|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 350/2014
tat-3 ta' April 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-perjodu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Il-prodott huwa magħmul minn kaxxa tal-injam miksija minn ġewwa u minn barra bid-drapp tessili. Il-kaxxa għandha fetħa fuq quddiem biex jidħol qattus u hija kbira biżżejjed biex jorqod qattus fiha. Fuq il-wiċċ tal-kaxxa hemm tubu tal-kartun armat b'mod vertikali. It-tubu huwa miksi b'ħabel tas-sisal imwaħħal miegħu. Il-ħabel huwa magħmul minn fibri tas-sisal mibrumin u huwa twil aktar minn 20 000 decitex. It-tubu qiegħed iżomm bażi tal-injam miksija bid-drapp tessili. Il-bażi hija kbira biżżejjed biex qattus jimtedd fuqha. Tubu tal-injam miksi bid-drapp tessili minn ġewwa u minn barra huwa mwaħħal mal-qiegħ tal-bażi. It-tubu huwa wiesa' biżżejjed biex qattus jitkaxkar ġo fih. Id-drapp tessili użat huwa drapp tal-pil minsuġ (filpa ta' poliester). Il-wiċċ totali tad-drapp tessili huwa akbar mill-wiċċ tal-materjal tas-sisal. (Ara r-ritratt) (*1) |
6307 90 98 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda (GIR) bin-nota 7(f) tat-Taqsima XI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 98 . Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, il-prodott huwa maħsub biex jattira l-qtates u biex iżommhom 'il bogħod mill-għamara li nkella jigirfu u jokkupaw. Il-klassifikazzjoni bħala għamara taħt l-intestatura 9403 hija eskluża minħabba li din l-intestatura tkopri prodotti ta' natura differenti li jintużaw għal djar privati, lukandi, uffiċċji, skejjel, knejjes, ħwienet, laboratorji, eċċ. (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) għall-intestatura 9403 tan-SA). Il-klassifikazzjoni bħala ġugarelli taħt l-intestatura 9503 hija wkoll eskluża minħabba li l-prodott huwa maħsub esklussivament għall-annimali u għalhekk mhuwiex kopert minn din l-intestatura skont in-nota 5 tal-Kapitolu 95. Il-materjal tessili (id-drapp tessili minsuġ u l-ħabel tas-sisal) huwa essenzjali biex jippermetti li l-prodott jintuża kif maħsub minħabba li jattira qtates li jistgħu pereżempju jigirfu b'difrejhom, ipoġġu, jorqdu fuqu u jilagħbu bih. Għalhekk, huwa l-materjal tat-tessuti (mhux l-injam jew il-kartun) li jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu fit-tifsira tal-GIR 3(b). Minħabba li ma jistax jiġi stabbilit huwiex is-sisal jew il-materjal tessili minsuġ l-aktar essenzjali biex jattira lill-qtates, il-kwantità akbar ta' drapp tessili minsuġ u l-varjetà usa' ta' attivitajiet li jipprovdi għall-qattus jitqiesu li jagħtu lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu fi ħdan it-tifsira tal-GIR 3(b) (ara wkoll in-NSSA ta' GIR 3(b), (VIII)). Fi ħdan it-tifsira tan-nota 7(f) tat-Taqsima XI, id-drapp tessili minsuġ huwa impoġġi bil-ħjata u għalhekk huwa prodott tessili maħdum mid-drapp tessili. Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 98 , bħala prodott ieħor magħmul mit-tessutti. |
(*1) Ir-ritratt huwa għal skopijiet ta' tagħrif biss.