, minn T. C. J. A. van Engelen u G. C. Leander, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn J.‑C. Halleux u M. Jacobs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn P. Ngo, S. Wolff u J. Nymann‑Lindegren, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Hellmann, U. Bartl, J. Möller u T. Henze, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González u A. Sampol Pucurull, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u D. Segoin, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. De Luca, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u T. Rendas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brandon u Z. Lavery, bħala aġenti, assistiti minn N. Saunders, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Samnadda, A. Nijenhuis u F. Wilman, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20190910">10 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 4(1) u (2), u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, Nederlands Uitgeversbond (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>NUV<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Groep Algemene Uitgevers (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>GAU<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u, min-naħa l-oħra, Tom Kabinet Internet BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Tom Kabinet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), Tom Kabinet Holding BV u Tom Kabinet Uitgeverij BV dwar il-provvista ta’ servizz online li jikkonsisti f’suq virtwali ta’ kotba elettroniċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>użati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) adottat f’Genève, fl-<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE>, it-Trattat tal-WIPO dwar id-Drittijiet tal-Awtur (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>TDA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), li ġie approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/278/KE tas-<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208), u daħal fis-seħħ, fir-rigward tal-Unjoni Ewropea, fl-<DATE ISO="20100314">14 ta’ Marzu 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="032" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU L 32, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tat-TDA, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dritt ta’ distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi għandhom igawdu d-dritt esklużiv fuq l-awtorizzazzjoni li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku x-xogħol oriġinali tagħhom jew kopji ta’ dan ix-xogħol permezz ta’ bejgħ jew trasferiment ieħor tal-proprjetà<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ dan it-trattat, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11(1)(ii), 11a(1)(i) u (ii), 11b(1)(ii), 14(1)(ii) u 14a(1) tal-Konvenzjoni ta’ Bern, l-awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi għandhom igawdu d-dritt esklużiv għall-awtorizzazzjoni ta’ kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom, b’mezzi bil-fil jew mingħajr fil, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom b’tali mod li kull wieħed ikun jista’ jkollu aċċess għalihom mill-post u fil-mument li huwa jagħżel individwalment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Dikjarazzjonijiet komuni dwar it-TDA (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>dikjarazzjonijiet komuni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) ġew adottati mill-konferenza diplomatika fl-<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjonijiet komuni dwar l-Artikoli 6 u 7 tal-imsemmi trattat huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kif użati f’dawn l-Artikoli, l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kopji<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>oriġinali u kopji<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>, li huma suġġetti għad-dritt ta’ distribuzzjoni u għad-dritt ta’ self taħt l-imsemmija artikoli, jirreferu esklużivament għal kopji fissi li jkunu jistgħu jitqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni bħala oġġetti tanġibbli<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/29</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4, 5, 9, 10, 15, 23 sa 25, 28 u 29 tad-Direttiva 2001/29 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>(2)</NO.P><TXT>Il-Kunsill Ewropew, meta ltaqa’ f’Korfu fl-24 u l-<DATE ISO="19940625">25 ta’ Ġunju 1994</DATE>, enfasizza l-ħtieġa li jifforma qafas legali ġenerali u flessibbli f’livell tal-Komunità sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni fl-Ewropa. Dan jeħtieġ, fost affarijiet oħra, l-eżistenza ta’ suq intern għal prodotti u servizzi ġodda. Leġislazzjoni importanti mill-Komunità diġà teżisti, jew l-adozzjoni tagħha miexja l quddiem sewwa. Id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandhom rwol importanti f’dan il-kuntest għax dawn jipproteġu u jistimulaw l-iżvilupp u l-kummerċ ta’ prodotti u servizzi ġodda u l-ħolqien u l-isfruttar tal-kontenut kreattiv tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Qafas armonizzat legali dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati, permezz ta’ ċertezza legali akbar u waqt li jipprovdi għal livell għoli ta’ protezzjoni ta’ proprjetà intellettwali, jinkoraġġixxi investiment sostanzjali fil-kreattività u innovazzjoni, inkluż infrastruttura ta’ network, u li min-naħa tiegħu jwassal għal tkabbir u kompetittività akbar ta’ l-industrija Ewropea, sew fil-qasam li jipprovdi kontenut u teknoloġija ta’ l-informazzjoni u aktar ġenerali matul il-firxa tas-setturi industrijali u kulturali. Din tissalvagwardja l-impiegi u tinkuraġġixxi ħolqien ta’ impiegi ġodda.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-iżvilupp teknoloġiku kabbar u ddiversifika l-gwidi tal-kreazzjoni, il-produzzjoni u l-isfruttament. Filwaqt li m’huma meħtieġa l-ebda kunċetti ġodda għall-protezzjoni ta’ proprjetà intellettwali, il-liġi preżenti dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandha tiġi adottata u miżjuda biex tirreaġixxi b’mod adekwat għar-realtajiet ekonomiċi bħal forom ġodda ta’ sfruttament.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Kull armonizzazzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandha tkun bażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, għar-raġuni li dawn id-drittijiet huma kruċjali għall-kreazzjoni intellettwali. Il-protezzjoni tagħhom tgħinhom jiżguraw it-tkomplija u l-iżvilupp tal-kreattivita fl-interessi ta’ l-awturi, artisti, produtturi, konsumaturi, kultura, industrija u l-pubbliku in ġenerali. Proprjetà intellettwali ġiet għalhekk rikonoxxuta bħala parti integrali ta’ proprjetà.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Jekk awturi jew artisti għandhom ikomplu bix-xogħol kreattiv u artistiku tagħhom, huma għandhom jirċievu kumpens xieraq għall-użu tax-xogħol tagħhom, kif għandhom jirċievu produtturi sabiex ikunu jistgħu jiffinanzjaw xogħolhom. L-investiment meħtieġ biex jipproduċu prodotti bħal fonogrammi, films u prodotti ta’ multimedia, u servizzi bħal servizzi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>fuq talba<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>, huwa konsiderevoli. Protezzjoni legali adegwata għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali hija meħtieġa sabiex tiggarantixxi d-disponibbiltà ta’ dan il-kumpens u tipprovdi l-opportunità għal profitti sodisfaċenti ta’ dan l-investiment.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Il-Konferenza Diplomatika mlaqqa’ taħt l-awspiċi ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija ta’ Proprjetà Intellettwali (WIPO) f’Diċembru 1996 wasslet għall-adozzjoni ta’ żewġ Trattati ġodda, it-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Trattat dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur WIPO<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> u t-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Trattat dwar l-Artisti u l-Fonogrammi WIPO[<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>], li jittrattaw rispettivament il-protezzjoni ta’ l-awturi u l-protezzjoni ta’ l-artisti u produtturi ta’ fonogrammi. […] Din id-Direttiva sservi wkoll biex timplimenta għadd ta’ obbligi internazzjonali ġodda.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tarmonizza aktar id-dritt ta’ l-awtur li jikkomunika mal-pubbliku. Dan id-dritt għandu jiftiehem f’sens wiesa’ li jirregola l-komunikazzjoni kollha lill-pubbliku mhux preżenti fil-post fejn toriġina l-komunikazzjoni. Dan id-dritt għandu jirregola kull trasmissjoni jew trasmissjoni mill-ġdid bhal din ta’ xogħol lill-publikku b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili, nkluż ix-xandir. Dan id-dritt m’għandu jirregola l-ebda att ieħor.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Id-dritt li jagħmel disponibbli lill-pubbliku s-suġġett imsemmi fl-Artikolu 3(2) għandu jiftiehem li jirregola l-atti kollha li jagħmlu disponibbli dan is-suġġett lill-membri tal-pubbliku li ma jkunx preżenti fejn joriġina l-att li jagħmel disponibbli, u li ma jirregola ebda atti oħra.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>L-inċertezza legali dwar in-natura u l-livell ta’ protezzjoni ta’ l-atti ta’ trasmissjoni fuq talba ta’ xogħolijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u materjal protett bid-drittijiet relatati ma’ networks għandha tiġi superata bil-provvediment ta’ protezzjoni armonizzata f’livell tal-Komunità. Għandu jkun ċar li d-detenturi tad-drittijiet kollha rikonoxxuti minn din id-Direttiva għandu jkollhom dritt esklussiv biex jagħmlu disponibbli lill-pubbliku xogħolijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur jew kull suġġett ieħor permezz ta’ trasmissjonijiet interattivi fuq talba. Dawn it-trasmissjonijiet interattivi fuq talba huma karatterizzati mill-fatt li l-membri tal-pubbliku jistgħu jidħlu għalihom minn post u f’ħin individwalment magħżul minnhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(28)</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur skond din id-Direttiva tinkludi d-dritt esklussiv biex tikkontrolla d-distribuzzjoni tax-xogħol inkorporat f’oġġett tanġibbli. L-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ l-oriġinal ta’ xogħol jew kopji tiegħu mid-detentur tad-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu jeżawrixxi d-dritt li jikkontrolla bejgħ mill-ġdid ta’ dak l-oġġett fil-Komunità. Dan id-dritt m’għandux jiġi eżawrit rigward l-oriġinal jew il-kopji tiegħu mibjugħa mid-detentur jew bil-kunsens tiegħu barra mill-Komunità. Drittijiet għall-awturi rigward kiri u self ġew stabbiliti<?PAGE NO="5"?> fid-Direttiva [tal-Kunsill 92/100/KEE tad-<DATE ISO="19921119">19 ta’ Novembru 1992</DATE> dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120)]. Id-dritt ta’ distribuzzjoni li hemm provdut dwaru f’din id-Direttiva huwa mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet relatati mad-drittijiet ta’ kiri u self li hemm fil-Kapitolu I ta’ dik id-Direttiva.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(29)</NO.P><TXT>Il-kwistjoni ta’ eżawriment ma tqumx fil-każ ta’ servizzi u servizzi on-line b’mod partikolari. Din tapplika wkoll rigward kopja materjali ta’ xogħol jew suġġett magħmul minn utent ta’ servizz bħal dan bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet. Għalhekk, l-istess japplika għall-kiri jew self ta’ l-oriġinal u kopji ta’ xogħolijiet jew suġġett ieħor li huma servizzi fin-natura tagħhom. Differenti minn CD-ROM jew CD-I, fejn proprjetà intellettwali hija inkorporta fil-medium tal-materjal, jiġifieri suġġett minn oġġetti, kull servizz on-line huwa fil-fatt att li għandu jkun regolat mill-awtorizzazzjoni fejn id-drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet relatati jipprovdu hekk.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Dritt ta’ riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-awturi, tax-xogħlijiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Id-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħolijiet u d-dritt li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku suġġett ieħor<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħolijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili, inklużi li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku x-xogħolijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jiġu eżawriti bl-ebda att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jew li jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku kif stipulat f’dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Dritt ta’ Distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi, rigward l-oriġinal tax-xogħolijiet tagħhom jew tal-kopji tagħhom, id-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku b’bejgħ jew mod ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ distribuzzjoni m’għandux jiġi eżawrit fil-Komunità rigward l-oriġinal jew kopji tax-xogħol, bla ħsara fejn l-ewwel bejgħ jew trasferiment ieħor ta’ sidien fil-Komunità ta’ dak l-oġġett isir mid-detentur jew bil-kunsens tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Atti temporanji ta’ riproduzzjoni msemmija fl-Artikolu 2, li huma temporanji jew inċidentali, li huma parti integrali u essenzjali tal-proċess teknoloġiku u li l-iskop uniku tagħhom huwa li jkunu jistgħu jsiru:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>trasmissjoni f’network bejn partijiet terzi minn intermedju, jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>użu legali</TXT></NP></ITEM></LIST><P>ta’ xogħol jew suġġett ieħor li għandu jsir, u li ma jkollhom ebda sinifikat ekonomiku indipendenti, għandhom ikunu eżenti mid-dritt ta’ riproduzzjoni provdut fl-Artikolu 2.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/24/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 111, p. 16</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Atti ristretti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6, id-drittijiet esklussivi tad-detentur tad-drittijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2 għandhom jinkludu d-dritt li jagħmlu jew li jawtorizzaw:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku, inkluż il-kiri, tal-programm oriġinali tal-kompjuter jew kopji tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ kopja ta’ programm mid-detentur tad-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu għandu jeżawrixxi d-dritt ta’ distribuzzjoni fil-Komunità ta’ dik il-kopja, bl-eċċezzjoni tad-dritt biex jikkontrolla aktar il-kiri tal-programm jew kopja tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Auteurswet (il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur), tat-<DATE ISO="19120923">23 ta’ Settembru 1912</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Id-drittijiet tal-awtur huma dritt esklużiv li għandu l-awtur ta’ xogħol letterarju, xjentifiku jew artistiku jew tal-aventi kawża tiegħu, li jikkomunika jew jirriproduċi dak ix-xogħol, suġġett għal-limitazzjonijiet previsti mil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(1) tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>B’komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol letterarju, xjentifiku jew artistiku, għandu jinftiehem:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ kopja tax-xogħol kollu jew ta’ parti minnu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 12b ta’ din il-liġi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Jekk kopja ta’ xogħol letterarju, xjentifiku jew artistiku tkun tqegħdet f’ċirkulazzjoni għall-ewwel darba permezz ta’ trasferiment tal-proprjetà fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fi Stat kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea mill-awtur tagħha jew mill-aventi kawża tiegħu jew bil-kunsens tagħhom, it-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni ta’ din il-kopja b’mod ieħor, bl-eċċezzjoni tal-kiri u tas-self, ma jikkostitwixxix ksur tad-drittijiet tal-awtur.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Ir-riproduzzjoni ta’ xogħol letterarju, xjentifiku jew artistiku tfisser it-traduzzjoni, il-kompożizzjoni mużikali, ir-reġistrazzjoni ċinematografika jew l-adattament teatrali u, b’mod ġenerali, kull adattament jew riproduzzjoni, totali jew parzjali, taħt forma emendata, li ma għandhom jitqiesu bħala xogħol oriġinali.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 13a tal-istess liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Ir-riproduzzjoni ta’ xogħol letterarju, xjentifiku jew artistiku ma tinkludix l-atti provviżorji ta’ riproduzzjoni li huma tranżitorji jew aċċessorji u li jikkostitwixxu parti integrali u essenzjali minn proċess tekniku u li l-uniku skop tiegħu huwa li jippermetti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>trażmissjoni f’netwerk bejn terzi permezz ta’ intermedjarju jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-użu legali tiegħu</TXT></NP></ITEM></LIST><P>u li ma għandux valur ekonomiku awtonomu.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 16b tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Ir-riproduzzjoni ma għandhiex titqies bħala ksur tad-drittijiet tal-awtur fir-rigward ta’ xogħol letterarju, xjentifiku jew artistiku, jekk tkun ristretta għal ftit kopji intiżi esklużivament għall-prattika, għall-istudju jew għall-użu tal-persuna fiżika li twettaq ir-riproduzzjoni fl-assenza ta’ kull kunsiderazzjoni kummerċjali, kemm jekk diretta kif ukoll jekk indiretta, jew li tordna r-riproduzzjoni għall-bżonnijiet tagħha biss.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>NUV u GAU, assoċjazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jiddefendu l-interessi ta’ pubblikaturi Olandiżi, ġew awtorizzati minn diversi pubblikaturi jiżguraw il-protezzjoni u l-osservanza tad-drittijiet tal-awtur li ngħatawlhom minn detenturi ta’ dawn id-drittijiet permezz ta’ liċenzji esklużivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Tom Kabinet Holding hija l-azzjonista unika ta’ Tom Kabinet Uitgeverij, kumpannija pubblikatriċi ta’ kotba, kotba elettroniċi u databases, kif ukoll l-azzjonista unika ta’ Tom Kabinet. Din l-aħħar kumpannija tamministra sit tal-internet li fuqu, fl-<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>, fetħet servizz online li jikkonsisti f’suq virtwali ta’ kotba elettroniċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>użati<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140701">1 ta’ Lulju 2014</DATE>, NUV u GAU ppreżentaw rikors abbażi tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur kontra Tom Kabinet, Tom Kabinet Holding u Tom Kabinet Uitgeverij quddiem l-Imħallef għal miżuri provviżorji tar-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), li jikkonċerna dan is-servizz online. Ir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam) ċaħdet it-talba tagħhom peress li, skont din tal-aħħar, ma kien hemm ebda possibbiltà ta’ ksur <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>NUV u GAU appellaw minn din is-sentenza quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) li, permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE>, ikkonfermat l-imsemmija sentenza filwaqt li pprojbixxiet lil Tom Kabinet milli toffri servizz online li jippermetti l-bejgħ ta’ kotba elettroniċi mniżżla illegalment. Ma ġie ppreżentat l-ebda appell fil-kassazzjoni minn din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’effett mit-<DATE ISO="20150608">8 ta’ Ġunju 2015</DATE>, Tom Kabinet biddlet is-servizzi offruti sa dakinhar u ssostitwixxiethom bit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Toms Leesclub<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (il-klabb tal-qari ta’ Tom, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>klabb tal-qari<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>), li fi ħdanu Tom Kabinet hija kummerċjant ta’ kotba elettroniċi. Il-klabb ta’ qari jipproponi lill-membri tiegħu, tramite ħlas ta’ somma finanzjarja, kotba elettroniċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>użati<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> li nxtraw minn Tom Kabinet, jew ingħataw b’xejn lil din tal-aħħar mill-membri ta’ dan il-klabb. F’dan l-aħħar każ, l-imsemmija membri għandhom jipprovdu l-link għat-tniżżil tal-ktieb inkwistjoni u jiddikjaraw li ma żammewx kopja ta’ dan il-ktieb. Sussegwentement, Tom Kabinet tniżżel il-ktieb elettroniku mis-sit tal-internet tal-kummerċjant u tpoġġi l-filigrana diġitali tagħha stess, li tippermetti għalhekk li jiġi kkonfermat li din hija kopja miksuba legalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Inizjalment, il-kotba elettroniċi disponibbli permezz tal-klabb tal-qari setgħu jinxtraw bi prezz fiss ta’ EUR 1.75 għal kull ktieb elettroniku. Wara l-ħlas, il-membru seta’ jniżżel il-ktieb elettroniku mis-sit internet ta’ Tom Kabinet u sussegwentement ibigħu mill-ġdid lil din tal-aħħar. L-affiljazzjoni mal-klabb tal-qari kienet suġġetta għall-ħlas mill-membru ta’ kontribuzzjoni mensili ta’ EUR 3.99. Kull ktieb elettroniku pprovdut minn membru mingħajr ħlas kien jippermettilu jibbenefika minn tnaqqis ta’ EUR 0.99 mill-kontribuzzjoni tax-xahar sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’effett mit-<DATE ISO="20151118">18 ta’ Novembru 2015</DATE>, l-adeżjoni mal-klabb tal-qari ma teżiġix iktar il-ħlas ta’ kontribuzzjoni mensili. Minn naħa, il-prezz ta’ kull ktieb elettroniku issa huwa ta’ EUR 2. Min-naħa l-oħra, il-membri tal-klabb tal-qari jeħtieġ ukoll ikollhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>krediti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw ktieb elettroniku fil-kuntest tal-klabb tal-qari, u tali krediti jistgħu jinkisbu billi huma jipprovdulu ktieb elettroniku bi ħlas jew mingħajr ħlas. Dawn il-krediti jistgħu wkoll jinxtraw waqt l-ordni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>NUV u GAU ppreżentaw rikors quddiem ir-rechtbank Den Haag (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) intiż sabiex Tom Kabinet, Tom Kabinet Holding u Tom Kabinet Uitgeverij jiġu preklużi, taħt piena ta’ penalità, milli jippreġudikaw id-drittijiet tal-awtur tal-membri tagħhom permezz tat-tqegħid għad-dispożizzjoni jew tar-riproduzzjoni ta’ kotba elettroniċi. B’mod partikolari, huma jqisu li, fil-kuntest tal-klabb tal-qari, Tom Kabinet twettaq komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ kotba elettroniċi li ma hijiex awtorizzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’sentenza interlokutorja tat-<DATE ISO="20170712">12 ta’ Lulju 2017</DATE>, il-qorti tar-rinviju qieset li l-kotba elettroniċi inkwistjoni għandhom jiġu kklassifikati bħala xogħlijiet, fis-sens tad-Direttiva 2001/29, u li l-offerta ta’ Tom Kabinet, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ dawn ix-xogħlijiet, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva madankollu li r-risposti għad-domandi dwar jekk it-tqegħid għad-dispożizzjoni mill-bogħod permezz ta’ tniżżil, bi ħlas, ta’ ktieb elettroniku għall-użu għal żmien indeterminat jistax jikkostitwixxi att ta’ distribuzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, u jekk id-dritt ta’ distribuzzjoni jistax, għaldaqstant, jiġi eżawrit, fis-sens tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, ma humiex manifestament meħtieġa. Hija tistaqsi wkoll jekk il-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur jistax, fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ ktieb elettroniku, jopponi, abbażi tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, l-atti ta’ riproduzzjoni neċessarji għal trażmissjoni leġittima bejn akkwirenti sussegwenti tal-kopja li fir-rigward tagħha d-dritt ta’ distribuzzjoni jkun, skont il-każ, eżawrit. Ir-risposta li għandha tingħata għal din id-domanda lanqas ma tirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li r-rechtbank Den Haag (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva [2001/29] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>rigward l-oriġinal tax-xogħolijiet tagħhom jew tal-kopji tagħhom […] kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku b’bejgħ jew mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tinkludi wkoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-użu, mill-bogħod, permezz ta’ tniżżil mill-internet, għal perijodu mingħajr limitu, ta’ kotba elettroniċi (jiġifieri kopji b’format diġitali ta’ kotba protetti mid-drittijiet tal-awtur)<?PAGE NO="9"?> permezz ta’ ħlas ta’ prezz iddestinat sabiex jippermetti lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jirċievi remunerazzjoni li tikkorrispondi mal-valur ekonomiku tal-kopja tax-xogħol li huwa proprjetarju tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, id-dritt ta’ distribuzzjoni fl-Unjoni relatat mal-orġinal jew ma’ kopji ta’ xogħol fis-sens tal-Artikolu 4(2) td-Direttiva [2001/29], huwa eżawrit meta l-ewwel bejgħ jew kwalunkwe trasferiment ieħor ta’ dan l-oġġett, jiġifieri t-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-użu, mill-bogħod, permezz ta’ tniżżil mill-internet, għal perijodu mingħajr limitu, ta’ kotba elettroniċi (jiġifieri kopji b’format diġitali ta’ kotba protetti mid-drittijiet tal-awtur) permezz ta’ ħlas ta’ prezz iddestinat sabiex jippermetti lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jirċievi remunerazzjoni li tikkorrispondi mal-valur ekonomiku tal-kopja tax-xogħol li huwa proprjetarju tiegħu, isir fl-Unjoni mid-detentur tad-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva [2001/29] għandu jiġi interpretat fis-sens li trasferiment bejn xerrejja sussegwenti ta’ eżemplar leġittimament akkwistat, li fuqu d-dritt ta’ distribuzzjoni ġie eżawrit, jinkludi l-awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu l-atti ta’ riproduzzjoni previsti f’dan l-artikolu, sa fejn dawn l-atti ta’ riproduzzjoni huma neċessarji sabiex jiġi żgurat użu leġittimu ta’ dan l-eżemplar u, fl-affermattiv, liema huma l-kundizzjonijiet applikabbli f’dan ir-rigward?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva [2001/29] għandu jiġi interpretat fis-sens li d-detentur tad-drittijiet tal-awtur ma jistax iktar jipprekludi l-atti ta’ riproduzzjoni neċessarji għat-trasferiment bejn xerrejja sussegwenti tal-eżemplar akkwistat leġittimament li fuqu d-dritt ta’ distribuzzjoni ġie eżawrit, u, fl-affermattiv, liema huma l-kundizzjonijiet applikabbli f’dan ir-rigward?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tagħti risposta utli lill-qorti nazzjonali sabiex din tkun tista’ tiddeċiedi l-kawża li għandha quddiemha. Għal dan il-għan, jekk ikun meħtieġ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirriformula d-domandi magħmula lilha. Fil-fatt, il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa li tinterpreta d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu l-qrati nazzjonali sabiex jaqtgħu l-kawżi mressqa quddiemhom, anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux ġew indikati espressament fid-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja minn dawn il-qrati nazzjonali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160913">13 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Rendón Marín</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑165/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:675">EU:C:2016:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għal dawn il-finijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tislet, mill-informazzjoni kollha pprovduta mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tal-imsemmi dritt li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża prinċipali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160913">13 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Rendón Marín</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑165/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:675">EU:C:2016:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minkejja li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, jekk il-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>rigward l-oriġinal tax-xogħolijiet [tal-awturi] jew tal-kopji tagħhom, […] kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku b’bejgħ jew mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, tkoprix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>it-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-użu, mill-bogħod, permezz ta’ tniżżil, għal żmien indeterminat, ta’ kotba elettroniċi […] bi ħlas ta’ prezz<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, mill-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-kuntest tal-kawża pendenti quddiem l-imsemmija qorti, tqum id-domanda dwar jekk il-provvista permezz ta’ tniżżil ta’ ktieb elettroniku għal użu permanenti tikkostitwixxix att ta’ distribuzzjoni fis-sens ta’ dan l-Artikolu 4(1) jew jekk tali provvista taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva. Il-qofol ta’ din<?PAGE NO="10"?> id-domanda fil-kawża prinċipali huwa l-punt dwar jekk tali provvista hijiex suġġetta għar-regola ta’ eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni prevista fl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva jew, kuntrarjament, ma taqax taħt tali regola, kif previst espressament fl-Artikolu 3(3) tal-istess direttiva fir-rigward tad-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, hemm lok li l-ewwel domanda tiġi rrifformulata fis-sens li, permezz tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-provvista permezz ta’ tniżżil ta’ ktieb elettroniku għal użu permanenti taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, l-awturi jibbenefikaw mid-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom, bil-fil jew mingħajr fil, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom b’mod li kull wieħed ikun jista’ jkollu aċċess għalihom mill-post u fil-mument li huwa jagħżel individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, dan jipprevedi li l-awturi għandhom id-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku, b’bejgħ jew b’mod ieħor, tal-oriġinal tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ kopji tagħhom, u dan id-dritt, skont l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva, jiġi eżawrit fil-każ tal-ewwel bejgħ jew tal-ewwel trasferiment ieħor ta’ proprjetà fl-Unjoni tal-oriġinal tax-xogħol jew tal-kopja tiegħu mill-proprjetarju tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>La dawn id-dispożizzjonijiet u lanqas ebda dispożizzjoni oħra tad-Direttiva 2001/29 ma jippermettu, fir-rigward tal-formulazzjoni tagħhom biss, li jiġi ddeterminat jekk il-provvista permezz ta’ tniżżil ta’ ktieb elettroniku għal użu permanenti tikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku, b’mod partikolari, tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ xogħol b’mod li kull wieħed ikun jista’ jkollu aċċess għalih mill-post u fil-mument li huwa jagħżel individwalment, jew att ta’ distribuzzjoni fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss it-termini tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha, l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha u, skont il-każ, l-oriġini tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Acacia u D’Amato</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/16 u C‑435/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:992">EU:C:2017:992</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:999">EU:C:2018:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). It-testi tad-dritt tal-Unjoni għandhom barra minn hekk jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari meta tali testi jkunu speċifikament intiżi li jimplimentaw ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:764">EU:C:2006:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Dimensione Direct Sales u Labianca</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:315">EU:C:2015:315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Syed</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑572/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1033">EU:C:2018:1033</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-premessa 15 tad-Direttiva 2001/29, din id-direttiva hija intiża, b’mod partikolari, li timplimenta ċerti obbligi li għandha l-Unjoni skont it-TDA. Isegwi li l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, imsemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, għandhom, sa fejn huwa possibbli, jiġu interpretati konformement mad-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 6(1) tat-TDA rispettivament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Peek &amp; Cloppenburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑456/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:232">EU:C:2008:232</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Syed</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑572/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1033">EU:C:2018:1033</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 6(1) tat-TDA jiddefinixxi d-dritt ta’ distribuzzjoni bħala d-dritt esklużiv tal-awturi li jawtorizzaw it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-oriġinal u ta’ kopji tax-xogħlijiet tagħhom permezz ta’ bejgħ jew ta’ kwalunkwe trasferiment ieħor ta’ proprjetà. Issa, mill-kliem stess<?PAGE NO="11"?> tad-dikjarazzjonijiet komuni dwar l-Artikoli 6 u 7 tat-TDA jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>kopji<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="2019" ID="QE0050"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>oriġinali u kopji<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="2019" ID="QE0051"/>, li huma suġġetti għad-dritt ta’ distribuzzjoni u għad-dritt ta’ self taħt l-imsemmija artikoli, jirreferu esklużivament għal kopji fissi li jkunu jistgħu jitqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni bħala oġġetti tanġibbli<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, b’tali mod li l-imsemmi Artikolu 6(1) ma jistax ikopri d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet immaterjali bħal kotba elettroniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, tal-<DATE ISO="19971210">10 ta’ Diċembru 1997</DATE> (COM(97) 628 finali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>proposta għal direttiva<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>), li wasslet għad-Direttiva 2001/29, tikkonforma ma’ din il-konstatazzjoni. Fil-fatt, f’tali proposta huwa rrilevat li t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [ta’] xogħlijiet [ta’ awturi] b’mod li kull wieħed ikun jista’ jkollu aċċess għalihom mill-post u fil-mument li huwa jagħżel individwalment<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, [traduzzjoni mhux uffiċjali] li jinsabu fl-Artikolu 8 tat-TDA u li ġew essenzjalment riprodotti fl-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, jirriflettu l-proposta li kienet saret fuq dan il-punt mill-Komunità Ewropea u mill-Istati Membri tagħha matul in-negozjati, u jikkonċernaw l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>attivitajiet interattivi<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’din l-istess espożizzjoni tal-motivi tal-proposta ta’ direttiva, il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat ukoll li din il-proposta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>[kellha] opportunità li tarmonizza b’mod koerenti d-distribuzzjoni elettronika u d-distribuzzjoni materjali ta’ kontenut protett u li tiddistingwihom waħda mill-oħra<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni rrilevat li t-trażmissjoni interattiva fuq talba kienet tikkostitwixxi forma ġdida ta’ użu tal-proprjetà intellettwali, li fir-rigward tagħha l-Istati Membri kienu tal-fehma li kellha tkun koperta mid-dritt ta’ kontroll tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, filwaqt li ppreċiżat li kien komunement aċċettat li d-dritt ta’ distribuzzjoni, li japplika esklużivament għad-distribuzzjoni ta’ kopji fiżiċi, ma jkoprix tali trażmissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Dejjem fl-imsemmija dikjarazzjoni, il-Kummissjoni żiedet li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> ta’ xogħol tkopri l-atti ta’ trażmissjoni interattiva fuq talba, u tikkonferma għalhekk li d-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku huwa wkoll rilevanti meta diversi persuni li ma humiex relatati, membri tal-pubbliku, jista’ jkollhom aċċess individwali, minn postijiet differenti u f’mumenti differenti, għal xogħol li huwa aċċessibbli għall-pubbliku fuq sit tal-internet, filwaqt li ppreċiżat li dan id-dritt ikopri kull komunikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>minbarra d-distribuzzjoni ta’ kopji fiżiċi<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, peress li l-kopji materjali li jistgħu jitqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni bħala oġġetti tanġibbli jaqgħu, min-naħa tagħhom, taħt id-dritt ta’ distribuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, minn din l-istess espożizzjoni tal-motivi jirriżulta li l-intenzjoni sottostanti l-proposta ta’ direttiva kienet li jiġi żgurat li kwalunkwe komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol, għajr it-tqassim ta’ kopji fiżiċi tiegħu, ma taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, iżda taħt dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat li din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għan ta’ din id-direttiva, kif stabbilit fil-preambolu tagħha, kif ukoll mill-kuntest tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-premessi 2 u 5 tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li din hija intiża li toħloq qafas ġenerali u flessibbli fil-livell tal-Unjoni sabiex tiffavorixxi l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni u taġġusta u tikkompleta r-regoli attwali fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-iżvilupp teknoloġiku, li ħoloq forom ġodda ta’ sfruttament ta’ xogħlijiet protetti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Circuit Globus Bucureşti</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:772">EU:C:2011:772</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-premessi 4, 9 u 10 tal-imsemmija direttiva jirriżulta li din għandha bħala għan prinċipali l-istabbiliment ta’ livell għoli ta’ protezzjoni favur l-awturi, li tippermettilhom jiksbu remunerazzjoni xierqa għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom, b’mod partikolari, fil-każ ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>SBS Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑325/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:764">EU:C:2015:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq dan l-għan, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, kif tenfasizza l-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29, għandu jinftiehem f’sens wiesa’ li jkopri kull komunikazzjoni lill-pubbliku mhux preżenti fil-post tal-oriġini tal-komunikazzjoni u, għalhekk, kwalunkwe tali trażmissjoni jew ritrażmissjoni ta’ xogħol lill-pubbliku, bil-fil jew mingħajr fil, inkluż ix-xandir (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:764">EU:C:2006:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Svensson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑466/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:76">EU:C:2014:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-premessa 25 ta’ din id-direttiva żżid li l-proprjetarji tad-drittijiet irrikonoxxuti minnha għandhom id-dritt esklużiv li jqiegħdu x-xogħlijiet tagħhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ trażmissjonijiet interattivi fuq talba, liema trażmissjonijiet huma kkaratterizzati mill-fatt li kull wieħed jista’ jkollu aċċess għalihom mill-post u fil-mument li huwa jagħżel individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessi 28 u 29 tad-Direttiva 2001/29, dwar id-dritt ta’ distribuzzjoni, jistabbilixxu, rispettivament, li dan id-dritt jinkludi d-dritt esklużiv li tiġi kkontrollata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>id-distribuzzjoni ta’ xogħol inkorporat f’oġġett tanġibbli<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> u li l-kwistjoni tal-eżawriment tad-dritt ma tqumx fil-każ ta’ servizzi, b’mod partikolari fil-każ ta’ servizzi online, peress li għandu jiġi ppreċiżat li, kuntrarjament għal CD-ROM jew CD-I, li għalihom il-proprjetà intellettwali hija inkorporata fuq mezz fiżiku, jiġifieri merkanzija, kull servizz online fil-fatt jikkostitwixxi att li għandu jiġi suġġett għal awtorizzazzjoni fejn id-drittijiet tal-awtur jew id-dritt relatat jipprovdu hekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, interpretazzjoni tad-dritt ta’ distribuzzjoni, imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, fis-sens li dan id-dritt japplika biss għad-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet inkorporati fuq mezz materjali, tirriżulta wkoll mill-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, dwar l-eżawriment ta’ dan id-dritt, fejn din tal-aħħar fil-fatt iddeċidiet li, billi fil-premessa 28 tal-imsemmija direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni uża t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>oġġett tanġibbli<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>dan l-għan<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, huwa ried jagħti lill-awturi l-kontroll fuq l-ewwel tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ kull oġġett tanġibbli li jinkorpora l-kreazzjoni intellettwali tagħhom (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Art &amp; Allposters International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:27">EU:C:2015:27</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Ċertament, kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward tal-eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni tal-kopji ta’ programmi tal-kompjuter, imsemmi fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/24, li minn din id-dispożizzjoni ma jirriżultax li dan l-eżawriment huwa limitat għall-kopji ta’ programmi tal-kompjuter li jinsabu fuq mezz materjali iżda li, għall-kuntrarju, għandu jitqies li l-imsemmija dispożizzjoni, billi tirreferi mingħajr ebda preċiżazzjoni oħra għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>bejgħ ta’ kopja ta’ programm<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, ma tagħmel ebda distinzjoni skont il-forma materjali jew immaterjali tal-kopja inkwistjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>UsedSoft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:407">EU:C:2012:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, kif tirrileva ġustament il-qorti tar-rinviju u kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, ktieb elettroniku ma jikkostitwixxix programm tal-kompjuter, b’mod li ma hemmx lok li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva 2009/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, kif indikat espressament l-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 51 u 56 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>UsedSoft</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:407">EU:C:2012:407</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), id-Direttiva 2009/24, li tikkonċerna speċifikament il-protezzjoni tal-programmi tal-kompjuter, tikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> fir-rigward tad-Direttiva 2001/29. Issa, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2009/24 juru b’mod ċar ir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jassimila, għall-finijiet tal-protezzjoni prevista mill-imsemmija direttiva, il-kopji materjali u immaterjali ta’ tali programmi tal-kompjuter, b’mod li l-eżawriment<?PAGE NO="13"?> tad-dritt ta’ distribuzzjoni previst fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/24 jikkonċerna dawn il-kopji kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>UsedSoft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:407">EU:C:2012:407</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Tali assimilazzjoni tal-kopji materjali u immaterjali ta’ xogħlijiet protetti għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2001/29 ma kinitx madankollu mixtieqa mil-leġiżlatur tal-Unjoni meta ġiet adottata din id-direttiva. Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 42 ta’ din is-sentenza, mix-xogħol preparatorju tagħha jirriżulta li kienet intiża distinzjoni ċara bejn it-tqassim elettroniku u d-distribuzzjoni materjali tal-kontenut protett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat, fil-punt 61 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>UsedSoft</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:407">EU:C:2012:407</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li, minn perspettiva ekonomika, il-bejgħ ta’ programm tal-kompjuter fuq mezz materjali u l-bejgħ ta’ programm tal-kompjuter permezz ta’ tniżżil minn fuq l-internet huma simili, peress li l-metodu ta’ trażmissjoni online huwa l-ekwivalenti funzjonali tal-konsenja ta’ mezz materjali, b’tali mod li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/24 fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tiġġustifika li dawn iż-żewġ modi ta’ trażmissjoni jiġu ttrattati b’mod paragunabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jitqies li l-provvista ta’ ktieb fuq mezz materjali u l-provvista ta’ ktieb elettroniku huma ekwivalenti minn perspettiva ekonomika u funzjonali. Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 89 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kopji diġitali dematerjalizzati, kuntrarjament għal kotba fuq mezz materjali, ma jiddeterjorawx bl-użu, b’mod li l-kopji użati jikkostitwixxu sostituti perfetti ta’ kopji ġodda. Barra minn hekk, l-iskambji ta’ tali kopji la jeżiġu sforz u lanqas spiża addizzjonali, b’mod li suq parallel ta’ beni użati jista’ jaffettwa l-interess tal-proprjetarji li jiksbu remunerazzjoni adegwata għax-xogħlijiet tagħhom b’mod ħafna iktar sinjifikattiv mis-suq ta’ beni użati ta’ oġġetti tanġibbli, bi ksur tal-għan imfakkar fil-punt 48 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Anki fis-sitwazzjoni fejn ktieb elettroniku jitqies bħala materjal kumpless (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140123">23 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nintendo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑355/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:25">EU:C:2014:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li jinkludi kemm xogħol protett kif ukoll programm tal-kompjuter li jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni tad-Direttiva 2009/24, ikun hemm lok li jitqies li tali programm ikun biss anċillari fir-rigward tax-xogħol inkluż f’tali ktieb. Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, ktieb elettroniku huwa protett minħabba l-kontenut tiegħu, li għandu għalhekk jitqies bħala l-element essenzjali tiegħu, u l-fatt li programm tal-kompjuter jista’ jifforma parti minn ktieb elettroniku sabiex jippermetti l-qari tiegħu ma jistax jimplika l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni wkoll li l-provvista ta’ ktieb elettroniku, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiġi kklassifikata bħala komunikazzjoni lill-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. B’mod partikolari, l-imsemmija qorti tirrileva, minn naħa, li fin-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-kontenut stess tax-xogħol protett fl-offerta ta’ bejgħ tal-ktieb elettroniku fuq il-pjattaforma tal-klabb tal-qari, ma jistax ikun hemm inkwistjoni att ta’ komunikazzjoni. Min-naħa l-oħra, ma jkun hemm ebda pubbliku peress li l-ktieb elettroniku jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ membru wieħed biss tal-klabb tal-qari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> jinvolvi żewġ elementi kumulattivi, jiġifieri att ta’ komunikazzjoni ta’ xogħol u l-komunikazzjoni ta’ dan tal-aħħar lil pubbliku (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:456">EU:C:2017:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-punt dwar jekk il-provvista ta’ ktieb elettroniku, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxix att ta’ komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, għandu jiġi rrilevat, kif tfakkar fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, li l-kunċett ta’<?PAGE NO="14"?> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, ikopri kull trażmissjoni jew ritrażmissjoni ta’ xogħol lill-pubbliku mhux preżenti fil-post ta’ oriġini tal-komunikazzjoni, bil-fil jew mingħajr fil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> fis-sens tal-istess dispożizzjoni, li jagħmel parti minn dak iktar wiesa’ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex jikkwalifika bħala att ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, att għandu jissodisfa kumulattivament iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri li l-pubbliku kkonċernat ikun jista’ jaċċedi għall-oġġett protett inkwistjoni kemm mill-post kif ukoll fil-mument li huwa jagħżel individwalment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>C More Entertainment</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑279/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:199">EU:C:2015:199</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), indipendentement minn jekk il-persuni li jsawru l-pubbliku jużawx jew le din il-possibbiltà (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:456">EU:C:2017:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, speċifikament, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ xogħol jew ta’ oġġett protett b’mod li kull wieħed ikun jista’ jkollu aċċess għalih mill-post u fil-mument li huwa jagħżel individwalment, mill-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta ta’ direttiva jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>l-att determinanti huwa dak li jikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ xogħol, u għaldaqstant l-offerta lilu ta’ xogħol fuq sit aċċessibbli għall-pubbliku, att li jippreċedi l-istadju tat-trażmissjoni reali fuq talba<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>huwa irrilevanti jekk persuna tkunx effettivament estrattat jew le dan ix-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, huwa paċifiku li Tom Kabinet tqiegħed ix-xogħlijiet ikkonċernati għad-dispożizzjoni ta’ kull persuna li tirreġistra fuq is-sit internet tal-klabb tal-qari, liema persuna jista’ jkollha aċċess għalihom mill-post u fil-mument li hija tagħżel individwalment, b’tali mod li l-provvista ta’ tali servizz għandha titqies bħala l-komunikazzjoni ta’ xogħol, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, mingħajr ma jkun neċessarju li l-imsemmija persuna tuża din il-possibbiltà sabiex testratta effettivament il-ktieb elettroniku minn dan is-sit tal-internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, sabiex jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ix-xogħlijiet protetti għandhom effettivament jiġu kkomunikati lil pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:456">EU:C:2017:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), liema komunikazzjoni hija diretta lejn numru indeterminat ta’ destinatarji potenzjali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:764">EU:C:2006:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, mill-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta ta’ direttiva jirriżulta wkoll, minn naħa, kif tfakkar fil-punt 44 ta’ din is-sentenza, li d-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku huwa rilevanti wkoll meta diversi persuni li ma humiex relatati, membri tal-pubbliku, jista’ jkollhom aċċess individwali minn postijiet differenti u f’mumenti differenti għal xogħol li huwa aċċessibbli għall-pubbliku fuq sit tal-internet u, min-naħa l-oħra, li l-pubbliku huwa kompost mill-membri tiegħu individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tippreċiża, minn naħa, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> jinvolvi ċertu limitu <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, li jeskludi minn dan il-kunċett numru żgħir ħafna ta’ persuni kkonċernati u, min-naħa l-oħra, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti kumulattivi li jirriżultaw mit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ xogħol protett, permezz ta’ tniżżil, mid-destinatarji potenzjali. Għaldaqstant, hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, in-numru ta’ persuni li jistgħu jaċċedu għall-istess xogħol simultanjament, iżda wkoll kemm minnhom jistgħu jaċċedu għalih suċċessivament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:456">EU:C:2017:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, fil-każ ineżami, fid-dawl tal-fatt, enfasizzat fil-punt 65 ta’ din is-sentenza, li kull persuna kkonċernata tista’ ssir membru tal-klabb tal-qari, kif ukoll tan-nuqqas ta’ miżura teknika, fil-kuntest tal-pjattaforma ta’ dan il-klabb, li tista’ tiggarantixxi li kopja waħda ta’ xogħol biss tista’ titniżżel matul<?PAGE NO="15"?> il-perijodu li matul tiegħu l-utent ta’ xogħol ikollu effettivament aċċess għaliha u li, wara l-iskadenza ta’ dan il-perijodu, il-kopja mniżżla minn dan l-utent ma tkunx tista’ tintuża iktar minnu (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging Openbare Bibliotheken</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:856">EU:C:2016:856</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandu jitqies li n-numru ta’ persuni li jista’ jkollhom aċċess, parallelament jew suċċessivament, għall-istess xogħol permezz ta’ tali pjattaforma huwa sostanzjali. Għalhekk, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju li tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni rilevanti kollha, ix-xogħol inkwistjoni għandu jitqies li huwa kkomunikat lil pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex jikkwalifika bħala komunikazzjoni lill-pubbliku, xogħol protett għandu jiġi kkomunikat skont metodu tekniku speċifiku, differenti minn dawk użati preċedentement jew, fin-nuqqas ta’ dan, għandu jiġi kkomunikat lil pubbliku ġdid, jiġifieri pubbliku li ma jkunx ittieħed inkunsiderazzjoni diġà mill-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur meta awtorizzaw il-komunikazzjoni inizjali tax-xogħol tagħhom lill-pubbliku (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:456">EU:C:2017:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, peress li, kif irrilevaw NUV u GAU, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ktieb elettroniku huwa ġeneralment akkumpanjat b’liċenzja ta’ użu li tawtorizza lill-utent li jkun niżżel il-ktieb elettroniku kkonċernat li jaqra tali ktieb minn fuq it-tagħmir tiegħu stess, hemm lok li jitqies li komunikazzjoni bħal dik imwettqa minn Tom Kabinet issir lil pubbliku li ma jkunx ittieħed inkunsiderazzjoni diġà mill-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur u, għaldaqstant, lil pubbliku ġdid, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-provvista lill-pubbliku permezz ta’ tniżżil ta’ ktieb elettroniku għal użu permanenti taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> u, b’mod partikolari, taħt dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [ta’] xogħlijiet [ta’ awturi] b’mod li kull wieħed ikun jista’ jkollu aċċess għalihom mill-post u fil-mument li huwa jagħżel individwalment<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni sar-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni sar-raba’ domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-provvista lill-pubbliku permezz ta’ tniżżil ta’ ktieb elettroniku għal użu permanenti taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> u, b’mod partikolari, taħt dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [ta’] xogħlijiet [ta’ awturi] b’mod li kull wieħed ikun jista’ jkollu aċċess għalihom mill-post u fil-mument li huwa jagħżel individwalment<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>